Illum previous editions

illum 15 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 15 ta' Jannar 2017 24 Kummerċjali Ir-rebbieħ tal-kampanja 'Everyone is a Winner' tal-Pizza Hut Wara li sar it-tlugħ bil-polza, kmieni x-xahar li għadda fir-restorant tal-Pizza Hut f 'San Ġiljan, Anthony Fava tħabbar li hu r-rebbieħ ta' vjaġġ għal tnejn għat- Tajlandja, il-premju grandjuż tal-kampanja tal-Pizza Hut 'Everyone is a Winner'. Din kienet il-ħames sena li l-Pizza Hut organizzat b'suċċess din il-kampanja u t-tieni sena li kienet marbuta ma' premju grandjuż. Tul il-kampanja, il-Pizza Hut tat premjijiet fantastiċi oħra li nkludew seba' vjaġġi għal tnejn għal Ruma, Berlin, Venezja, Katanja, Milan u Taormina, Playstation 4s, prodotti tal-ikel u vouchers mingħand il-Pizza Hut, pinet taċ-Ċisk u pitchers tal-Pepsi. Il-kampanja hi bbażata fuq il-kunċett li kulħadd huwa rebbieħ. Dawk kollha li marru r-restoranti tal-Pizza Hut matul ix-xhur ta' Awwissu u Settembru ngħataw envelopp magħluq li fih kien hemm premju. F'Ottubru u Novembru dawn kienu mistiedna jerġgħu jmorru f 'wieħed mir-restoranti biex jinfetħilhom l-envelopp u jingħataw ir-rigal ta' ġo fih. Għal darb'oħra, il-Pizza Hut ikkollaborat maċ-Cisk u l-Pepsi għal din il- kampanja, u din is-sena saret kollaborazzjoni wkoll mal- Flyaway Tours li sponsorjat il-btajjel Ewropej għal tnejn u l-premju grandjuż. Ir-rebbieħ kellu l-għażla bejn vjaġġ għat-Tajlandja b'itinerarju mimli attivitajiet u tours, jew vjaġġ għal familja għal Londra b'diversi attivitajiet li jinkludu żjara fis-Sea Life London Aquarium, dawra fil-Harry Potter Film Location Bus Tour, il-musical Lion King, dawra bit-Thames River Cruise Hop on, Hop off, u żjara fil- Legoland. Isabelle Hyzler, Marketing Officer ta' Food Chain Holdings irringrazzjat liċ- Cisk u l-Pepsi għall-appoġġ tagħhom f 'din il-kampanja u lill-Flyaway Tours li kienu l-isponsors ewlenin ta' din is-sena. Josianne Tonna, id- Direttur tal-Flyaway Tours, irringrazzjat lill-Pizza Hut għal din l-opportunità ta' kollaborazzjoni u awgurat lir- rebbieħ esperjenza fantastika u vjaġġ sigur. Ċipru mal-Emirates bi prezz speċjali 'GO for the future' b'appoġġ għall- Malta Robotics Olympiad Bl-introduzzjoni mill-ġdid tas-servizz ta' titjira kuljum bejn Malta u Dubaj b'waqfa f 'Larnaka f 'Ċipru mill-1 ta' Frar 2017, Emirates qed toffri lill-klijenti offerta speċjali lejn Ċipru għal min jaħseb kmieni. Lil hinn jekk intix qed tfittex li tagħti sorpriza sabiħa lis- sieħeb jew sieħba għal Jum San Valentin, jew tfittex li tieħu vantaġġ mill-festi pubbliċi li nzertaw imissu ma' tmiem il-ġimgħa fosthom l-10 ta' Frar, il-31 ta' Marzu, is-16 ta' April (l-Għid), l-1 ta' Mejju, d-29 ta' Ġunju, inkella xi btala tas-sajf, issa hu żmien tajjeb biex taħtaf l-opportunità abbinata ma' din l-offerta. Għal vjaġġaturi minn Malta, il-prezz għall-Klassi tal- Ekonomija hu ta' €143 għal kull persuna, bit-taxxi inklużi. Il-perjodu li matulu jistgħu jinxtraw il-biljetti bil-prezz speċjali hu ta' sitt ġimgħat li jibda mis-16 ta' Jannar sat-28 ta' Frar 2017. Id-dati ta' tluq iridu jkunu mis-16 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2017. Ma hemm l-ebda ħlas addizzjonali għal perjodi speċjali. L-offerta speċjali lejn Ċipru tapplika wkoll għat-tfal. Suppliment addizzjonali ta' €20 japplika għal dati ta' tluq li jinzertaw nhar ta' Ġimgħa u Sibt. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. Minbarra l-prezz speċjali għall-kwalità ta' klassi dinjija, il-klijenti jistgħu jesperjenzaw l-ospitalità tal-Emirates permezz ta' ekwipaġġ multinazzjonali, fosthom Cabin Crew Maltin, kif ukoll ikel gourmet, u s-sistema ta' divertiment ice. Din is-sistema, li għal dawn l-aħħar 12-il sena rebħet b'mod konsekuttiv l-unur ta' Skytrax għall-aħjar sistema ta' divertiment inflight, toffri iktar minn 2,500 stazzjoni ta' divertiment on-demand, li jinkludu fost oħrajn films, programmi tat-televiżjoni, logħob, audio books, u mużika mid-dinja kollha. Aġenziji magħżula tal- ivjaġġar f 'Malta u Għawdex qed joffru pakketti ta' btala li jibdew minn €253 għal kull persuna. Dal-prezz jinkludi titjiriet, taxxi u akkomodazzjoni ta' tliet iljieli f 'lukanda ta' erba' stilel fuq bażi bed & breakfast f 'kamra twin-sharing. Pakketti simili f 'lukanda ta' 5 stilel jibdew minn €280 għal kull persuna. Dawn il-pakketti huma disponibbli għall-bejgħ sat-28 ta' Frar u validi għat- tluq mis-16 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2017. Dawn l-offerti jistgħu jinkisbu biss permezz tal-aġenziji tal-ivvjaġġar. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. Xeni sbieħ ta' villaġġi qalb il-muntanji fir-reġjun ta' Troodos GasanMamo Insurance jpinġu futur isbaħ għat-tfal ta' għada F'GasanMamo Insurance, l-attivitajiet li jiffurmaw parti mir-responsabbiltà soċjali korporattiva għal soċjetà aħjar huwa kontinwu u ma jehda qatt. Nhar is-Sibt li għadda, il- kumpanija tal-assigurazzjoni ewlenija f 'Malta, GasanMamo flimkien ma' impjegati tal- MPS u Anchovy, organizzaw ġurnata divertenti fejn taw l-appoġġ tagħhom f 'xogħol ta' manutenzjoni f 'parti mill-iskola tas-Sorijiet tal-Ursolini, f 'Ħaż- Żabbar. Ix-xogħol li sar kien l-aktar dak ta' tibjid, bil-motto tal-kumpanija għal din l-attività tkun "Inpinġu futur isbaħ għat- tfal ta' għada", bil-ħsieb li jkun hemm appoġġ dejjem akbar lejn l-edukazzjoni u t-trobbija tat-tfal li jiffurmaw parti minn din l-iskola f 'Ħaż-Żabbar. "Mingħajr dubju din kienet ġurnata memorabbli għalina lkoll. Ħadna gost nagħmlu xogħol siewi speċjalment meta konna nafu li r-riżultat finali kien se jkun ambjent isbaħ fejn it-tfal jistgħu jitgħallmu fil-kumdità. Wieħed jibqa' jgħożż it-tbissima fuq fomm Sr Josephine u Sr Alessandra meta raw ir-riżultat li kisbna," qal Kumar Bonello minn GasanMamo Insurance. Apparti mill-kontribut soċjali, dan kien avveniment ferrieħi serva biex l-impjegati jsiru jafu aktar lil xulxin iżda wkoll biex insaħħu l-għaqda ta' bejniethom. Il-voluntiera għażlu li jbajdu l-kmamar bi skema ta' kuluri vibranti bħal oranġjo, aħdar, ikħal u lelà biex jagħtu aktar ħajja u enerġija lid-dehra tal-iskola. "Dawn it-tip ta' attivitajiet jagħmlu tajjeb lil kulħadd specjalment meta tara r-riżultat u s-sodisfazzjon fuq wiċċ kull min ikun ta daqqa t'id. Sodisfazzjon ikbar huwa li tara l-impjegati jagħtu mill-ħin liberu tagħhom għas-servizz ta' oħrajn u jieħdu gost fl-istess ħin," qal Mark Mamo, General Manager ta' GasanMamo Insurance. Il-Fond 'GO for the future' li l-GO nediet dan l-aħħar, issieħeb ma' Malta Robotics Olympiad (MRO) 2017. L-MRO se jsir fl-MFCC f'Ta' Qali fl-24 u l-25 ta' Marzu 2017. L-Olimpjad ta' din is-sena, organizzat mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, se juri għażla wiesgħa ta' attivitajiet għat-tfal tal-iskola u l-familji tagħhom. Se jkun hemm ukoll robot reali msejjaħ Wall-E. L-MRO 2017 se jinkludi wkoll l-ewwel edizzjoni ta' L-Isfida l-Kbira fejn għadd ta' robots mibnija lokalment se jippruvaw b'mod awtonomu jirbħu l-isfida ta' korsa kollha ostakli. Daniela Bagnaschi, il-Maniġer Għoli tal-Marketing ta' GO, qalet, "Permezz tal-Fond 'GO for the future', għandna l-impenn li ninvestu somma inizjali ta' €80,000 fi proġetti li jħeġġu lit-tfal biex jaqraw, jieħdu interess, u jkunu entużjasti dwar ix-xjenza. Ir-robotika hi suġġett li jista' jistimola l-immaġinazzjoni. Hu wkoll settur li qed isir iktar komuni fil-ħajja tagħna ta' kuljum. Filwaqt li GO qed tkompli tinvesti fl-infrastruttura tal-komunikazzjoni ta' Malta, element essenzjali għall-futur tagħna, fl-istess waqt hu importanti li ninvestu biex inkattru fit-tfal ix-xewqa u l-ħilijiet biex jagħmlu futur mill-aqwa f'din id-direzzjoni. F'dan il-kuntest, 'GO for the future' u l-MRO huma l-imsieħba ideali." James Catania, l-Uffiċjal għall- Edukazzjoni fil-Computing u ICT fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, li qed jorganizza l-Olympjad, qal, "Dan l-avveniment iġib liż-żgħażagħ flimkien biex ikattar il-kreattivita' tagħhom. Jizviluppalhom wkoll il-ħiliet biex isibu soluzzjonijiet ta' problemi fir-robotika permezz ta' sfidi edukattivi. Din is-sena, bl-introduzzjoni ta' L-Isfida l-Kbira, se jkollna timijiet mill-MCAST, il-Kulleġġ Savio, l-Universita' ta' Malta, u mill-Kampus ta' Malta tal-Universita' ta' Middlesex. Dawn se juru kemm Malta hi diġa' avvanzata f'dan is-settur. L-Isfida l-Kbira għandha tkun divertenti anki għall-pubbliku hekk kif ir-robots li qed jinbnew mill- parteċipanti se jkollhom jitilgħu taraġ, jgħaddu minn niżliet, ilma u art imħarbta biex itemmu l-korsa b'suċċess. Naturalment, li torganizza attivita' ta' dan il-livell hi ta' sfida, u għalhekk irridu nirringrazzjaw lil GO għall- appoġġ li qed jipprovdu biex l-MRO ta' din is-sena tkun suċċess."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 January 2017