Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565
Il-Ħadd 15 ta' Jannar 2017 | illum Sports 31 Leo Butler jirbaħ id-Demolition Derby tal-ASMK NHAR il-Ħadd li għadda, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) fetħet l-istaġun ASMK - Pasta Poiatti 2016/2017 tal-Karozzi Autocross u l-Muturi Motocross. Għal dawn l-attivitajiet irreġistraw 39 kompetitur. Dan sar wara investiment qawwi li għamlet l-Assoċjazzjoni fuq il- Korsa tal-Karozzi u dik tal-Muturi. Is-sewwieqa u r-Riders huma ferm sodisfatti bir-riżultati miksuba b'dan il-proġett minkejja li dam dawn l-aħħar tliet xhur biex jitlesta. Intant, nagħtu ħarsa lejn x'ġara matul il-ġurnata. Fis-sezzjoni Autocross matul it-tliet Heats tal- ġurnata ħadd ma rebaħ il-Heats kollha iżda Philip Joe Vella fuq Opel Corsa, Karl Micallef fuq Ford Fiesta u Gordon Johnson fuq Opel Corsa rrnexxielhom iġibu l-ogħla punteġġ tal-ġurnata biex issiġillaw posthom fil-finali ta' Klassi A. Ma' dawn ikkwalifikaw Terence Azzopardi u Jonathan Camilleri it-tnejn fuq Karozzi Opel Corsa u Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lis-sitt karozzi jagħmlu ħruġ tajjeb ħafna fejn baqgħu s-sitta flimkien sal-ewwel kantuniera. Hawn kien ftit impossibli li jibqgħu kollha flimkien bil-konsgewenza li Camilleri u Pisani kellhom ikomplu t-tiġrija mill-aħħar pożizzjonijiet. Johnson ħa t-tmun tal-finali segwit minn Azzopardi u Vella fejn dan tal-aħħar irnexxielu jissupera lil Azzopardi wara l-ewwel dawra biex avvanza pożizzjoni. Ma' Vella avvanza wkoll Micallef iżda wara t-tielet dawra Vella kellu jnaqqas minħabba ħsara mekkanika fir-rota ta' quddiem. Il-finali spiċċat b'Johnson jirbaħ l-ewwel finali tal-istaġun segwit minn Micallef u Azzopardi. Fir-raba' post daħal Camilleri segwit minn Pisani fil- ħames post. Fil-Finali Autocross Klassi B kellna Start Line kompost minn Joseph Micallef fuq Opel Corsa, Keith Borg fuq Vauxhall Nova, Jonathan Vella u Duncan Delia, it-tnejn fuq karozzi Ford Fiesta, Noel Zammit fuq Fiat Punto u James Micallef fuq Opel Corsa. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Joseph Micallef jieħu t-tmun tat- tiġrija segwit minn Borg u Zammit. Ftit qabel l-ewwel kantuniera azzjoni perikoluża minn Delia kkaġunat kuntatt ma' James Micallef b'dan tal-aħħar ikompli l-azzjoni biex Delia spiċċa barra mill-korsa. Ir-referi tal-ġurnata ordna Warning fuq Delia u James Micallef. Sadanittant, il-finali kompliet b'wirja tajba u spiċċat b'Joseph Micallef jirbaħ il- finali B segwit minn Borg u Zammit. Fir-raba' post spiċċa James Micallef segwit minn Vella fil-ħames post. Għall-finali Autocross Standard rajna l-iStart Line kompost minm Nicovich Chircop fuq Peugeot 206, Deane Farrugia, Ian Fenech u Melvin Buttigieg, it-tlieta fuq karozzi Citroen AX, Karl Scicluna fuq Peugeot 106 u Johann Vella fuq Opel Nova. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Farrugia jisraq l-ewwel pożizzjoni segwit minn Buttigieg u Scicluna. L-attenzjoni mill-ewwel marret fuq Vella li kien fl-aħħar pożizzjoni fejn kien qed jagħmel pressjoni fuq Chircop. Wara kuntatt minn Vella, dan issupera lil Chircop bir-referi joħroġ twissija lil Vella għall-azzjoni li kien għamel. It-tiġrija kompliet b'Buttigieg jissupera lil Farrugia biex Buttigieg spiċċa jillidja t-tiġrija. Ftit qabel tmiem it-tiġrija, l-attenzjoni reġgħet marret fuq Vella li kien qed jagħmel pressjoni fuq Fenech u Scicluna sakemm għat-tieni darba għamel kuntatt apposta mal-karozza u Vella ġie sospiż mit-tiġrija. Il-finali spiċċat b'Buttigieg jirbaħ segwit minn Farrugia u Scicluna. Fir-raba' post spiċċa Chircop filwaqt li Fenech spiċċa fil-ħames post. Fil-Motocross rajna 14-il rider maqsuma fuq sistema ġdida tal- klassijiet. F'dan l-istaġun se jkollna Klassi A għal riders esperti, Klassi B għal riders Intermediate, Klassi C għal riders Beginners u Klassi Veterans għal dawk il-veterani li jixtiequ jkomplu jipprattikaw dan l-isport. Intant, ir-riżultat fil-Motocross Klassi A kienet mirbuħa minn Paul Muscat fuq mutur KTM 450cc segwit minn David Dimech fuq mutur Honda 450cc. Fit-tielet post spiċċa Trevor Muscat fuq KTM 450cc. Fil-Motocross Klassi B rajna lil Mark Mamo fuq Yamaha 125cc jirbaħ din il-klassi segwit minn Arthur Micallef fuq KTM 250cc. Fit-tielet post spiċċa Elvin Debono fuq Kawasaki. Motocross Klassi C intrebħet minn Adrian Bonnici fuq mutur Yamaha 250cc segwit minn Michael Sant fuq Honda 125cc u fit-tielet post rajna lil Luke Sheldon fuq Kawasaki 250cc. Il-Klassi Motocross Veteran kienet mirbuħa minn Jethro Sant fuq mutur Yamaha 250cc segwit minn William Sant fuq mutur Suzuki 250cc. Fit-tielet post spiċċa Paul Deguara fuq mutur KTM 250cc. Il-Programm tal-ġurnata spiċċa bid-Demolition Derby 2016 kif kien maħsub. Din id-Demolition kellha ssir fit-18 ta' Diċembru, imma minħabba l-maltemp ġiet posposta għal din il-ġurnata. Għal din l-attività speċjali attendew mijiet ta' spettaturi. Din il-kompetizzjoni ssir biex waqt li ngawdu l-attività, fl-istess ħin inkunu qed nagħmlu karità u naħsbu f 'ħaddieħor. Għal din it-22-il edizzjoni, 14-il karozza rreġistraw għall-edizzjoni tad-Demolition. Il-kompetituri kienu Jason Magro fuq Hunter, Frank Butler fuq Lada, Larkin Butler fuq Hunter, Karl Mizzi fuq Lada, Leo Butler fuq Volvo, Marlfuq Caruana fuq Ford Escort, Wayne Mallia fuq Volvo, Kevin Barbara fuq Ford Escort, Mauro Cassar fuq Lada, Matthew Mallia fuq Volvo, Clint Farrugia fuq Volvo, Kane Pisani fuq Toyota Carina, Emanuel Fenech fuq Proton Sage & Shaw Pisani fuq Toyota Corolla. Mal-ħin tat-3.30pm ingħata s-sinjal biex tibda l-preparazzjoni tal-korsa biex tkun tista' tibda d-Demolition. Wara żewġ dawriet mal-korsa rajna dawn il-karozzi joffru spettaklu ta' ħbit b'tattika speċjali qabel ma jkunu mormija għal scrap. Fosthom spikkat il-karozza Volvo misjuqa minn Leo Butler fejn apparti l-ħoss tad-daqqiet u tal-magna beda jagħmel manuvri u joqgħod attent fejn jirċievi d-daqqiet kif ukoll b'fejn jagħti d-daqqiet lil uħud minnhom. Din kienet wirja spettakolari. Wara ftit inqas minn 35 minuta, it-taqtigħa spiċċat bejn tliet karozzi; il-Volvo u Hunter misjuqa mill-aħwa Butler, Leo fuq il-Volvo u Larkin fuq il-Hunter. F'din it-taqtigħa kien hemm ukoll Ford Escort MK 6 misjuq minn Marlon Caruana, fejn l-aħwa Butler ippruvaw kemm-il darba jagħmlu manuvri biex forsi jasal il-mument li fih Caruana jċedi, imma deher ċar li l-karozza ta' Caruana kienet għadha tiflaħ għad-daqqiet. Kienu biss 10 minuti qabel tmiem it-tiġrija fejn wieħed mill-aħwa Butler fuq Hunter spiċċa kellu jirtira biex b'hekk it-taqtigħa finali kienet bejn il-Volvo ta' Leo u l-Escort MK6 ta' Caruana. F'dan l-istadju minkejja li bla steering u body mgħaffeġ, Leo fuq Volvo kompla din it-taqtigħa ma' Caruana sakemm wara 44 minuta ta' taqtigħa, is-sewwieq tal-Escort ċeda bit- tradizzjoni tkun li jinżel mill-karozza u jieħu b'idejn ir-rebbieħ. Din l-edizzjoni tas-sena 2016 intrebħet minn Leo Butler fuq Volvo. Runner- up tiegħu spiċċa Marlon Caruana fuq Ford Escort. L-attività li jmiss bil-Karozzi Autocross u Muturi Motocross mistennija ssir nhar il-Ħadd li ġej u tibda fil-11am. Ir-rebbieħ tal-ASMK Demolition Derby Leo Butler fuq Volvo imkien mar-Runner-up Marlon Caruana fuq Ford Escort Ritratt: Mario Micallef