Illum previous editions

illum 15 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 15 ta' Jannar 2017 Sports 30 minn Cristian Antony Muscat Pembroke A .................. 2 St Andrews ................... 2 ST Andrews ġew miżmuma fi draw ta' 2-2 minn Pemvbroke Athleta. Dan kien it-tielet draw konsekuttiv għal St Andrews, waqt li għal Pembroke Athleta, dan kien it-tielet draw f 'erba' logħbiet. Għal Pembroke Athleta, iddebuttaw mal-ewwel 11, Panagiotis Giannopoulos, Iraklis Roppas u Stevan Racic flimkien ma' Daren Falzon, waqt li reġa' rritorna għalihom Filippo Andrea Scozzese. Dawn ħadu post Miguel Attard, Sunday Eboh, Paltemio Barbetti, Borce Manevski u Siraj Arab. Min- naħa l-oħra għal St Andrews, Enmy Manuel Pena Beltre u Ante Bakmaz ħadu post Daniel Brandle u Che Bong Won. St Andrews fetħu l-iskor fil-25 minuta grazzi għal Ivan EdgardoPaz li x-xutt imdawwar tiegħu mil-lemin għeleb lill-goalkeeper ta' Pembroke Athleta, Matthew Calleja Cremona. Pembroke Athleta ġabu l-iskor indaqs fit-32 minuta permezz ta' xutt ta' Arber Dhrami li għeleb lill-goalkeeper żagħżugħ tas-Saints, Jake Galea, bil- ballun jiġi mxellef minn Shola Shodiya Haruna, bil-goal jingħata lil dan l-attakkant Niġerjan. Erba' minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Pembroke Athleta marru 2-1 minn fuq meta Shola Shodiya Haruna żmarka lil Stevan Racic u dan għeleb lil Jake Galea permezz ta' xutt fil-baxx. Sitt minuti wara Ivan Edgardo Paz kien sfortunat li ra x-xutt tiegħu jistampa mal- wieqfa minn freekick insidjuż. Fit-78 minuta, ir-referi Għawdxi Mario Apap ordna penalty meta Shola Shodiya Haruna waqqa' lil Enmy Manuel Pena Beltrè fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu Ivan Edgardo Paz li ra x-xutt tiegħu jiġi milqugħ parzjalment mill-goalkeeper Matthew Calleja Cremona, biex mir-rebound l-istess plejer tefa' l-ballun fix-xibka biex ġab l-iskor indaqs. Pembroke A. Calleja Cremona, Falzon, Dhrami, Levnaic, Bugeja, Giannopoulos, Roppas, Haruna Shola Shodiya, Scozzese, Racic, Borg St Andrews Galea, Pena Beltre, Bakmaz, Camilleri, Udoh (Walker 61'), Johnson (Belacevic 76'), Kesinovic, Paz, Farrugia, Kastrevec (Darmanin 71'), Nwoko Referi Mario Apap St Andrews miżmuma draw minn Pembroke Athleta IVAN EDGARDO PAZ Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Ingħaqad ma' St Andrews fil-bidu ta' dan l-istaġun. Skorja doppjetta personali f 'din il-logħba. Ritratt: Joe Borg Arber Dhrami segwit minn Enmy Manuel Pena Beltrè Ritratt: Christine Borg Rebħiet kbar u identiċi għal Tottenham Hotspur u Arsenal TOTTENHAM Hotspur ġewwa darhom f 'White Hart Lane għelbu lil WBA bl-iskor kbir ta' 4-0 biż- żewġ gowls għalihom jaslu minn hat-trick ta' Harry Kane fit-12, fis-77 u fit-82 minuta u minn awto-gowl tal-plejer ta' WBA, Gareth McAuley, fis-26 minuta. Arsenal, barra minn darhom kisbu rebħa bl- istess skor kontra Swansea Cty bil-gowls għalihom jaslu minn Olivier Giroud, Alexis Sanchez u żewġ awto-gowls mill-plejers ta' Swansea City, Jack Cork u Kyle Naughton. Stoke City barra minn darhom għelbu lil Sunderland bl-iskor ta' 3-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Peter Crouch u minn doppjetta ta' Marko Arnautovic. Min-naħa l-oħra, il-gowl waħdieni għal Sunderland wasal minn Jermain Defoe fl-40 minuta. Burnley ġewwa darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Southampton bil- gowl għalihom jasal minn Joey Barton fid-79 minuta. West Ham United ġewwa darhom kisbu rebħa tajba ta' 3-0 biex ħadu ftit nifs, bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Sofiane Feghouli, Andy Carroll u Manuel Lanzini. Hull City ġewwa darhom għelbu lil AFC Bournemouth bil-gowls għalihom jaslu minn awto- gowl tal-plejer ta' AFC Bournemouth, Tyrone Mings u doppjetta minn Abel Hernandez. Min-naħa l-oħra l-gowl uniku għal AFC Bournemouth wasal minn Junior Stanislas wara biss tliet minuti. Intant, il-konfront bejn Watford u Middlesbrough intemm fi draw ta' mingħajr gowls. Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 14 ta' Jannar Tottenham Hotspur vs WBA 4-0 Burnley vs Southampton 1-0 Hull City vs AFC Bournemouth 3-1 Sunderland vs Stoke City 1-3 Swansea City vs Arsenal 0-4 Watford vs Middlesbrough 0-0 West Ham United vs Crystal Palace 3-0 FIXTURES Il-Ħadd 15 ta' Jannar 14:30 Everton vs Manchester City 17:00 Manchester U. vs Liverpool Kampjonat Serie A TIM 12:30 Cagliari vs Genoa 15:00 Lazio vs Atalanta 15:00 Napoli vs Pescara 15:00 Sampdoria vs Empoli 15:00 Sassuolo vs Palermo 15:00 Udinese vs Roma 20:45 Fiorentina vs Juventus It-Tnejn 16 ta' Jannar 20:45 Torino vs AC Milan Plejers ta' Tottenham Hotspur jirħu ma' Harry Kane wara li rnexxielu jsib ix-xibka għall-Ispurs.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 January 2017