Illum previous editions

illum 15 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

illum | Il-Ħadd 15 ta' Jannar 2017 Aħbarijiet 14 AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT Il-Bank Ċentrali jirrapporta attività ekonomika f 'livell aħjar min-normal RAPPORT maħruġ mill- Bank Ċentrali jikkonferma li l-attività ekonomika f 'pajjiżna tinsab f 'livell aħjar min-normal. Fil-fatt, indiċi tal-kundizzjonijiet ekonomiċi maħdum mill- Bank Ċentrali juri li bħalissa dawn huma bil-bosta aħjar mill-medja fl-aħħar sittax-il sena. Skont il-Bank Ċentrali, il-kundizzjonijiet ekonomiċi f 'Diċembru li għadda komplew jitjiebu, għall- ħames xahar konsekuttiv. Il-valur tal-indiċi għal Diċembru 2016 kien ferm ogħla minn dak fl- istess xahar tas-sena ta' qabel. L-analiżi tal-Bank Ċentrali turi li dan ir-riżultat huwa dovut għal titjib fl-ottimiżmu fost in-negozji u l-familji f 'pajjiżna. Dan filwaqt li l-attività fil-qasam tas-servizzi kompliet tirranka. Ir-rapport isostni li kemm il-bejgħ mill-ħwienet, kif ukoll l-attività fil-qasam turistiku, marru aħjar mis-sena ta' qabel. Il-qasam tax-xogħol baqa' jitjieb, bi tnaqqis fost dawk li jirreġistraw. Id-depożiti tal- familji mal-banek komplew jirrankaw, filwaqt li t-titjib fid-dħul mit-taxxi wassal għal defiċit inqas. Ir-rata tal-għoli tal-ħajja baqgħet taħt il-1%. Dan l-istudju mill-Bank Ċentrali jikkonferma li bħalissa l-qagħda ekonomika ta' pajjiżna hi ferm aħjar minn dik fi snin passati. Dan qed iwassal għal aktar impjiegi, aktar dħul u aktar tifdil għall- familji tagħna. Dan il-gvern se jkompli jaħdem biex il-ġid jasal għand kulħadd. BĦALA parti mill- inizjattivi tal-Kummisjoni tal-Films għal aktar żvilupp tal-industrija tal-films f 'pajjiżna, il- Kummissjoni bdiet sessjonijiet ta' konsultazzjonijiet dwar leġiżlazzjoni ġdida li tirregola l-industrija ma' entitajiet differenti fil- qasam tal-istess industrija. Il-Ministru għat-turiżmu Edward Zammit Lewis ħabbar li l-Kummissjoni tal-films kienet qed taħdem fuq struttura bil-ħsieb li tintroduċi aktar inċentivi biex tattira aktar films u serje tat-Televiżjoni lejn pajjiżna, sabiex fuq dawn jintużaw is-servizz ta' kumpaniji lokali u jiġu impjegati membri tal-crew u saħansitra atturi Maltin. "Jeħtieġ li Malta tkun għażla kompettitiva fl-industrija tal-films filwaqt li l-aspetti kollha tas-settur jkunu regolati bl-aħjar mod," qal Zammit Lewis. Il-Kummissarju tal-Films Engelbert Grech qal li jeħtieġ li jiġu ntrodotti wkoll linji gwida ġodda li jirregolaw din l-industrija, bil-għan li dan is-settur ikun aktar professjonali. Huwa spjega li għandu jsir reġistru li jinkludi lista ta' membri tal-crew u kumpaniji li joffru servizzi varji lill-produtturi li jagħżlu li jiġi jiġbdu biċċiet mill- produzzjonijiet tagħhom f 'Malta. Grech spjega li dawk li jkunu fuq ir-reġistru għandu jkollhom il-ħiliet meħtieġa biex jaħdmu fl-industrija u jipprovdu dokumenti relevanti li juru li għandhom taħriġ u esperjenza. Se jiġu introdotti wkoll regolamenti ġodda tax-xogħol biex jiżguraw ix-xogħol tal- membri tal-crew lokali , waqt li jkollhom ukoll l-istess kundizzjonijiet ta' xogħol li jgawdu minnhom il-membri tal-crews barranin. Tħabbar ukoll li l-baġit allokat għall-industrija tal- films indiġena żdied minn €250,000 għal €300,000 fis-sena. Il-Kummisjoni se taddotta l-atteġġament ta' kwalità fuq il-kwantità fir-rigward tan-numru ta' produzzjonijiet lokali li jgawdu mill-fondi. www.mita.gov.mt Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn fuq il-web portals : Din is-sejħa għal informazzjoni tista' tiġi mniżżla b'xejn minn fuq is-sit tal-MITA : www.mita.gov.mt/r Qualitative Research Services on Mobile Device Usage – R007/17 Data ta' ħruġ: 12 ta' Jannar 2017 / Data ta' għeluq: 20 ta' Jannar 2017 Kull min hu interessat f 'din is-sejħa għal informazzjoni hu mitlub jibgħat l-informazzjoni meħtieġa sal-Ġimgħa, 20 ta' Jannar 2017. Is-sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu permezz ta' email fuq cmd.mita@gov.mt u jiġu kkwotati kemm it-titlu kif ukoll in-numru ta' referenza tas-sejħa għal informazzjoni. IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QED TAGĦMEL SEJĦA GĦAL INFORMAZZJONI GĦAL: Sejħa għal INFORMAZZJONI www.gov.mt Inċentivi biex aktar films jiġu jinġibdu Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 January 2017