Illum previous editions

illum 15 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

illum | Il-Ħadd 15 ta' Jannar 2017 Aħbarijiet 6 Minn Ruben Anthony Xuereb FIXXHUR li għaddew l-ILLUM segwiet mill-viċin il-kwistjoni tan-negozjanti li qegħdin jintalbu jħallsu kontribuzzjoni għad-drittijiet tal-awtur għall-mużika li tindaqq fil-post tax-xogħol tagħhom fuq ir-radju. Is-sidien ta' ħwienet li tkellmu ma' din il-gazzetta kollha sostnew li jemmnu li l-artisti, speċjalment dawk Maltin, għandhom id-dritt jitħallsu tal- mużika tagħhom. Il-problema li qed isibu hija dwar il-mod kif il-PRS for Music tikkalkula l-ispiża dovuta u fuq liema bażi qegħdin jiġu kkalkulati l-kontijiet. Dwar dan, l-ILLUM tkellmet mal-MPE Therese Comodini Cachia, li dan l-aħħar inħatret mill-kumitat legali tal-Parlament Ewropew (JURI) bħala rapporteur għar-riforma tad-drittijiet tal- awtur (copyright), li sostniet li "taffettwa kulma nagħmlu, hekk kif kollha kemm aħna nużaw materjal li għandu xi forma ta' copyright." "L-artist għandu dritt jitħallas ta' xogħlu..." Ovvjament, biex il- konsumaturi jgawdu minn kontenut ta' mużika, films u pubblikazzjonijiet, irid isir investiment li jissalvagwardja l-interessi tal-artisti u l-awturi. Therese Comodini Cachia qalet li, "Ix-xogħlijiet ta' min joħloq il-kontenut għandu jiġi rikonoxxut u apprezzat." S'hemm kulħadd jaqbel, dwar id-dritt li l-awturi jiġu kkumpensati ta' xogħolhom, u għal dan il-għan jidħlu d-drittijiet tal-awtur u kumpaniji bħall-PRS, li jiġbru l-kontribuzzjonijiet għal dawn id-drittijiet mingħand il-konsumaturi sabiex jitħallsu l-awturi. L-ILLUM kienet segwiet il-kwistjoni tal-kontribuzzjoni li l-PRS tiġbor mingħand il-ħwienet talli dawn matul il-ġurnata jħallu r-radju jdoqq fil-ħwienet tagħhom bħala intratteniment għall- klijenti tagħhom. Filwaqt li n-negozjanti li tkellmu mal- ILLUM kollha fehmu li huwa xieraq li l-artisti, speċjalment dawk lokali, jitħallsu ta' xogħolhom, kellhom diffikultà jaċċettaw il-modi kif il-PRS tqis l-ammont dovut u ħassew inġust il-mod kif huma qegħdin jintalbu ammont ta' flus fix- xahar mingħajr spjegazzjoni eżatta dwar x'ammonta għal dak il-kont. L-ILLUM staqsiet lil Therese Comodini Cachia jekk il-miżuri ta' copyright adottati mill-PRS for Music humiex qegħdin b'xi mod jiġu regolarizzati minn xi bord jew entità li tara li l-mod kif jiġu deċiżi l-ammonti dovuti min-negozjanti huwiex isir b'mod ġust. Comodini Cachia rrispondiet li l-liġi Ewropea, kif ukoll dik internazzjonali, hija li tirrikonoxxi l-Performing Rights Society (PRS) bħala soċjetà li tiġbor taħt kappa waħda d-drittijiet tal-awtur ta' numru ta' artisti f 'isimhom. Il-liġi tirrikonoxxi li l-PRS għandha d-dritt tiġbor dak li hu dovut lill-artisti, iżda ma tagħtix dettall dwar kif il-PRS twettaq dan il-proċess. Il-MPE spjegat li l-PRS għandha d-dritt legali tiġbor il-kontribuzzjoni f 'isem l-artisti, u jekk tiddeċiedi li biex tagħmel dan saħansitra tħabbat fuq il-bibien ta' negozji u stabbilimenti, m'hemm ebda liġi li twaqqafha milli jagħmlu dan. L-uniku obbligu legali li għanda l-PRS huwa li dak li jinġabar f 'isem l-artisti jingħata lilhom, wara li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-PRS stess. Comodini Cachia saħqet li hija konxja li d-diffikultà għal ħafna mhix dwar jekk l-artist għandux dritt jitħallas ta' xogħlu, iżda dwar kif issir it-talba għall-kontribuzzjoni u dwar dawk iċ-ċirkostanzi inċerti fejn ikun dibattibbli li l-mużika qed tindaqq għal użu personali u mhux biex tgħin fin-negozju u l-qligħ. Mhux qed issir distinzjoni bejn użu għal riklam li jiġġenera l-flus u mużika li tindaqq fl- isfond minn fuq ir-radju Din il-gazzetta ddiskutiet ma' Comodini Cachia dwar id-differenzi bejn l-użu ta' diska f 'riklam, bl-iskop li jtejjeb il- profitti tar-riklam, id-daqq ta' CD sħiħ jew xandir ta' film fil- postijiet tax-xogħol u ħwienet, u l-użu ta' radju u TV fl-isfond waqt il-ġurnata tax-xogħol. Il-MPE spjegat li l-istazzjonijiet tar-radju jħallsu liċenzja biex ixandru huma, biex jużaw il-mużika għall-ġenerazzjoni tal-qligħ tagħom, iżda biex dak li jxandru jinstema' f 'ambjenti domestiċi u privati biss. Ir- raġuni li n-negozji jintalbu kontribuzzjoni għad-drittijiet tal-awtur hija li r-radju u l-mużika mxandra jkunu qed jindaqqu waqt ħinijiet fejn huma jiġġeneraw qligħ għalihom, u għaldaqstant is-sidien tal-ħwienet ikunu responsabbli li jħallsu, bl-istess mod bħalma jħallsu d-dawl u l-ilma użati biex jinqdew il- klijenti tagħhom. Comodini Cachia sostniet li tifhem il-frustrazzjoni tan- negozjanti, li ħafna minnhom huma żgħar, li jsostnu li għalihom id-daqq tar-radju jservi biss ta' kumpanija waqt li qed jaħdmu u li jkollhom jisimgħu kull tip ta' mużika, programmi u reklami u b'ebda mod biex jattira lill-klijenti jew itejjeb in-negozju. Minkejja dan iżda, hija sostniet li fil-mument, anke fi ħdan l-Unjoni Ewropea, m'hemm ebda diskussjoni sabiex tibda ssir distinzjoni bejn l-użi differenti tal-mużika fil-ħwienet, hekk kif l-istati membri kollha aċċettaw lill-PRS u l-metodi li tuża. Mistoqsija dwar il-metodi kif il-PRS tagħmel moniteraġġ tal-użu tad-diski, Comodini Cachia spjegat kif l-istazzjonijiet tar-radju jħallsu skont id- diski li jkollhom skedati biex jindaqqu, li f 'dan il-każ huwa moniteraġġ preċiż minħabba li jkun hemm rendikont eżatt ta' x'diski xxandru. Minkejja dan il-moniteraġġ, xorta jidher li fil-passat kien hemm xi artisti Maltin li kkontestaw mal-PRS kemm verament qed jitħallsu biżżejjed b'riflessjoni ta' kemm indaqqet il-mużika tagħhom. Illum, bl-użu diġitali fir-radjijiet, fortunatament għall-artisti huwa aktar faċli biex il-PRS iżżomm rendikont aħjar ta' kemm jintużaw id-diski. "Kif jiġbru u jqassmu l-flus il- PRS," saħqet Comodini Cachia, "isir permezz ta' formola li jużaw, ibbażata wkoll fuq il-ftehim partikolari li jkunu għamlu mal-artisti u r-royalties tagħhom, u wara li jinqatgħu l-ispejjeż ta' amministrazzjoni tal-PRS stess." Il-MPE spjegat kif fil-passat, anke min-naħa ta' artisti kien hemm ilmenti li mhux qegħdin jieħdu pagamenti kemm suppost, u dwar in-nuqqas ta' trasparenza ta' kif jiġu kkalkulati r-rati. Hija qalet li għall-artisti, speċjalment għal artisti bħal dawk Maltin li m'għandhomx l-opportunità li jagħmlu qligħ full-time mill-mużika tagħhom, huwa importanti li jieħdu dak li ħaqqhom, u li din għandha tkun ir-raġuni li min jintalab iħallas għad-drittijiet tal-awtur għandu jifhem u jaċċetta. L-unika miżura li tista' tiffavorixxi lin-negozjant tkun li kwalunkwe Gvern jista' jistaqsi kif il-PRS qed tasal għall-ammonti dovuti lilha. Minkejja dan, kompliet tispjega Comodini Cachia, il-PRS mhix obbligata tipprovdi din l-informazzjoni. Therese Comodini Cachia temmet tappella għal medjazzjoni bejn in-negozjanti u l-PRS. Therese Comodini Cachia nediet ukoll il-paġna www. comodinicachia.com/feedback. html fejn in-nies ikunu jistgħu jipparteċipaw u jagħtu sehemhom fir-riformi tal- copyright. Il-PRS għandha kull dritt li titlob ħlasijiet mingħand in-negozjanti L-MPE Therese Comodini Cachia tgħid li m'hemm ħadd li jirregolar- izza l-metodu ta' kif jinħadmu dawn il-ħlasijiet Xi tfisser ir-riforma tal-copyright għalik Permezz tar-riforma fil-liġi tal- copyright, iċ-ċittadini Ewropej se jkollhom aċċess aħjar, aktar legali u kontrollat, għal mużika, films, kotba u stazzjonijiet televiżivi. Permezz ta' din ir-riforma, mhux biss se jiżdied l-aċċess għall- kontenut minn fuq pjattaformi dif- ferenti, iżda se jiġi faċilitat l-aċċess għal materjal diġitali użat għall- edukazzjoni, għar-riċerka, studju u ħarsien tal-istorja u wirt kul- turali. Ir-riforma se tiffaċilita wkoll l-aċċess għall-pubblikazzjonijiet irranġati għall-użu minn persuni bi bżonnijiet speċjali. Il-MPE Therese Comodini Cachia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 January 2017