Illum previous editions

illum 15 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 15 ta' Jannar 2017 | illum 'Ippublika l-provi, inkella...' Owen Bonnici jisfida lil Simon Busuttil jippubblika prova ċara li s-self ta Żaren Vassallo tħallas kollu lura... Il-PN jgħidlu 'Get a Life' Tkompli minn paġna 1 F'konferenza tal-aħbarijiet fiċ- Ċentru Nazzjonali Laburista il- bieraħ filgħodu, il-Ministru Owen Bonnici kkontesta l-fatt li kienet konċidenza li propju ftit jiem wara li nstab l-allegat kompromess bejn Jason Azzopardi u Zaren Vassallo, ingħata dan is-self ta' flus lill-Partit Nazzjonalista. "Peress li l-finanzi tal-Partit Nazzjonalista m'humiex miftuħin għall-iskrutinju pubbliku", kompla jgħid Bonnici, "jgħin biex wieħed jifhem għaliex qed iqumu dawn id-dubji". Bonnici sfida wkoll lill-Kap tal- Oppożizzjoni biex jgħid jekk Zaren Vassallo għandux xi ċedola jew jekk xi parti mis-self kinitx imdawwra f 'ċedoli. L-iskema taċ-ċedoli hija filfatt waħda illi beda l-Partit Nazzjonalista ftit taż-żmien ilu u li fiha qed jistieden lil kull min irid jagħti donazzjonijiet lill-PN biex jagħmel dan bl-inċentiv ta' rati baxxi ta' interess. Din l-iskema spiċċat fil-mira ta' kritika mill-Partit Labursita minħabba li l-PN qed isostni li m'għandu ebda obligazzjoni li jippublika l-ismijiet tal-benefatturi. Owen Bonnici qal li "Simon Busuttil, li ma jfalliex okkazjoni waħda biex jgħajjar lil kulħadd korrott, fosthom l-aħħar lill- Kummissjoni Ewropea, wara li approvat il-proġett tal-enerġija, għandu jitkellem fuq dan il-każ." Bonnici saħaq li l-fatt li ngħata s-self ftit wara li seħħ il-ftehim f 'Ħal Qormi fejn art ta' 21,000 metru kwadru marret għal €700,000 meta l-valur tagħha kien ta' 'l fuq minn €8miljuni, wara li nstab kompromess, diġa' huwa ħażin ħafna u jqajjem dubbju. Il-każ 'art tal-Lowenbrau' s'issa... Dan il-każ reġa tqajjem il-ġimgħa li għaddiet, wara li l-Ministru Bonnici kien ħabbar li huwa fil- pussess ta' xhieda ġuramentata dwar l-involviment ta' l-eks Ministru tal-PN, Jason Azzopardi fil-bejgħ tal-art f 'Ħal Qormi, fejn qabel kienet tinsab il-birrerija tal-Lowenbrau. Skont ir-rapport tal-Awditur, ippublikat fl-aħħar ta' Diċembru, li kkwota minnu Bonnici, hemm imniżżel li meta nbiegħet l-art imsemmija fl-1990 kien hemm kundizzjoni fuqha biex din tintuża biss għall-produzzjoni ta' xorb alkoħoliku u non-alkoħoliku. Iżda fl-1 ta' Diċembru 2009, il-kumpanija ta' Zaren Vassallo, LBM Breweries, talbet li jinbidel l-użu tal-art. L-għada, fit-2 ta' Diċembru, id- Dipartiment tal-Artijiet laqa' t-talba ta' Vassallo u l-art saret waħda libera u franka. B'hekk seta' jiżviluppaha kif irid. Fl-2011 il-Kummissarju tal-Artijiet kien innota kif il-kuntratt jista' jikser l-Att dwar l-Artijiet tal-Gvern, għax suppost kellu jmur quddiem il- Parlament jew toħroġ tender għalih. Għaldaqstant kienet intbgħatet ittra lil kumpanija ta' Żaren Vassallo biex jitħassar il-kuntratt illegali. Jidher iżda li minflok tħassar il-kuntratt, inħatar kumitat ta' 3 periti biex jevalwaw il-valur tal-art. Filwaqt li r-rapport tal-Awditur ma jsemmix min mill-Gvern kien qed imexxi n-negozjati, dwar dan, Bonnici allega li dak iż-żmien kien Jason Azzopardi li ta istruzzjonijiet biex l-art tiġi valutata bi prezz ta' 20 sena qabel. Minn naħa tiegħu Azzopardi ċaħad bil-qawwa dawn l-allegazzjonijiet u fetaħ libell kontra l-Ministru Bonnici. Mistoqsi dwar dan il-każ matul il-ġimgħa, Azzopardi fakkar biss li hu fetaħ dan il-libell, u allura il-fatti se joħorġu fil-Qorti. Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Bonnici spjega li kien intlaħaq kompromess ma' Vassallo għall-bejgħ tal-art b'valur ta' €706,400 minkejja li l-art in kwistjoni kellha valur ta' €8 miljuni. Bonnici żied jgħid li meta Vassallo ġie biex iħallas id-differenza fil-prezz miftiehem, li kienet ta' madwar €300,000, minflok, tħallas hu mill-Gvern tal-PN għal xi xogħolijiet li l-kumpanija tiegħu kienet għamlet għall-istess Gvern. Bonnici fakkar li kien wara li ntlaħaq dan il-ftehim, li sar ukoll is-self ta' €250,000 lill-Partit Nazzjonalista minn Żaren Vassallo. "Tal-inqas il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu ċ-ċans li jneħħi d-dubju dwar ir-rabta bejn is-self u dan il-ftehim jinten u skandaluż", stqarr il-Ministru Bonnici. L-isfida ta' Bonnici hija li kemm il- darba Simon Busuttil ma jippublikax din il-prova allura l-poplu jista' jasal għall-konklużjonijiet waħdu. Intant, ftit tal-ħin wara l-konferenza tal-aħbarijiet ta' Owen Bonnici, il-Partit Nazzjonalista ħareġ ir-reazzjon tiegħu fi stqarrija li sempliċiment qalet "Get a life." Ara wkoll paġna 19 "Nisfidak tippublika provi ċari li self ta' Vassallo tħallas kollhu lura..." – Owen Bonnici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 January 2017