Illum previous editions

illum 15 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 15 ta' Jannar 2017 Id-Direttur Ġenerali fid-Diviżjoni tal-Fondi u Programmi, fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall- Fondi tal-Presidenza tal-UE 2017 u dawk Ewropej, jgħarraf illi l-applikazzjonijiet għall-Miżura 4.1: Appoġġ għall-investimenti f'azjendi agrikoli fil-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014- 2020 ser jiġu milqugħa mill-Erbgħa 11 Jannar, 2017. Il-Miżura 4.1 tappoġġja investimenti fi rziezet u f'tagħmir biex dawn ikunu aktar effiċjenti. Dan it- titjib huwa immirat lejn konsum effiċjenti tal-enerġija kif ukoll il-qabda u l-ħażna ta 'enerġija. L- investimenti huma mmirati wkoll għall-immaniġġjar ta'skart agrikolu, investimenti fil-ħażna tal-ilma bħal ġwiebi, sistemi ta' irrigazzjoni kif ukoll investimenti għall-ħażna biex tittejjeb il-kwalità tal- prodott. Il-Miżura tappoġġja wkoll il-kostruzzjoni u titjib ta' proprjetà agrikola kif ukoll tkopri investimenti fuq ventilazzjoni, insulazzjoni u refriġerazzjoni. Il Formola tal-Applikazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti (inkluża l-lista ta' azzjonijiet eliġibbli) huma disponibbli fuq is-sit tal-Awtorità ta' Ġestjoni: www.eufunds.gov.mt L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi fil-Front Office fi ħdan il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima (MSDEC) fis-suq tal-Pitkali,Ta 'Qali (limiti ta' H'Attard) kull nhar ta' Tnejn u Ħamis bejn is-7:30-15:00 jew fil-Front Office tar-Razzett Sperimentali tal-Gvern fix-Xewkija, Għawdex nhar ta' Tlieta bejn is-7:30-13:00. Il-bdiewa huma mfakkra biex jiehdu dokument ta' identifikazzjoni uffiċjali meta jmorru biex japplikaw. Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta' Ko-finanzjament: 75% Unjoni Ewropea; 25% Gvern ta' Malta Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: L-Ewropa tinvesti f'żoni rurali Minn Veronica Lynn Mizzi "LILI mhux se tagħmilli differenza għax xorta m'iniex se niftaħ fil-Ħdud." Din kienet ir-risposta tal- maġġoranza tal-ħwienet li din il-gazzetta tkellmet magħhom, li qalu x'jaħsbu dwar ir-riforma fil-liġi tal-ħwienet, li se tippermettilhom li jiftħu wkoll il-Ħdud. Eżerċizzju li għamlet din il-gazzetta fost ħwienet meqjusa bħala 'negozji żgħar', fosthom grocers u ħwienet tax-xagħar, wera kif din id-deċiżjoni se tkun qed taffetwa lill-ħwienet ftit jew xejn. Dan hekk kif mill-20 ħanut li żaret din il-gazzetta fil-lokalità tar-Rabat, l-ebda minnhom mhu lest li jiftaħ fil-Ħdud. Iktar kmieni din il- ġimgħa, tħabbar li ħwienet se jkunu permessi li jiftħu nhar ta' Ħadd mingħajr bżonn ta' applikazzjonijiet jew liċenzji speċjali, kif inhi s-sitwazzjoni fil-preżent fejn sid ikollu jħallas €700 biex jiftaħ nhar ta' Ħadd. Jekk jiftaħ il-Ħadd, però, il-ħanut jeħtieġ jiddeċiedi li f 'waħda mill-ġranet l-oħra tal-ġimgħa ma jiftaħx. Imma jekk xorta jiddeċiedi li jagħmel dan, u għaldaqstant jiftaħ sebat ijiem fil-ġimgħa, dan ikollu jħallas permess speċjali li se jkun jiswa €700 fil-ġimgħa. F'dik li l-Ministru għall- Ekonomija Chris Cardona ddeskriva bħala 'bidla radikali,' ħanut li qabel ma kellux permess jiftaħ fil- Ħdud u l-festi pubbliċi, issa jista' jagħmel dan dejjem, minbarra fil-Ġimgħa l-Kbira, waqt li għandu l-possibbiltà li jestendi l-ħinijiet li fihom jiftaħ bejn il-Ħamis u s-Sibt, meta jista' jiftaħ sal-10 ta' filgħaxija. Il-gazzetta ILLUM, għaldaqstant, marret ir-Rabat lokalità b'żona ta' kummerċ imdaqqsa, b'numru konsiderevoli ta' ħwienet u staqsiet lil dwar din ir-riforma u kif se tkun qed taffetwahom. Il-ħwienet, li fin-natura tagħhom kienu jvarjaw minn ħwienet tal-ħwejjeġ, għal ħwienet tal-merċa, tal- ħaxix u anke hairdressers, fil-maġġoranza assoluta tagħhom qalu li din ir- riforma mhix se tkun qed taffetwahom għaliex huma xorta waħda ma jixtiqux jiftħu fil-Ħdud ukoll. Argument komuni fost diversi sidien ta' ħwienet kienet li s-sid, u bħalu wkoll il-ħaddiem, jeħtieġ li jkollu l-ġurnata tal- mistrieħ tiegħu li jkun jista' jqattagħha mal- familja. Bosta kienu dawk li argumentaw li meta huma jkunu s-sidien tal-ħanut, ftit li xejn ikollhom ċans jieħdu ġranet ta' mistrieħ, u allura jemmnu li l-Ħadd u l-festi pubbliċi għandhom jibqgħu hekk. Dan anke fid-dawl tal-fatt li llum il-ġurnata, kważi l-ħwienet kollha qegħdin jiftħu tul il-ġimgħa kollha mit-Tnejn sal-Ħadd fil-perjodu tal-festi tal- Milied. Sid partikolari ta' ħanut tal-merċa qal li hu żgur li mhux se jkun qed jiftaħ il-Ħdud, filwaqt li rrimarka li minkejja li ma kinux permessi li jiftħu, numru ta' ħwienet xorta waħda fetħu saħansitra f 'jum il-Milied. Għaldaqstant, appella sabiex minbarra li jsiru r-riformi u t-tibdiliet, ikun hemm min fil-verità jkun qed jiċċekkja u jikkonferma li l-ħwienet fil-fatt ikunu qed iżommu mar-regoli. Sid ta' ħanut tal-ħwejjeġ fir-Rabat qajmet punt interessanti, li iktar tard qablu miegħu diversi sidien oħra. Din qalet kif minkejja li hi tħoss li m'għandhiex tiftaħ, u għalissa hekk se tkun qed tagħmel, dan se jkun qed jaffettwa bil-kbir il-kompetizzjoni tal-ħanut tagħha. Qalet kif kollox jiddependi minn dak li se jkunu qed jagħmlu ħwienet oħra, u hi jkollha timxi ma' dak li tagħmel il-maġġoranza. "Jien ma nixtieqx niftaħ il-Ħadd għax nemmen li għandha tkun ġurnata ta' mistrieħ, imma jekk jispiċċa jiftaħ kulħadd ir-Rabat, x'ħa nagħmel? Inkun l-unika waħda li ma niftaħx?" sostniet din is-sid. Kompliet tgħid kif jekk dan jispiċċa jkun il-każ, hi jkollha tiftaħ kull ġurnata tal-ġimgħa, u b'konsegwenza ta' dan xorta waħda trid tħallas is- €700 liċenzja speċjali biex tagħmel dan. Fil-fatt, sid ta' ħanut ieħor ukoll semma din il-problema, iżda insista li kieku hu, xorta waħda ma jiftaħx il-Ħadd, anke jekk il-ħwienet ta' madwaru jiftħu l-bibien tagħhom. Hawnhekk tidħol il- kwistjoni tad-domanda, li għadd ta' sidien tkellmu dwarha. Sid ta' ħanut tal- ħwejjeġ qal li ma jarax li hemm il-bżonn li jiftħu l-Ħadd, u fil-fatt hu mhux se jkun qed jagħmel dan. Iżid jgħid li mhux vijabbli li ħanut jiftaħ il-Ħadd għaliex m'hemmx id-domanda għal dan mill-pubbliku Malti, kuntrarjament għal dak li jiġri f 'pajjiżi oħra, 'Ma nixtieqx niftaħ il-Ħadd, imma Approvat il- ġnien taħt id- daħla tal-Belt BĦALA parti mill- proġett ta' tisbiħ għad- daħla tal-Belt Valletta u Pjazza Tritoni, il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar approva wkoll xogħolijiet ta' tisbiħ fil-biċċa ta' quddiem tal-foss, taħt id- daħla tal-Belt. Ix-xogħolijiet fil-foss se jinkludu l-ħolqien ta' ġnien li se joffri aktar ħdura, bl-istess mod ta' kif hemm fil-foss tal-Imdina, u numru ta' "pjazzetti" miftuha, magħmulin minn pavimentar tal-ġebel tal- aħrax. Se jkun hemm ukoll aċċess f 'forma ta' trejqa li minnha tgħaddi vettura waħda, bejn il-parkeġġ fid-daħla prinċipali u l-' Lascaris war rooms'. Is-Supretindent għall- Kultura qabel li jsir dan il-proġett bħala bilanċ li se jinħoloq bejn żoni ta' ħdura u spazji miftuħin li jżidu l-esperjenza ta' aprezzament tal-fortifikazzjonijiet tal- Belt, kemm meta wieħed iħares lejhom minn ġol foss, minn pjazza Tritoni jew minn fuq il-pont li jagħti għad-daħla tal-Belt.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 January 2017