Illum previous editions

illum 15 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 15 ta' Jannar 2017 Sports 32 minn Cristian Antony Muscat WAQT konferenza stampa li saret fil-jiem li għaddew f 'lukanda ewlenija f 'Ħ'Attard, ingħataw dettalji rigward diversi training camps ta' lussu li qegħdin u se jkunu qed isiru fi gżiritna minn matul dan ix-xahar sa Marzu li ġej. Matul din is-sena se jkunu qed iżuru gżiritna biex jieħdu sehem f 'dawn it-training camps, Fortuna Dusseldorf li diġà jinsabu f 'pajjiżna, Clubul Sportiv Universitatea Craiova, FC St Gallen, Stabaek, RZ Pellets WAC, FC Wintherthur, it-team nazzjonali Slovakkia u selezzjoni mill-Major League Soccer. Tkellmu waqt din il-konferenza stamop fost oħrajn Dr Gavin Gulia, Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Dr Angelo Chetcuti, Segretarju Ġenerali tal-MFA u Hannes Empl, Chairman tal-Malta Football Camps. Beda biex tkellem Dr Angelo Chetcuti li saħaq li fis-snin li għaddew in-numru ta' talbiet minn uħud mill- aqwa clubs Ewropej biex jorganizzaw training camps f 'Malta żdiedu bil-bosta. B'rispons għal dan l-MFA ddeċidiet li tkompli bl- avvanzi tagħha biex ittejjeb l-faċilitajiet tagħha biex tkun f 'pożizzjoni aħjar biex tospita iktar timijiet u tkompli tiżviluppa is-suq tagħha. Huwa kompla li b'dan f 'moħħha, l-MFA mbarkat fuq diversi proġetti maġġuri fosthom l-installazzjoni ta' sistema ta' flood lights ġdida fit- Training Grounds f 'Ta' Qali, waqt li ġie mibdul il-pitch fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali għall-wieħed tal-ogħla livell meqjus bħala state of the art, imsejjaħ hybrid pitch. Huwa tenna li dawn il-proġetti msemmija se jkunu qed jiggarantixxu li l-faċilitajiet f 'pajjiżna se jkunu in sintonija mat- talbiet rikjesti minn timijiet tal-ogħla livell bħal dawk li se jkunu qed jipparteċipaw f 'dawn it-training camps. Kien imiss liċ-Chairman tal-Malta Football Camps, Hannes Empel, li jesprimi l-fehmiet tiegħu fejn saħaq li ma kellux dubju li sa mill-ewwel darba li tefgħu ħarsithom fuq Malta, kienu konxji mill-fatt li pajjiżna kien jinkorpora fih l-ingredjenti kollha fosthom pitches tal-ogħla livell, lukandi tajbin, temp mill-aqwa, atmosfera tajba u ħafna persuni li jħobbu l-football. Huwa kompla li wara l-ewwel staġun li huma kkolaboraw ma' Malta ma ħarġux diżappuntati. Hannes Empel sostna li kienu wkoll jafu li Malta kienet se tissemma' ħafna f 'media internazzjonali minħabba t-timijiet ta' profil għoli li kienu ġejjin jilagħbu fi gżiritna. Dan kollu ġie rikonoxxut ukoll mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, l-MTA, li kienet rappreżentata f 'din il-konferenza stampa miċ-Chairman tagħha, Dr Gavin Gulia. Huwa qal li jinsab kuntent ħafna li Malta Football Camps għat- tieni sena konsekuttiva kienet reġgħet għażlet lil Malta biex tospita training camps b'timijiet tal-ogħla livell. Huwa qal li dan għandu jerġa' jservi ta' reklam mill-aqwa għal pajjiżna biex ikompli jara rekords ta' numri ta' turisti minn pajjiżi barranin li jżuru Malta. Kemm Dr Gulia kif ukoll Hannes Empel saħaq li jekk wieħed jiġi biex jgħodd it-total tal- valur tar-reklamar li Malta se tkun qed tirċievi matul dawn ix-xhur, dan jitla' għal total ta' xejn inqas minn €4 miljun. Intant, waqt l-istess konferenza stapa tħabbar li Malta Football Camps kienet laħqet ftehim mal- kumpanija TRAVELclub li hija l-aqwa kumpanija f 'dak li għandu x'jaqsam ma' organizzazzjoni ta' training camps fl-Iżvizzera. Huma wkoll l-aġent uffiċjali tal- ivjaġġar tat-team nazzjonali Żvizzeru tal-football, tal- ice-hockey, tat-tennis kif ukoll tal-handball. Din il- koperazzjoni fit-tul se tkun qed tara lill-MFC u lit- TRAVELclub jippromwovu diversi training camps tal-football f 'Malta. MFS se tkun responsabbli minn timijiet professjonali, waqt li TRAVELclub se tkun responsabbli mis-settur amatorjali. Il-previżjoni għall-2017 hija dik li jkunu qed jieħdu sehem 16-il tim professjonali u 35 tim amatorjali. Intqal li l-MFC tinsab kunfidenti li wara l-ewwel staġun tagħha f 'Malta hija għandha dak kollu meħtieġ biex torganizza training camps ta' ċertu livell, waqt li għandha l-għan li jiġi assigurat l-fatt li bejn 30 u 40 tim professjonali tal-football u 150 team amatorjali jkunu qed iżuru gżiritna għal training camps fil-perjodu ta' bejn Jannar u Marzu ta' kull sena. Dan hekk kif l-istess kumpanija immexxija miċ- chairman Hannes Empel ikollha talbiet kbar ta' kull sena, iżda tkun ristretta minħabba n-numru ta' pitches b'turf naturali li jeżistu ġewwa pajjiżna. Dan kollu wasal riżultat tas-suċċess li kisbu training camps li saru tul is-sena li għaddiet b'timijiiet ewlenin fosthom PSV Eindhoven, Legia Warsaw u Viktoria Plzen jirbħu l-Kampjonati rispettivi ta' pajjiżhom matul l-istaġun li għadda. Intant, jekk wieħed jagħti ħarsa lejn training camps li saru matul is-sena li għaddiet u jittrasformahom f 'numri, jinnota li kien hemm 16-il training camp f 'pajjiżna bejn Jannar u Marzu, saru 230 sessjoni ta' taħriġ, intlagħbu 16-il logħba ta' ħbiberija, ġew trażmessi b'mod dirett fuq it-televixin jew fuq l-internet disa' logħbiet waqt li lukandi prinċipali madwar Malta rreġistraw xejn inqas minn 9,543 bed night minn timijiet li ħadu sehem f 'dawn it-training camps, meta wieħed jinkludi lill-plejers, uffiċjali, partitarji u ġurnalisti. Diversi timijiet barranin se jkunu qed jieħdu sehem training camps ta' lussu f 'pajjiżna Gavin Gulia, Angelo Chetcuti u Hannes Empl fost oħrajn jindirizzaw lil dawk preżenti Ritratt : Joe Borg SPORTMALTA flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Sports se jkunu qed jorganizzaw edizzjoni oħra ta' Sport Malta Awards - Għażliet Sportivi Nazzjonali - serata li tkun mistennija ħafna mid- dilettanti tal-isport lokali speċjalment mill-atleti, kowċis u amministraturi Maltin. Sport Malta Awards - Għażliet Sportivi Nazzjonali għandhom storja ta' 'l fuq minn 55 sena fejn dawn l-għażliet żviluppaw minn sena għal sena. Sa mill- ewwel edizzjoni, li rat lil Wilfred Pirotta fl-1960 jirbaħ l-unur tal-Isportiv tas-sena, sal-lum fejn dan l-avveniment kiber fil-popolarità tiegħu kemm bil-parteċipazzjoni tal-Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet, il- ġurnalisti tal-isport u anke l-pubbliku ġenerali. F'konferenza tal-aħbarijiet li fiha ngħataw id-dettalji għall-edizzjoni ta' din is- sena, tkellem is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Issir it-tnedija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 January 2017