Illum previous editions

illum 15 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Jannar 2017 | illum Sports 33 Ritratt: DOI - Pierre Sammut Balzan FC iniedu kits ġodda fl -okkażjoni tat-80 sena anniversarju mit-twaqqif tagħhom minn Cristian Antony Muscat WAQT konferenza stampa li saret fil-jiem li għaddew fil-Kumpless tat-taħriġ ta' Balzan FC f 'Ħal Lija, ġie mniedi l-kit il-ġdid ta' Balzan FC. Dan fl-okkażjoni tat-80 sena anniversarju li l-klabb qed jiċċelebra mit-twaqqif tiegħu lura fl-1937. Balzan FC se jkunu qed iżanżnu dawn il-kits propju llum fil-konfront tant mistenni li huma jmisshom jilagħbu kontra Birkirkara. Beda biex tkellem l-president Anton Tagliaferro li saħaq li fost l-aħbarijiet ħżiena li kkaraterizzaw lill-Balzan FC f 'dawn l-aħħar jiem, wieħed jista' jgħid li l-istorja ta' Balzan FC hija waħda mill-ftit aħbarijiet sbieħ fil-football Malti li seħħew riċentament. Dan hekk kif il-club li jirrapreżenta raħal żgħir f 'Malta jinsab fil-quċċata tal-klassifika tal-Kampjonat BOV Premier u b'aspirazzjonijiet sbieħ li jkompli jissielet għar-rebħ tal- Kampjonat. Huwa kompla li l-għan tagħhom mhuwiex biss li jaraw li l-ewwel team ikun l-aqwa wieħed possibli iżda wkoll li jkomplu jindukraw is-settur taż-żgħażagħ speċjalment billi jkomplu jattrezzaw l-akkademja tagħhom. Huwa qal li għalkemm jgħix l-Awstralja u jiġi Malta bejn ħames u sitt darbiet f 'sena, xorta waħda għandu f 'qalbu b'mod speċjali lir-raħal ta' Ħal-Balzan. Dan hekk kif dan ir-raħal jirrapreżenta raħal twelidu u l-post fejn trabba meta kien żgħir, u permezz tal- ħidma sfieqa tiegħu bħala president ta' Balzan FC, qed irodd lura xi ftit minn dak li tah dan ir-raħal pittoresk Malti. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas huwa rringrazzja lill-isponsors prinċipali ta' Balzan li huma Tuttosport, Powerede u Big 90, waqt li tenna li jekk Balzan ikomplu fit-triq tas-suċċess, huma se jkunu qed jassiguraw iktar sponsors fil- ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Tkellem ukoll il-coach ta' Balzan FC, Oliver Spiteri, li qal li għalkemm jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika, ikun tajjeb li huma jżommu saqajhom mal-art hekk kif ftit li xejn hemm differenza bejn l-ewwel ħames timijiet tal- klassifika. Huwa kompla li huwa minnu li bħalissa teżisti ċerta arja ta' ottimiżmu fil-kamp ta' Balzan FC, hekk kif dan il-club għamel avvanzi kbar f 'dawn l-aħħar snin u issa jinsab fit-tiġrija biex jissielet għar-rebħ tal-Kampjonat, iżda huwa saħaq li t-tiġrija hija waħda sal-barkun u fadal ħafna x'għad jista' jseħħ. Oliver Spiteri stqarr li jemmen ħafna fil-grupp ta' plejers tiegħu u jemmen li lkoll flimkien, jistgħu jaslu għat-tragward tar- rebħ tal-Kampjonat, li tkun xi ħaġa storika għal Balzan FC. Oliver Spiteri fakkar li l-għan tal-club fil-bidu ta' dan l-istaġun kien dak li jtemmu l-istaġun mal- ewwel erbgħa biex jassiguraw post fl-Ewropa, iżda isssa kif ġejjin l-affarijiet, huma se jkunu qed ifittxu li jikkonsolidaw posthom fl- ewwel post sa tmiem il-Kampjonat. Tkellem ukoll it-Talajn Paulo Taglialatella f 'isem Joma li qal li huwa ta' unur kbir għad-ditta li qed jirrapreżenta li matul din is-sena qed tisponsorja lil Balzan FC billi tissuplixxihom bil-kits uffiċjali, u huwa ta' unur ikbar li huma se jkunu qed jissuplixxu l-kits uffiċjali li se jkunu qed ifakkru t-80 sena anniversarju mit-twaqqif tagħhom. U ċjali u plejers ta' Balzan FC waqt it-tnedija tal-kits u ċjali Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius li wera s-sodisfazzjon tiegħu li għal sena oħra żewġ entitajiet separati qed jaħdmu flimkien għal għan wieħed. Huwa kompla jgħid li f 'pajjiż bħal Malta, li huwa ċkejken fid- daqs u r-riżorsi, ma jistax jkun mifrud bi tribujiet. Huwa emfasizza wkoll li għandu jkun hemm rispett reċiproku bejn l-atleti, l-coaches, l-amministraturi u l-ġurnalisti. Matul din l-aħħar sena esperjenzajna diversi inċidenti li tappnu lix-xena sportiva f 'pajjiżna imma dan m'għandux ixejjen ċ-ċelebrazzjoni li ssir permezz ta' SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali Mark Cutajar, Ċermen tal-Kumitat Organizzattiv qal li għalkemm jifhem li din l-okkażżjoni hija ċelebrazzjoni tal-kisbiet tal-isportivi Maltin, huwa konxju min-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tagħha, għalhekk hu stqarr li minkejja serata mill-aqwa dan l-investiment dejjem isir b'reponsabbilta' kbira. Semma wkoll li t-trasparenza hija wkoll mira oħra li dan il- Kumitat Organizzattiv ħadem għaliha. Huwa ta dettaljidwar is-seratafinali li serssir fil-25 ta' Frarf 'Daril-Mediterran għall-Konferenzi u li sertkun preżentata mill-ġurnalista Pamela Schembri. Cutajar qalukoll li fl-istessċentru fis-7 ta' Frarserssir it-tħabbiratal-fi nalistiwaqtċerimonjaapposta. Għall-edizzjoni ta' din is-sena ġew ikkonfermati l-unuri tradizzjonali - dawk ta': sportiv, sportiva, żagħżugħ, żagħżugħa, tim, kowċ u uffiċjaltas-sena, bis-soliti rikonoxximenti jmorru għand l-atleti ta' Special Olympics Malta, l-aħjar sportiv Għawdxi u l-avveniment tas-sena u l-People's Choice Award li jkun magħzul mill-pubbliku. Cutajar qal ukoll li biex jikkumplimenta din is- serata hemm ukoll spettaklu televiżiv. Huwa temm billi rringrazzja lill-Kap Eżekuttiv tal-PBS John Bundy għall- kollaborazzjoni tiegħu u tal-istazzjon nazzjonali għal dan l-avveniment li din is- sena se jkun ikbar mis-snin l-imgħoddija Sandro Micallef, Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports min- naħa tiegħu rringrazzja lil SportMalta tal-ftehim estiż sabiex l-Isportivi Nazzjonali jkunu organizzati għat- tmien sena konsekuttiva b'mod konġunt. Hu appella lis-Segretarji tal- Assoċjazzjonijiet sabiex jipparteċipaw fil-proċess tan-nominazzjonijiet li se jagħlaq fl-20 ta' Jannar u nkoraġixxa lill-membri tal- Għaqda Ġurnalisti Sports sabiex jikkonkorru kif dejjem għamlu meta jibda l-proċess tal-votazzjoni sabiex minn 10 finalisti jintgħażlu biss ħamsa qabel il-votazzjoni finali live waqt is-serata. Iċ-Ċermen ta' SportMalta, Luciano Busuttil qal li din is-serata għandha sservi ta' vetrina għall-atleti tagħna biex iservu ta' role models għal dawk li jixtiequ jagħmlu dak l-isforz żejjed u jidħlu fil-kamp tal-isports professjonali. Storja tal-Isportivi Nazzjonali Għaddew 55 sena minn meta l-mibki Benny Pace twebbel li bis-saħħa tal- ġurnal tiegħu The Sporting Star joħloq l-Isportivi tas-Sena. Dak iż-żmien kienet biss għażla popolari bil-qarrejja li jkunu huma li jaraw min kien ħaqqu jirbaħ l-ogħla unur tal- isport f 'pajjiżna. Minn dawk iż-żminijiet inbidlu ħafna affarijiet fejn għal snin twal il-votazzjoni għall-finalisti u eventwalment rebbieħa kienet issir mill-membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, dakinhar waqt is-serata bl-użu tal-famużi paletti bin-numri, u snin wara l-votazzjoni kienet issir ftit jiem qabel il-finali. Il-Kumitati Organizzattivi tal-aħħar edizzjonijiet ħadu ħsieb li l-votazzjoni terġa' tmur għall-oriġini tagħha b'votazzjoni live waqt is- serata nnifisha, ovvjament b'teknoloġija moderna u iktar professjonali. Sport Malta Awards - Għażliet Sportivi Nazzjonali ta' din is-sena se jsiru nhar is-Sibt 25 ta' Frar 2017 fis- Sala tal-Konferenzi ta' Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta u s-serata se tixxandar diretta fuq TVM2 bit-trażmissjoni tibda fit-8.15pm. it-tnedija ta' Sport Malta Awards - Għażliet Sportivi Nazzjonali Mix-Xellug għal-Lemin: Luciano Busuttil, Mark Cutajar, Chris Agius u Sandro Micallef jindirizzaw lil dawk preżenti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 January 2017