Illum previous editions

illum 15 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Jannar 2017 | illum Sports 35 ġimgħatejn nipprova nipprepara lili nnifsi għal dik it-tiġrija. Mort għas- CSSE f 'forma mhux perfetta. Kont naf li kelli naffaċċja atleti ta' livell ħafna aħjar minn tiegħi u li jien ma kontx fl-aqwa forma possibli. Però, ma qtajtx qalbi u rnexxieli nipprepara biżżejjed biex ġrejt dik it-tiġrija f 'ħin diċenti ta' 8.54 minuti. L-attenzjoni tiegħi malajr daret fuq il-Kampjonati Nazzjonali tal-Atletika li kienu se jsiru fuq tliet ijiem. Wara diskussjonijiet mal-kowċ tiegħi Mario Bonello, iddeċidejna li l- aħjar kien li ntellaq fl-10,000m u fil-5000m. Kont naf li ma kinitx se tkun faċli għalija peressli kont għadni ġej minn xahrejn prattikament bla taħriġ. Ġimgħa wara s-'CSSE', fit-18 ta' Ġunju, kien hemm it-tiġrija tal-10,000m. Kienet ġurnata b' temperatura u umdità għolja ħafna. Kelli taqtiegħa iebsa mal-atleta Andrew Grech, però fl-aħħar ħriġt rebbieħ jien. Il-Ħadd 26 ta' Ġunju imbagħad kien imiss it-tiġrija tal-5000m fejn erġajt iltqajt mal- avversarju prinċipali tiegħi, Andrew Grech. F'din id-distanza, kont iktar kunfidenti u anke l-forma fiżika tiegħi kienet ġiet ħafna aħjar u erġajt ħriġt rebbieħ. Ninsab kuntent ħafna b'dawn ir-riżultati li ksibt fil-Kampjonati Nazzjonali tal-Atletika kif ukoll bir-riżultati kollha li ksibt matul dan l-istaġun. Issa wasal iż-żmien li nieħu ftit ġimgħat ta' mistrieħ, u mbagħad nerġa' nibda nipprepara għall-istaġun li jmiss. Fil-ġimgħat li għaddew komplejt timpressjona u rbaħt ukoll il-Malta International Challenge Marathon. Il-kummenti tiegħek. Il-Malta Challenge Martahon hija waħda mill-aktar tiġrijiet mistennija fil-kalendarju tal-atletika ta' Malta. Hija tiġrija diffiċli imma sabiħa mifruxa fuq tliet ijiem li tkopri d-distanza ta' maratona sħiħa, jiġifieri 42.2km. Din is-sena għalija kienet it-tieni darba li pparteċipajt fil-Malta Interational Challenge Marathon. Fl-edizzjoni tal-2015, kont għadni pjuttost ġdid għad-distanzi twal u ma kellix daqshekk esperjenza. Però, ġaladarba ddeċidejt li nidħol għaliha, ippreparajt ruħi mill-aħjar li stajt u kont kuntent ħafna li spiċċajt fit-tieni post wara Andrew Grech fl-ewwel parteċipazzjoni tiegħi. Kien riżultat pożittiv ħafna għalija. L-esperjenza tal-Malta International Challenge Marathon 2015 kienet sabiħa ħafna u kont deċiż li nerġa' nieħu sehem fl-2016 u nimmira għal riżultat jerġa' aħjar milli kelli. Il-forma tiegħi fl-aħħar xhur kienet tajba ħafna u akkwistajt diversi riżultati tajbin fl-aħħar xhur speċjalment ir-riżultat tajjeb ħafna fil-Valencia half marathon fejn għamilt ħin ta' 1:09:26 u spiċċajt fit-33 post minn aktar minn 13,000 kompetitur. Hekk kif bdiet toqrob il-Malta International Challenge Marathon ta' din is-sena, ippreparajt tajjeb ħafna, aktar mis-sena ta' qabel, speċjalment għax din is-sena kelli esperjenza ta' x'kont qed nistenna. Kont naf ukoll li kien se jkolli kompetizzjoni tajba minn atleti bħal Mario Grech u Stefan Azzopardi kif ukoll minn atleti oħra barranin. L-ewwel stadju li sar fis- Siġġiewi kien iebes b'diversi telgħat. Bdejt l- ewwel ġurnata mill-ewwel b'rebħa tajba ħafna, fejn għamilt id-distanza ta' 16.1km f 'ħin ta' 55.37 minuti. Tant kien riżultat tajjeb dan li wara l-ewwel ġurnata, diġà kelli vantaġġ ta' aktar minn żewġ minuti. Għalhekk, dħalt għat-tieni ġurnata aktar kunfidenti. Din kienet distanza ta' 5km li saret f 'Marsascala. Hemmhekk erġajt irbaħt b'ħin ta' 15.59 minuti, u komplejt inkabbar il- vantaġġ fuq it tieni atleta Mario Grech b'madwar 20 sekonda oħra. L-aħħar ġurnata li saret f 'Buġibba u l-Qawra kienet tkopri l-itwal distanza - dik ta' 21.1km. Din kienet it-tiġrija li kienet tħoll u torbot. Għalkemm kelli vantaġġ komdu, xorta waħda qgħadt attent u ġrejt tiġrija tajba fejn erġajt irbaħt b'ħin ta' 1:14:43. Il-ħin totali tat- tliet ijiem kien ta' sagħtejn, 26 minuta u 18-il sekonda. Ninsab ferħan immens b'din ir-rebħa f 'din it-tiġrija. Hija esperjenza ta' tliet ijiem mill-isbaħ. Żgur li nerġa' nipparteċipa s-sena d-dieħla biex niddefendi t-titlu tiegħi! Wara dan is-suċċess kollu li rnexxielek tikseb sa issa, ninsab persważ li tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti lil diversi persuni... Nixtieq nirringrazzja lill-familja tiegħi, speċjalment lill-mara Joanna, kif ukoll lill-ħbieb kollha tiegħi, li dejjem jissapportjawni. Nirringrazzja wkoll lill-kowċ u mentor tiegħi, Mario Bonello tal-pariri siewja tiegħu, lil SportMalta li jgħinuni permezz tal- Flexi-training scheme, lill-MAAA, kif ukoll lill-isponsors kollha tiegħi li huma Urban Jungle, Garmin Malta, NYOO Hamrun, Team Barry - Malta International Challenge Marathon, shopgozo.com, Gaudos Gym, Victoria Gozo kif ukoll lill-masseur tiegħi Philip Cachia. Grazzi kbira tmur ukoll għall-atleti sħabi Għawdxin li jtuni sapport kbir f 'kull tellieqa li nieħu sehem fiha, u l-membri tal- kumitat tal-klabb tagħna li dejjem qed jikber - Gozo Athletix AC. B'wiċċi minn quddiem ngħid li ma stajtx nikseb l-unuri li qed nikseb bħalissa mingħajr s-sapport u l-għajnuna kontinwa ta' dawn il-persuni kollha li jien imdawwar bihomFi ftit kliem, nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor għenuni u ssapportjawni f 'dan l-isport li tant inħobb nipprattika. jagħmel isem u unur kbir għal Malta Matul is-sena li għaddiet, u anki l-bidu ta' din is-sena, kiseb riżultati mill-aqwa t-tlielaq kollha li ħa sehem hom Fit-28 ta' Frar li għadda rebaħ il-Malta Half Marathon Ġie magħżul biex jirrapreżenta lil Malta -IAAF World Half Marathon Championships li saru s-26 ta' Marzu li għadda Kompla jimpressjona u rebaħ ukoll il-Malta International Challenge Marathon CHARLTON DEBONO Ritratti: James Bianchi "Fil-bidu tal-karrriera tiegħi bħala atleta, għall-fatt li jien ngħix f 'Għawdex, fejn hemm nuqqas ta' trakka propja tal- atletika, ma stajtx nittrenja tajjeb għal distanzi twal bħal dawn"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 January 2017