Illum previous editions

illum 15 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 15 ta' Jannar 2017 Minn Brussell 8 220 laqgħa f 'Malta...1,600 laqgħa fi Brussell John Busuttil minn Brussell DIN il-ġimgħa tela' s-siparju fuq il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u għalhekk ħassejt li hu l-mument opportun li nintervista lill-persuna li qiegħed fit-tmun tax-xogħol kollu li jrid jinħema minn mijiet ta' ħaddiema biex din il-presidenza tirnexxi. Ian Borg inħatar Segretarju Parlamentari fil-bidu ta' din il- leġislatura sabiex jkun fit-tmun tal-magna tal-Presidenza. Għalhekk dawn il-paġni minn Brussell se jkunu dedikati għal intervista li għamilna ma' Ian Borg. Għalfejn il-Presidenza Maltija tal- UE hija okkażjoinu speċjali għal pajjiżna? "Il-Presidenza tal-Kunsill tal- Unjoni Ewropea hija okkażjoni speċjali u l-ewwel darba fl-istorja ta' Malta li qed tassumi tmexxija 'top-tier' internazzjonali - il- Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Hija opportunità għal kull Stat Membru, irrispettivament mid-daqs tiegħu jew kemm ilu membru, kif inhu l-każ ta' Malta, biex jinfluwenzaw l-aġenda tal-UE u jiggwida l-isforzi tal-UE. Malta għall-ewwel darba se tkun qed tassumi din il-Presidenza mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Gunju 2017 u ser tiddiskutti s-sitt prioritajiet magħżula minnha." Qabel ħadet il-Presidenza Malta, kien hemm diversi pajjiżi oħra li kienu fuq l-istess siġġu, allura dan ifisser li Malta se tkun waħda bħall-oħrajn jew se tagħmel id- differenza aktar minn oħrajn? "Waħda mill-wegħdiet ewlenin tal-Presidenza tagħna hija li aħna se nkunu qed 'Inqegħduk fil-qalba tal-Ewropa'. Din hija wegħda lejn il-poplu Ewropew. Irridu naraw li l-Ewropa tisma' iktar l-għajta taċ-ċittadin u t-tħassib tiegħu. Trid tegħleb l-isfidi li qed iwasslu biex ħafna ċittadini ma jridux jikkoperaw mal-proġett tal-Ewropa u minflok qed jersqu lejn il- popoliżmu u nazzjonaliżmu. Malta ħasbet fuq sitt prijoritajiet matul il-Presidenza li kollha għandhom relevanza għall-gżejjer Maltin kif ukoll għal Ewropa kollha. "Dan huwa l-mument tagħna. Xi nazzjonijiet jistgħu jiġu skoraġġuti mill-prospett li jwasslu l-aġenda leġiżlattiva għal 28 Stat minħabba li qed jgħixu fi żmien ta' inċertezza ekonomika u ġeopolitika estrema." "Is-sitt prijoritajiet ta' Malta huma, il-politika tal-ġirien (neighborhood policy), is-sigurtà, l-immigrazzjoni, is-settur marittimu, is-suq intern u l-inklużjoni soċjali. Malta se tara li tikkontribwixxi lejn ir-rivitalizzazzjoni tal-proġett Ewropew u unjoni li hija aktar relevanti. Dawn huma maħsuba biex jagħmlu l-ħajja tac-ċittadin aktar sigura u aħjar. Hemm ukoll it-tneħħija tat-tariffi tar-roaming madwar l-Ewropa kollha sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jibqgħu f 'kuntatt meta jivvjaġġaw mingħajr ħlas żejjed. Malta se tkun qed torganizza wkoll Konferenza fuq Livell Ministerjali dwar kwistjonijiet LGBTIQ biex tkompli tesplora l-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni f 'dan il-qasam." Hu fatt, iżda li ħafna drabi jitqajmu ħafna suġġetti li dwarhom isiru sigħat sħaħ ta' diskussjonijiet. Hu fattur reali wkoll li ħafna minn dawn jispiċċaw bħala 'talking shop' u ftit jew xejn jiġu attwati... "Id-diskussjonijiet, eventwalment se jissarfu f 'leġiżlazzjonijiet li huma ta' ġid għal kull ċittadin Malti." Bla dubju li l-akbar segretarjat u uffiċċju li kellu xogħol f 'dawn l-aħħar xhur hu s-segretarjat tiegħek, kif qed tilqa' għall-isfida? "Hija sfida b'ħafna xogħol u preparamenti. Sentejn u nofs ta' ħidma li issa waslu biex jagħtu l-frott tagħhom. Kien hemm u għad hemm bżonn ta' ħafna koordinament ma' Ministeri oħra u organizazzjonijiet ta' laqgħat kemm f 'Malta u kif ukoll barra. Kienet neċessità li nżidu l-istaff għal żmien is-sitt xhur tal-Presidenza. Dan minħabba li se jiġu organizzati mal- Bħalma għandna d-dritt li nkunu fit-tmun bħal pajjiżi l-kbar, għandna l-obbligi finanzjarji bħal ħaddieħor ukoll." 'Sentejn u nofs ta' ħidma li wasslu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 January 2017