Illum previous editions

Illum 4th June 17

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/832506

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

L-għażla ssiġġillata DALGĦODU jkun magħruf ir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali, u jibda jinkiteb kapitlu ġdid fl- istorja politika Maltija. Ir-riżultat li se jitħabbar dalgħodu se jkollu effett mhux biss fuq id-direzzjoni tal-pajjiż, iżda wkoll se jkun determinanti għad-destin taż- żewġ partiti politiċi. Għalhekk se nħarsu lejn xenarji differenti li jistgħu jiżvolġu mil-lum u l-impatt politiku li se jkollhom. Rebħa komda għall-Partit Laburista tkun ċertifikat pożittiv għall-kisbiet kbar li saru fuq diversi fronti, primarjament l-ekonomija. Il-fatt li l-ekonomija kibret u pajjiżna esperjenza fost l-akbar tkabbir fl-Ewropa hija kisba li l-ebda storja jew allegazzjoni ma tista' qatt tħassar. Rebħa komda għall-PL tkun l-akbar grazzi għat-tneħħija tal-Power Station tal-Marsa, għall-qalba għall- gass miż-żejt, għall-benefiċċji ta' min jixtri proprjetà, għaż-żieda fil-benefiċċji u fuq kollox għax- xogħol. L-akbar kisba tal-Gvern ta' Joseph Muscat kien ix-xogħol. L-ammont ta' xogħol li nħoloq f 'pajjiżna għamel lil Malta fost l-aktar pajjiżi Ewropej attraenti biex wieħed isib impjieg, apparti l-fatt li pajjiżna ra r-rata ta' qgħad dejjem nieżla biex illum hija fost l-aktar baxxa. Mhux biss milli qatt kienet fi snin twal lokalment, talli hija fost l-aktar baxxa fl- Unjoni Ewropea kollha. Muscat wettaq, fejn ħaddieħor ma wettaqx. Nr 555 • 4 ta' Ġunju 2017 www.illum.com.mt Tkompli f 'paġna 2 u 3 €1.00 Intervista ma' Joseph Farrugia Ara paġni 34 u 35 Tkompli f 'paġna 17 NEWSPAPER POST Editorjal: It-tieni u d-disa' distrett bl-akbar żidiet fit-turnouts fl-ewwel 7 siegħat SAKEMM morna għall- pubblikazzjoni kienu għadhom ħarġu biss iċ- ċifri ta' kemm ħarġu nies jivvutaw fl-ewwel seba' siegħat tal-votazzjoni. Sas- sagħtejn ta' wara nofsinhar, l-aktar żewġ distretti li raw żieda fin-numru ta' persuni li vvutaw kienu t-tieni u d-disa' distrett. Fil-fatt, f 'dan id-distrett li jinkorpora fih Bormla, il- Birgu, l-Isla, l-Kalkara, Ħaż Żabbar, u x-Xgħajra, kienet reġistrata l-akbar żieda ta' persuni li marru jivvutaw mill-elezzjoni tal-2003 sas- sagħtejn ta' wara nofsinhar. Fl-2003, sa dan il-ħin kienu vvutaw 49%, fl-2008 45%, fl-2013 45%, u lbieraħ ivvutaw 52%. Id-disa' distrett irreġistra żieda ta' 7% fin-numru ta' nies li vvutaw sas-sagħtejn ta' wara nofsinhar biex kien fl-istess livelli tal-2003. Dan id-distrett huwa magħmul mill-Għargħur, l-Imsida, San Ġwann, is-Swieqi u Ta' Xbiex.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 4th June 17