Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/832506
6 illum | Il-Ħadd 04 ta' Ġunju 2017 Elezzjoni2017 2017 WARA kampanja elettorali ta' 33 ġurnata ntensa, matul il-ġurnata tal-bieraħ, 333,380 votant kellu d-dritt li jivvota fl-elezzjoni ġenerali. Dan hekk kif kienu 8,372 persuna li baqgħu ma ġabrux il-vot tagħhom sa nhar il-Ħamis f 'nofsillejl. F'iktar minn 100 post tal-votazzjoni, ilbieraħ sa mis-7:00 ta' filgħodu, il-votanti rħewlha sabiex isemmgħu leħinhom u jagħżlu l-kandidati biex jirrapreżentawhom fil- Parlament. Il-kapijiet tal-Partiti u l-ogħla awtoritajiet ivvutaw qabel nofsinhar, bil-kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia tivvota fl-iskola primarja fil- Qrendi għall-ħabta tat-8:00 ta' filgħodu, akkumpanjata minn Godfrey Farrugia. Ftit tal-ħin wara, il- President ta' Malta flimkien ma' żewġha Edgar Preca, tefgħu l-vot tagħhom f 'Ħal Balzan għall-ħabta tad-9:00 ta' filgħodu. Għadd ta' ġurnalisti kienu qegħdin jistennew lill-Prim Ministru Joseph Muscat, flimkien ma' Michelle Muscat sabiex jitfgħu l-vot tagħhom f 'Burmarrad, fuq il-11-il distrett. Wara li tefa' l-vot, Muscat għadda kumment qasir lill- ġurnalisti, fejn wara li qal li għamel dmiru, ħeġġeġ lil kulħadd jivvota f 'dan il-jum importanti għad- demokrazija. "Inħarsu 'l quddiem lejn il-ġudizzju tal-poplu," sostna Muscat. Fil-11 ta' filgħodu vvutaw il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u ċ-chairperson tal- Alternattiva Demokratika rispettivament. Busuttil, li kien qed jivvota għall- kandidati fuq it-tmien distrett, tefa' l-vot tiegħu għall-ħabta tal-ħdax fl- iskola primarja ta' Ħal Lija, flimkien ma' Kristina Chetcuti u ibnu Gregory. Min-naħa tiegħu, Simon Busuttil, f 'kummenti li ta lill-ġurnalisti wara li tefa' l-vot tiegħu, sostna li l-jum tal-bieraħ kien 'il-jum tal- poplu'. "Ħadd ma jiddeċiedi jekk mhux il-poplu," sostna Busuttil waqt li appella sabiex kulħadd jagħmel dmiru bħala ċittadin, għaliex "illum, iċ-ċavetta ta' pajjiżna hija f 'idejn il- poplu, u d-deċiżjoni tiegħu hi l-aħħar kelma li tiġi rispettata minn kulħadd." Matul il-ġurnata tal-bieraħ, il-Partit Nazzjonalista għamel sensiela ta' żjarat madwar il-pajjiż. Fil-fatt, wara li xeħet il-vot, Busuttil 'Inħarsu 'l quddiem lejn Ħarsa lejn il-votazzjoni fl -elezzjoni ġenerali tal-bieraħ Ritratt: James Bianchi Ritratti: Chris Mangion