Illum previous editions

Illum 4th June 17

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/832506

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 04 ta' Ġunju 2017 | illum Sports 29 tal-futbol internazzjonali... MICHAEL KEANE - Liverpool jinsabu viċin li jakkwistaw lid-difensur ta' Burnley Michael Keane għas- somma ta' €25 miljun. Jidher li dawn iż-żewġ naħat diġà laħqu ftehim verbli, waqt li Keane jinsab ħerqan biex jara jekk ir-Reds hux se jkun qed jirnexxielhom jiksbu kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League. Intant, interessati ferm f 'dan il-plejer kien hemm ukoll Manchester United hekk kif kien propju ma' dan il-klabb li Keane beda l-karriera kalċistika tiegħu. MOHAMED SALAH - Liverpool ilhom ammiraturi tal-player internazzjonali Eġizzjan ta' Roma, Mohamed Salah, iżda issa jinsabu lesti li jagħmlu talba uffiċjali għall-akkwist tiegħu. Dan wara li r-Reds kienu xeħtu l-ħarsa tagħhom fuq il-plejer ta' Bayer Leverkusen Julian Brandt fejn iżda issa kollox qed jindika li huwa se jkun qed jibqa' jilgħab mal-Ġermaniżi. Għadhom ma tħabbrux dettalji rigward kemm Liverpool jinsabu lesti li joffru għal Salah, bir-Reds qed isegwu wkoll il-progress tal-player ta' Arsenal, Alex Oxlade-Chamberlain. MARCO REUS - Il-manager ta' Manchester United Jose Mourinho irid jakkwista lill-attakkant ta' Borussia Dortmund, Marco Reus ma' Manchester United. Mourinho jrid lil dan il-plejer internazzjonali Ġermaniż biex jieħu post Wayne Rooney li mistenni jħalli lit-tim minn Old Trafford biex jibda avventura ġdida fiċ-Ċina matul is-sajf li ġej. Ir-Red Devils jidhru li se jkunu qed jaffaċċjaw kompetizzjoni minn Atletico Madrid għall-akkwist ta' Reus, hekk kif Diego Simeone, qed ifittex li jsib sostitut denju għal Yannick Carrasco li kellu staġun deludenti ferm mar-Rojo Blancos. WILLIAM CARVALHO - Newcastle United qed jippjanaw offerta ta' £39 miljun għall-midfielder ta' Sporting Lisbon, William Carvalho. Il-manager tal-Magpies Rafa Benitez kien diġà beda jsegwi mill- viċin lil Carvalho meta kien manager ta' Real Madrud u jinsab ħerqan li jġibu lura ma' Newcastle United li staġun ieħor se jerġgħu jilagħbu fil-Kampjonat Barclays Premier. Sporting qed jitolbu s-somma ta' £39 miljun hekk kif din hija l-klawżola tar-release tiegħu, iżda l-president tagħhom ammetta matul din il-ġimgħa li huwa lest li jbieħ lil uħud mill-players tiegħu għal somma inqas mill-klawżola tar-release tagħhom biex jikseb biżżejjed finanzi għal matul is-sajf li ġej biex jagħmel akkwisti ta' ċerta kwalità. ANGEL DI MARIA - Barcelona qed jippjanaw offerta għall-winger ta' PSG Angel Di Maria matul is-sajf li ġej. Barcelona q qed ifittxu li jsibu sostitut denju għal Arda Turan u għalkemm Di Maria għandu rabtiet ma' Real Madrid minħabba li fil-passat kien jilgħab magħhom, il-ħbiberija tiegħu kemm ma' Lionel Messi kif ukoll ma' Javier Mascherano tista' tgħin bis-sħiħ biex Di Maria jiffirma ma' Barcelona. Il-Blaugrana qed isegwu wkoll il-progress ta' Marco Reus, Bernardo Silva u Vitolo bħala alternattivi oħra għal Arda Turan. WAYNE ROONEY L-attakkant ta' Manchester United Wayne Rooney jinsab lest biex imur jilgħab fiċ- Chinese Super League. Dan il-plejer internazzjonali Ingliż ilu jiġi rrapurtat li jista' jmur jilgħab fiċ-Ċina u issa jidher li ddeċieda li l-esperjenza tiegħu mar-Red Devils waslet fi tmiemha. B'hekk jidher li l-UEFA Europe League mirbuħa minn Manchester United se tkun l-aħħar unur li Rooney rebaħ bil-flokk ta' Manchester United. PEPE - Id-difensur ta' Real Madrid Pepe qed jersaq iktar viċin li jibda esperjenza fi Franza ma' PSG. Dan il-player internazzjonali Portugiż jintemmlu l-kuntratt mal-Galacticos matul is-sajf li ġej u rrifjuta serje ta' offerti miċ-Ċina biex jingħaqad maċ-champions tal-Ligue 1 f Franza. Għadu mhux magħruf kemm PSG jinsabu lesti li jħallsu għall-akkwist ta' dan il-plejer li huwa kolonna fid-difiża kemm ta' Real Madrid kif ukoll tat-team nazzjonali Portugiż. MICHY BATSHUAYI - West Ham United jinsabu viċin li jakkwistaw lill-attakkant ta' Chelsea Michy Batshuayi. Dan il-plejer Belġjan skorja l-gowl li rebbaħ il-Kampjonat lil Chelsea kontra West Brom iżda jidher li se jkun qed iħalli lill-Blues fil-jiem li ġejjin wara li matul dan l-istaġun ftit li xejn sab spazju taħt il-gwida ta' Antonio Conte. Għadu mhux magħruf kemm Chelsea se jkunu qed jitolbu għal dan il-plejer. PIERRE-EMERICK AUBAMEYANG -Pierre-Emerick Aubameyang talab biex iħalli lil Borussia Dortmund. Għalkemm PSG, AC Milan u Tianjin Quanjian jinsabu interessati f 'dan l-attakkant, huwa għadu ma ddeċidiex rigward liema se jkun il-klabb li jmiss tiegħu. Madankollu, Borussia Dortmund mhux se jkunu qed jaċċettaw somma ta' inqas minn €80 miljun għas-servizzi tiegħu. Il-Ġermaniżi jidhru li diġà sabu lis-suċċessur tiegħu li huwa Patrick Schick ta' Sampdoria.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 4th June 17