Illum previous editions

Illum 4th June 17

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/832506

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 04 ta' Ġunju 2017 Sports 26 DUNCAN Bezzina li jilgħab mal-Każin tal- Banda La Vincitrice tal- Isla rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali Premier tas-Snooker organizzat mill-Malta Billiards & Snooker Association meta fil-Finali huwa għeleb lil Aaron Busuttil tal-Każin tal-Banda De Paule, Raħal Ġdid bl-iskor ta' 6-4. Il-final intlagħbet quddiem pubbliku numeruż fil-Każin tal- Banda La Vincitrice, l-Isla u kienet ikkontrollata mir- referi Ivan Pirotta. Dan kien it-tielet titlu nazzjonali għal Bezzina waqt li Busuttil kien qed jilgħab fl-ewwel finali tiegħu tal-Kampjonat Nazzjonali. Il-finali kienet waħda kumbattuta biż-żewġ plejers jirbħu frame kull wieħed sat-tmien frame meta l-iskor kien 4-4. L-aħħar żewġ frames intrebħu minn Bezzina għal skor finali ta' 6-4 biex sar Champion ta' Malta. L-aħjar brejks kienu ta' Bezzina li ghamel brejk ta' 65 punt fil-ħames frame u ieħor ta' 100 punt fis-seba' frame. L-iskors tal-frames fil- finali kienu dawn: (Bezzina l-ewwel): 15-81, 61-22, 5-60, 80-0, 82(65)-44, 23-62, 101(100)-26, 27-83, 66-20, 72-18. Wara l-finali s-Sur Frans Bugeja, president tal- Malta Billiards & Snooker Association ippreżenta t-trofej liż-żewġ plejers rispettivi. Kollox lest għas-seba' edizzjoni tal-Goalkeeper Battle L-EKS goalkeeper internazzjonali Malti, Mario Muscat, reġa' ngħaqad mal-eks goalkeeper Simon Grech biex jiffinalizzaw il- Goalkeeper Battle għas- seba' darba konsekuttiva, li din is-sena minħaba l-fatt li se tkun qed issir għall-ewwel darba bil-lejl fil-Luxol Stadium ingħatat l-isem ta' 'The Teamsport Goalkeeper By Night'. Din il-kompetizzjoni hija opportunità għall- goalkeepers kollha minn disa' snin 'il fuq biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom, itejbu l-ħiliet tagħhom u jieħdu gost waqt li jilagħbu l-isport favorit tagħhom, il-futbol. Dan għandu jservi wkoll bħala tarġa għall- parteċipanti kollha biex jistabilixxu lilhom infushom fil-kampjonati nazzjonali ta' Malta kif ukoll f 'kampjonati barranin. Xejn inqas minn 160 goalkeeper ħadu sehem f 'kull edizzjoni tal- Goalkeepers Battle matul is-snin li għaddew, u din is-sena in-numru mistenni jkun l-istess. Dan huwa avveniment li huwa wkoll inkoraġġit u ssaportjat bl-aħjar mod mill-MFA għall- mod professjonali li bih jiġi organizzat. Dan l-avveniment se jiġi organizzat nhar is-Sibt, 10 ta' Ġunju li ġej, u se jkun qed jinfetaħ mill-Onorevoli Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Chris Agius. Kif wieħed jista' jobsor biex jiġi mtella' avveniment ta' din ix-xorta hija meħtieġa għajnuna finanzjarja sostanzjali, fejn Mario Muscat u Simon Grech li, bħalma ġara fl-aħħar snin, matul din is-sena huma sabu wkoll numru ta' sponsors li għenuhom bis-sħiħ biex dan l-avveniment seta' tabilħaqq isir realtà. U għal din l-edizzjoni, bħal m'għamlu fl-aħħar żewġ edizzjonijiet konsekuttivi, l-organizzaturi se jkunu qed imorru aktar lil hinn, hekk kif waqt li t-tfal se jkunu qed jieħdu gost u jilagħbu l-football huma se jkunu qed jgħinu lill- Fondazzjoni Żemżem, li hija organizzazzjoni volontarja reġistrata biex tgħin lit-tfal u adulti li qed jingħataw trattament għall-marda qerrieda tal-lewkemija. Dan se jsir billi persentaġġ mid-dħul finanzjarju li jasal mill-isponsors kif ukoll mill-miżata li t-tfal iħallsu biex jipparteċipaw f 'dan it- tourament se jkun qed imur għal din il-Fondazzjoni. Rimarkabbli huwa l-fatt li fis-snin l-imgħoddija f 'din il-Goalkeeper Battle, ipparteċipaw goalkeepers li matul dawn l-aħħar snin għamlu ċertu isem fil-football Malti fosthom Matthew Calleja Cremona, David Cassar u Daniel Balzan. Mario Muscat u Simon Grech qed iħeġġu lil dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem f 'din il-Goalkeeper Beach Battle, biex jiġbru l-applikazzjonijiet tagħhom mill-clubs u n-nurse-ries kollha ta' Malta, kif ukoll minn Teamsport fl-Iklin u minn Di Milano ta' Raħal Ġdid. Il-postijiet huma limitati. Duncan Bezzina Champion ta' Malta tas- Snooker għat-tielet darba Il-president tal-MBSA Frans Bugeja jippreżenta t-Tazza ta' Champion lil Duncan Bezzina.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 4th June 17