Illum previous editions

Illum 4th June 17

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/832506

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 04 ta' Ġunju 2017 Sports 30 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Minn mindu kont żgħir dejjem kont inħobbu l-futbol, dejjem niġri bil-ballun. Missieri kien ikollu s-Sunday League u kont immur miegħu. Nemmen li tkun ġo fik passjoni bħal dik. Tista' tirrakkontali l-esperjenza tiegħek li kellek man-nursery tas- Sliema? Bdejt fl-under 10 dak iż-żmien ma' Ġużi Fava, Alla jaħfirlu u bqajt tiela' sal-kbar mas-Sliema. Irbaħna kollox barra l-under 18's u mal-kbar irbaħt it-Trophy u anki l-Kampjonat. Kif kienet l-esperjenza meta rbaħt il-kampjonat mas-Sliema? Kont għadni żgħir. Kellna lil Doncic magħna bħala plejer u kellna tim b'saħħtu ħafna. Dik is-sena kont bdejt xi 16-il logħba u kelli sehem importanti. Meta tirbaħ kampjonat, dejjem tibqa' tiftakru. Konna rbaħna wkoll it-Trophy u anki dak iż-żmien is-Super 5. Xi tgħidli fuq l-esperjenza tiegħek ma' Qormi? Domt sitt snin ma' Qormi. Kellna tim b'saħħtu u kont ukoll captain. Konna wasalna darbtejn fil-finali tat-Trophy u l-unika dispjaċir li għad għandi li ma rbaħniehomx. Konna grupp b'saħħtu. Meta kont mort il-klabb għall-ewwel darba kienu fl-ewwel diviżjoni u kellhom ambizzjoni li jitilgħu. Kienet esperjenza sabiħa ħafna u nixtieq nirringrazzja lis-sapporters li dak iż- żmien, meta l-affarijiet kienu sejrin tajjeb kienu warajna bil-qawwi. Jiddispjaċik li tara lil Qormi llum fl-ewwel diviżjoni? Jiddispjaċini imma fl-aħħar staġun marru tajjeb. Forsi ma ndumux ma nerġgħu narawhom fil-Premier, fejn verament jixirqilhom. Klabb bħal dak ma jistax jibqa' hemm. Kellhom daqsxejn problemi imma issa jidher li qegħdin jissetiljaw. Ma' Malta lgħabt mal-under 21. Għandek xi ftit tar-rabja li qatt ma ntgħażilt mat-tim nazzjonali ta' Malta tal-kbar? Isaqsuhieli ħafna dil-mistoqsija. Kif qatt ma lgħabt ma' Malta?" Darba kienu qaluli li hemm ħsieb li niġi mgħajjat, imma fl-aħħar mill- aħħar qatt ma ssejjaħt biex nilbes il-flokk ta' Malta. Ovvjament nixtieq nilgħab imma d-deċiżjonijiet ma noħodhomx jien imma tittieħed minn min imexxi. Dak iż-żmien il-kowċ għoġbu ma jagħżilnix u trid tirrispetta d-deċiżjoni tiegħu. Issa ma tarax li għandek ċans? Le lanqas xejn. Issa għandi 35 sena u diffiċli ħafna. Ħa naqbeż ftit fuq it-tim ta' St. Andrews. Sena ilu emmintu li se ssalvaw u salvajtu b'dak id-decider. X'fissret għalik dik il-logħba? Rajtek emozzjonat ħafna. Ħafna. Fissret ħafna għalija dik il-logħba għax bħala tim għaddejna minn ħafna. Konna għamilna, jekk m'iniex sejjer żball, 18-il logħba bla ebda punt. Kulħadd kien qatagħna u diġà waqqagħna, u kienu jħarsu lejna bħala tim differenti mill-oħrajn. Ma tantx kien żmien sabiħ. Però l-kumitat baqa' jemmen. Għamilna xi tibdil f 'Jannar u ssaħħaħna. Niftakar li kont mistieden fuq programm televiżiv u anki min- naħa tagħhom, huma kienu diġà waqqgħuna. Kienu saqsewni dwar li aħna konna qisna diġà waqajna u jien kont weġibthom li le, naqa' meta nkun ċert li waqajt. U għamilna rimonta kbira u saħansitra ġejna decider u rbaħnieha. Għalija hija xi ħaġa memorabbli u tibqa' tiftakarha għal dejjem. Dik il-logħba kienet sodisfazzjon kbir. X'responsabbiltà għandek ma' St. Andrews meta tilbes il-faxxa ta' captain? Hawnhekk hawn ħafna prodott li ġej min-nursery li huma plejers żgħar. Hawn ħafna potenzjal fiż- żgħażagħ tagħna. Però, minbarra li jkollok responsabbiltà fil-grawnd, irid ikollok ukoll responsabbiltà barra l-grawnd. Bħala captain, trid tkun dejjem eżemplari u tibni relazzjoni tajba ma' kulħadd, kemm mal-Maltin u kif ukoll mal-barranin. Il-fatt li inti l-uniku plejer ta' esperjenza f 'dan it-tim tħossha? Anki forsi r-referis, peressli int toħroġ għonqok aktar minnhom, ikun hemm ċans akbar li ddabbar karta safra. Le, le m'iniex se mmaqdar ir-referis fuq dan il-fatt. Ġieli tkun realtà u nħossha ftit jien. Però ż-żgħar maż- żmien jitgħallmu wkoll jaċċetaw aktar id-deċiżjoni tiegħu għax wara kollox, bil-protesti mhu se tbiddel xejn għax id-deċiżjoni jkun diġà ħadha. Il-fatt li bdejtu l-istaġun ma' Josè Borg u issa qegħdin ma' Danilo Doncic, ġieli taffettwakom dik it- tranżizzjoni? Illum fil-futbol modern, il-kowċis qegħdin jinbidlu spiss. Lil Josè nirringrazzjah minn hawn tax- xogħol siewi li għamel mal-klabb. Din is-sena ma nistax ingerger minn Danilo Doncic. Naħseb li huwa wieħed mill-aħjar kowċis li qatt kelli. Impressjonani ħafna. Tattikament bravu. Fil-fatt nemmen li t-tim ġab riżultati pożittivi għax tattikament it-tim qed ikun iddixxiplinat. Doncic irnexxielu jaddatta sistema għat-tim u għall-plejers li sab. Taqbel ma' 14-il tim fil-kampjonat Premier? Jiena lili ma tagħmillix differenza. Jekk jitilgħu tliet timijiet li jkunu tal-istess livell daqs it-timijiet li Esperjenza, saħħa u teknika Cristian Antony Muscat Joseph Farrugia - captain ta' St Andrews FC u plejer li għandu esperjenza wiesgħa l-futbol lokali. "Bħala captain, trid tkun dejjem eżemplari u tibni relazzjoni tajba ma' kulħadd, kemm mal-Maltin u kif ukoll mal- barranin" "Kull sport jgħin għax iżommok fit u jżommok 'il bogħod mill- vizzji. Nemmen li biex tirnexxi trid tagħmel ħafna sagrifiċċji u trid tkun iddixxplinat. Ovvjament trid tgħix ħajja tajba għax kollox iħoll u jorbot."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 4th June 17