Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/832506
Il-Ħadd 04 ta' Ġunju 2017 | illum Sports 25 ANDREW Grech (Malta Police) għal darb'oħra kien dominanti biex rebaħ it-tiġrija ta' 5 kilometri li ġiet organizzata mill-Malta Employees Sports Association (MESA) din il-ġimgħa fil-By-Pass ta' l-Imtarfa biex b'hekk kien qed jikseb it-tieni rebħa konsekuttiva wara li ħames ġimgħat ilu rebaħ it-tiġrija fuq l-istess distanza li ġiet organizzata f 'Ħal Kirkop/Ħal Safi. Huwa saħansitra tejjeb il-ħin tiegħu stess meta għamel id-distanza fi 15-il minuta u 45 sekonda tant li għadda lilMario Grech (AFM) li spiċċa fit-tieni post bi ftit anqas minn minuta meta dan ta' l-aħħar irreġistra ħin ta' 16-il minuta u 39 sekonda. Matthew Scicluna (MFSA) kiseb it-tielet post fi 17-il minuta u 12-il sekonda. Ta' min isemmi li Mario Grech ma ħax sehem fit- tiġrija li saret f 'Ħal Kirkop/ Ħal Safi mentri Matthew Scicluna dakinhar spiċċa t-tieni. Fil-kategorija femminili r-rebbieħa kienet Lucienne Desira (AFM) f '24 minuti netti, segwita fit-tieni post minn Claire Ellul (BOV) waqt li Josephine Grech (Gozo Athletix) spiċċat fit- tielet post. Bħala timijiet fl-ewwel post spiċċaw il-Health Department b'tim iffurmat minn Jesrit Angel Camilleri, Noel Spiteri, Adrian Mifsud u Ray Spiteri b'ħin totali ta' 55 minuta u 51 sekonda. Fit- tieni post spiċċaw Malta Police (Andrew Grech, David Bezzina, Gilbert Gatt u Noel Vassallo) u t-tielet is-Civil Protection Department (David Cassar, Joseph Barbieri, Leslie Camilleri u Andy Galea). L-Għaqda Ġurnalisti Sports preżenti waqt it-80 Kungress tal-AIPS f 'Seoul u Pyeongchang FI Pyeongchang il- Korea t'Isfel, ġie fi tmiemu t-80 Kungress tal-AIPS l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Media Sportiva. Għal dan il-kungress l-Għaqda Ġurnalisti Sports kienet rapreżentata mill- President Charles Camenzuli u mis-Segretarju Ġenerali Sandro Micallef li taw il- kontribut tagħhom mhux biss fid-diskusjonijiet li saru waqt il-kungress iżda wkoll permezz tal-vot ta' pajjiżna fil- votazjonijiet li kienu skedati għal dan il-kungress. Filfatt it-80 Kungress tal- AIPS kien jinkludi wkoll l-Assemblea Ġenerali tal- fergħa ewropeja tal-AIPS, jiġifieri l-AIPS Europe li kif kien mistenni fiha nħatar għall-ewwel darba President Malti li se jkun Charles Camenzuli li mistenni jmexxi l-AIPS Europe għal terminu ta' erba' snin. Il-Kungress elettiv ra wkoll votazzjoni iktar wiesa' fejn il-pajjiżi membri (li kienu 90 b'kollox intitolat għal vot minn 107 preżenti) kellhom jeleġġu l-Eżekuttiv Internazzjonali wkoll għat- terminu tal-erba' snin li ġejjien. Suċċess ieħor ewropew hekk kif hawn it-taljan Gianni Merlo reġa' ġie konfermat bħala President filwaqt li fost il-Viċi Presidenti eletti hemm ukoll l-ex President tal-AIPS Europe il-Grieg Iannis Daras u r-Russu Nikolai Dolgopolov. Bil-ħatra ta' President tal-AIPS Europe Charles Camenzuli għandu wkoll post awtomatiku bħala wieħed mill-Viċi Presidenti fl-Eżekuttiv tal-AIPS. Diskussjoni u deċiżjonijiet: Il-Kungress kien jinkludi fost oħrajn preżentazzjoni li żvolġiet f 'dibattitu interessanti u jaħraq tal- Ġurnalist Ġermaniż Hajo Seppelt tal-ARD li tenna fuq l-importanza li wieħed jagħmel id-differenza bejn li tkun reporter u ġurnalist. Hu żvela fatt xokkanti fejn qal li minn wara li kien ħareġ bl-istejjer esklussivi li kixfu x-xibka ta' sistema ta' doping organiżżata fir-Russja hu spiċċa vittma ta' attakki personali u anke ġie mhedded b'ħajtu. Preżentazzjonijiet oħra saru mill-UEFA dwar il-kampjonat Ewropew tal-Nisa li se jsir fl- Olanda f 'Lulju, il-kampjonati tad-Dinja tal-Judo li se jsiru f 'Awwisu, u l-kampjonati tal- FISU. Saru preżentazjonijiet ukoll mill-Moviment tal-iSpecial Olympics, mill-Federazzjoni tas-Sambo, l-IFBB, u l-FINA. Il-Ġurnalisti tal-isport li kienu qed jirrapreżentaw 'il fuq minn 100 pajjiż kellhom l-opportunita' wkoll li jżuru l-impjanti sportivi u l-faċilitajiet kollha li ħafna minnhom huma diġa' lesti ta' Pyeongchang il-belt li se tkun qed tospita' l-edizjoni tas-sena 2018 tal-Olimpijadi tax-Xitwa. Dikjarazzjoni: Il-Kungreess tal-AIPS intant fl-aħħar ġurnata għadda diversi dikjarazzjinijiet importanti fosthom talba formali lill-entitajiet internazzjonali sabiex ma jibqgħux jirristrinġu l-aċċess lill-media sportiva billi fost l-oħrajn jgħollu l-prezzijiet b'mod esaġerat tad-drittijiet televiżivi ta' diversi dixxiplini sportivi. Il-Kungress għadda rizoluzzjoni wkoll sabiex issir pressjoni fuq il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u l-Orgniżaturi tal-Gold Coast 2018 sabiex jirtiraw id-deċiżjoni li jitolbu ħlas immedjat (li hu wkoll esaġerat) għal min japplika għall-akkreditazzjoni sabiex jirraporta dan il-logħob. Il-Kungress qabel li l-AIPS għandha taħdem ukoll sabiex tneħħi r-restrizzjoni imposta mill-KOI fuq dawk il-pajjiżi kandidati sabiex jospitaw fil-futur l-Olimpijadi fejn dawn mhux qed jitħallew jagħmlu preżentazjonijiet u fejn jispjegaw il-kandidatura ta' pajjiżhom lill-ġurnalisti. Il-Kungress għadda dikjarazzjoni wkoll sabiex il-FIFA u l-Federazzjoni tal- Football tar-Russja jeliminaw klawżola partikolari fil- formula ta' akkreditazzjoni li qed jiffirmaw il-ġurnalisti tal-iSport li se jkun qed isegwu t-Tazza tal- Konfederazzjonijiet iktar tard din is-sena u għat-Tazza tad-Dinja fl-2018. Din il- klawżola hi intimidatorja fil- konfront tal-ġurnalisti u qed tneħħilhom id-dritt assolut tal-liberta' tal-espressjoni li hu dritt fundametali fil- professjoni ta' ġurnalist. Andrew Grech jerġa' jiddomina fl -Imtarfa By-Pass L-atleti lesti għall-istart tat-tiġrija tal-5 Km organizzata mill-MESA. Charles Camenzuli u Sandro Micallef l-Korea ta' Isfel