Illum previous editions

Illum 4th June 17

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/832506

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Elezzjoni2017 7 Il-Ħadd 04 ta' Ġunju 2017 | illum 2017 lejn il-ġudizzju tal-poplu' beda maratona ta' laqgħat f 'diversi lokalitajiet, u saħansitra mar Għawdex sabiex jiltaqa' ma' numru ta' partitarji f 'għadd ta' każini u pjazez, liema laqgħat kienu qed jixxandru wkoll fuq il-media soċjali. Iċ-chairman ta' Alternattiva Demokratika, ivvota fl-iskola ta' Pembroke għall-ħabta tal-11:00. L-Arċisqof Charles J Scicluna vvota f 'Ħal Lija għall-ħabta ta' nofsinhar. Għal din l-elezzjoni li fetħet ilbieraħ fis-sebgħa ta' filgħodu, u ntemmet fl-għaxra, kien hemm 209 kandidati jikkontestaw, fost it- tlettax-il distrett elettorali, bl-akbar ammont ikun dak ta' 111-il kandidat tal-Partit Nazzjonalista flimkien ma' dawk tal-Partit Demokratiku. Il-PL kellu 70 kandidat, l-Alternattiva Demokratika b'10 kandidati, Alleanza Bidla b'4 kandidati, 14-il kandidat għall-Moviment Patrijotti Maltin u żewġ kandidati indipendenti. 8,372 persuna mill-elettorat ma ġabritx id-dokumenti tal-vot tagħha sal-ħin stipulat, jiġifieri nofsillejl ta' nhar il-Ħamis. Għaldaqstant, dan jirriżulta f '2.45% tal-elettorat li mhux se jkun eliġibbli sabiex jivvota. Dan l-ammont huwa kważi l-istess għal dak tal-elezzjoni ġenerali li għaddiet fl-2013, meta dakinhar, kien hemm 2% tal-votanti reġistrati li ma ġabrux id-dokument tal-vot, jiġifieri 6,523 vot. Dawn id-dokumenti mhux miġbura qabżu l-1,000 fid-distrett numru 12 li fih jiġbor San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u parti min- Naxxar, b'1,634 dokument tal-vot mhux miġbura, u fl-10 distrett, jiġifieri l-Gżira, parti min-Naxxar, Baħar iċ-Ċagħaq, Pembroke, Tas-Sliema u San Ġiljan, b'1,138 dokument tal-vot. Min-naħa l-oħra l-inqas ammont ta' dokumenti mhux miġbura kien fis-sitt distrett li jinkludi l-lokalitajiet tas-Siġġiewi, Ħal Qormi u Ħal Luqa, b'257 vot, u r-raba' distrett, jiġifieri parti mill- Fgura, il-Gudja, Raħal Ġdid, Santa Luċija u Ħal Tarxien, bi 367 vot. Fil-mijiet ta' kmamar ta' votazzjoni madwar il-pajjiż, li baqgħu miftuħin sal-għaxra ta' filgħaxija l-andament kien pjuttost mexxej, b'xi kjuwijiet rappurtati f 'diversi ħinijiet, partikolarment dawk ta' filgħodu, iktar u iktar meta tikkunsidra t-turnout rekord li ġie osservat sal-ħinijiet tas-sagħtejn ta' waranofsinhar, b'total ta' 52.3% tal-elettorat li kien diġà tefa' l-vot tiegħu. Ritratti: Chris Mangion Ritratti: Matt Brown Ritratti: Matt Brown

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 4th June 17