Illum previous editions

Illum 4th June 17

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/832506

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Elezzjoni2017 11 Il-Ħadd 04 ta' Ġunju 2017 | illum 2017 mill-ekonomija l-ħadra' – Karmenu Vella tagħna, għandna nkomplu naqsmu l-istess interessi u l-istess problemi bejnietna. Problemi bħall-ħmieġ li jintefa' fil-baħar għax il- klima globali se tmur għall- agħar jekk mhux se nieħdu ħsiebha. Jekk irridu nħallu baħar b'saħħtu lil uliedna u lin-neputijiet tagħna rridu nikkommettu ruħna għal bidla radikali u rridu l-għajnuna tal-kommunità tan-negozju biex naslu għal dan." Karmenu Vella qal li hu jemmen bis-sħiħ li jekk is-settur privat ikun mal- politiċi fejn jirrigwarda l-eknomija l-'blu' fil-battalja favur l-ibħra tagħna, "nistgħu nwasslu din l-ekonomija għal-livell li jmiss. Politika marittima integrali tħallik tara l-istampa kollha u tikkoordina b'mod effiċċjenti l-azzjonijiet tagħna matul is-setturi kollha, bħas-sajd u l-akwakultura, l-enerġija 'offshore', portijiet, 'shipping', bini ta' vapuri, it-teknoloġija marittima, it-turiżmu mal-kosta u l-impjiegi u l-iżvilupp ta-reġjuni kostali. Sal-2021 l-istati membri kollha tagħna se jkollhom pjan marittimu u din se tkabbar l-istabbilità u tattira investimenti fis- settur marittimu, filwaqt li tikontribwixxi għall- protezzjoni tal-ambjent marittimu." Karmenu Vella qal ukoll li dwar trasport bejn portijiet sar progress kbir "fejn neħħejna l-barrieri kemm jista' jkun biex b'hekk niffaċilitaw it-trasport bil-baħar favur l-ambjent mit-toroq tal-ibliet tagħna. L-Unjoni Ewropea tonfoq madwar €260 miljun fir- riċerka marittima biex naraw lill-ibħra Ewropej ikunu mnaddfa mit-tniġġiż sal- 2020." Il-kummissarju Ewropew temm li viżjoni Ewropea hi l-kompetittività, l-innovazzjoni u Ewropa sostenibbli li twassal għal transizzjoni lejn soċjetà 'post petroleum' filwaqt li tifred l-iżvilupp ekonomiku mill- impatti negattivi ambjentali li rridu neqirduhom. Se nnaqqsu d-dipendenza Ewropea mill-prodotti 'fossil based' (faħam, gass naturali, żejt eċċ.)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 4th June 17