Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/832506
Il-Ħadd 04 ta' Ġunju 2017 | illum Opinjoni 13 D algħodu hu mistenni r-riżultat elettorali u għalhekk jidhirli li ma jkunx lok - anke b'rispett lejn is-silenzju li hu mistenni minna sat-tħabbira tar-riżultat - li nitkellem dwar attwalità politika. Xtaqt minflok ngħaddi ftit ħsibijiet ġenerali. L-ewwel nett irrid nesprimi s-sodisfazzjon tiegħi dwar kemm il-poplu jibqa' jkun għatxan biex jipparteċipa fl-eżerċizzju demokratiku. Hi meravilja kif elezzjoni wara elezzjoni l-poplu Malti jibqa' jipparteċipa fid-demokrazija: dan waqt li f 'pajjiżi oħra Ewropej jaraw kif jagħmlu biex iżidu l-attiviżmu politiku fl-elezzjonijiet. Dan iġibni għat-tieni punt: ir-rwol tal-politiku. Dwarna l-politiċi minn kollox jgħidu: jaqlgħulna minn kollox. Però fl-aħħar mill-aħħar bid- difetti kollha tagħna n-nies tħares lejna u tfittxna. U hu dmir tagħna li nkunu qrib in-nies u l-familji minkejja l-pressjonijiet u l-impennji ma jaqtgħu xejn li jkollna fit- tmexxija ta' dan il-pajjiż. Din tiegħi kienet ir- raba' elezzjoni ġenerali li kkontestajt u għalhekk rabbejt ċertu esperjenza mhux ħażin. Biss din kienet l-ewwel darba li kkontestajt bħala Ministru tal-Gvern. U għal darb oħra - bħal f 'kull ħaġa oħra - tgħallimt ħafna u fil-legiżlatura li jmiss jekk Alla jrid se nagħti prova li tgħallimt ħafna sabiex it-tajjeb ikompli jitjieb u dak li stajt għamilt aħjar ikompli jsir aħjar. Sibt li l-elettorat kien ġenwinament grat għall-ġid li wettaq il-Gvern u jien bħala parti minn dan il-Gvern. Mort fejn mort, ħlief kliem ta' sostenn ma sibtx u ta' dan jien rikonoxxenti ħafna. Min semmieli x-xogħol li għamilna fil-Qrati, min semmieli l-qasam kulturali, oħrajn ir-riformi fl-infurzar lokali jew l-identity management. Immur fejn immur, rajt feeling f 'għajnejn in-nies fejn qaluli: ara fl-aħħar hawn Gvern u Ministri li mhux ipaċpċpu imma jwettqu. Imbagħad ikun hemm ukoll l-issues - normalment ta' natura personali jew li jolqtu grupp ristrett - li ma jagħmlux il-headlines jew anzi, jekk il- ġurnalisti jitkellmu dwarhom ikun b'mod negattiv. Dawn huma kruċjali għall-persuna involuta daqs it-tmexxija tal-pajjiż. L-istandards ta' servizz li jitolbu minna huwa - bir-raġun - għoli ħafna. Jekk bniedem ċempel għal gwida jew għajnuna jistenna bir-raġun li jingħata servizz impekkabbli jekk jista' jkun dak il-ħin. Aħna m'aħniex weħidna u għandna staff fis-Segretarjat li jgħinna fil-qadi ta' dmirijietna. Smajt ħafna kliem ta' tifħir u smajt kritika wkoll. Il-kritika se nżommha f 'moħħi għaż-żmien li ġej biex nindirizzaha u t-tajjeb se nkompli nibni fuqu. Biss, iddur iddur, fejn jidħol il-kuntatt personali l-qofol mhuwiex l-istaff iżda l-politiku nnifsu. Irid ikun il-politiku li fil-kuntest tal-ħidma sħiħa tal-Gvern iwettaq ħidma sħiħa fuq livell distrettwali wkoll. Mhuwiex sigriet li fil- legiżlatura li għaddiet bħala Ministru kont naħdem mit- Tnejn sal-Ħadd mill-Uffiċċju tiegħi. Darba minnhom għamilt ġurnata sħiħa tal- Ħadd naħdem l-Uffiċċju fuq liġijiet li kellhom jitlestew b'mod spedit. Wara ġurnata xogħol ma tieqaf xejn nirċievi telefonata xit-8 ta' flghaxija fejn raġel pensjonant li jirrispettani ħafna mid- distrett kien qalli: Dott, trid taħdem naqra hawn ta'! Dik it-telefonata tiġbor fi ftit kliem l-isfida kbira li hemm quddiem kull min bħali jidħol għal elezzjoni b'kariga Ministerjali b'dekasteru delikat wara dahru. Fuq livell personali nirringrazzja minn qalbi lill-familja, staff, ħbieb u helpers tiegħi li tant għenuni fl-aħħar snin u matul il-kampanja elettorali. Fuq kollox nirringrazzja lir-residenti taż-Żejtun u Marsascala tas-support li ilhom ituni elezzjoni wara elezzjoni u l-familji tal-lokalitajiet il-ġodda li qed nikkontesta fihom: Marsaxlokk, Ħal Għaxaq, iż-Żurrieq, Ħal Farruġ, il- Qrendi, Ħal Safi, Ħal Kirkop, l-Imqabba u Birżebbuġa u kif ukoll lill-familji tal-Fgura li fl-elezzjoni tal-2013 kienu tant tawni appoġġ qawwi iżda li din s-sena - minħabba ċ-ċaqliq tad-distretti - ma stajtx nikkontesta fuqhom. L-aħħar kelma ta' ringrazzjament lill-Prim Ministru tal-ħidma bla preċedent li wettaq u li se jkompli jwettaq għal pajjiżna. OWEN BONNICI "Tgħallimt ħafna u fil-legiżlatura li jmiss jekk Alla jrid se nagħti prova li tgħallimt ħafna sabiex it-tajjeb ikompli jitjieb u dak li stajt għamilt aħjar ikompli jsir aħjar" "Immur fejn immur, rajt feeling f 'għajnejn in-nies fejn qaluli: ara fl- aħħar hawn Gvern u Ministri li mhux ipaċpċpu imma jwettqu" Ħsibijiet tal-Ħadd filgħodu