Illum previous editions

Illum 4th June 17

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/832506

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 04 ta' Ġunju 2017 20 Kummerċjali Skopri Dubaj u ffranka bil-My Emirates Pass DAN is-sajf, il-klijenti ta' Emirates jistgħu jiskopru dak kollu li hemm Dubaj u jgawdu minn offerti esklussivi u skontijiet bil-My Emirates Pass. B'din l-offerta, l-istess boarding pass tal- Emirates jinbidel f 'karta ta' sħubija esklussiva. Dawk li jivjaġġaw lejn Dubaj jew li jgħaddu minn Dubaj għal pajjiżi oħra bejn l-1 ta' Ġunju u 31 ta' Awissu 2017 jistgħu jieħdu vantaġġ minn firxa ta' offerti fuq xi wħud mill-lokalitajiet magħrufa f 'Dubaj billi sempliċiment juru l-boarding pass tal- Emirates tagħhom u xi forma ta' identifikazzjoni valida oħra. In-nollijiet speċjali għal Dubaj dan is-sajf jibdew minn €644 għal kull persuna inkluż it-taxxi għall-vjaġġaturi minn Malta. My Emirates Pass joffri lill-klijenti skontijiet speċjali f 'aktar minn 120 ristorant ta' klassi dinjija u lukandi f 'Dubaj. Offerti esklussivi huma disponibbli wkoll fuq firxa ta' attivitajiet ta' divertiment li jinkludu żjarat f ' golf courses, theme parks jew spas ta' lussu madwar il-belt. B'temp xemxi s-sena kollha, shopping u ristoranti ta' klassi dinjija, bajjiet mill-isbaħ u bini ikoniku, Dubaj joffri xi ħaġa differenti għall-familja kollha. Dawk li jżuru Dubaj jistgħu jużaw My Emirates Pass biex igawdu minn uħud mill-aktar attrazzjonijiet ġodda f 'din il-belt. Dawn jinkludu postijiet bħal Dubai Parks and Resorts li għandhom tliet parks b'temi differenti: Bollywood Parks. Dubai, Motiongate Dubai, kif ukoll l-ewwel Legoland Park u l-ewwel Legoland Water Park fir-reġjun. Minn Dubai, Emirates tipprovdi konnessjonijiet diretti ma' aktar minn 150 belt fi 80 pajjiż. Il-linja tal- ajru toffri servizz abbord li hu eċċellenti u pprovdut minn membri tal-ekwipaġġ internazzjonali li ġejjin minn 135 nazzjonalità differenti u li jitkellmu aktar minn 60 lingwa. B'lie-flat beds fil-Business Class, bl-ikbar skrins fid-dinja ta' 13.3-il pulzier fl-Economy Class, li joffru aktar minn 2,500 stazzjon ta' divertiment fuq sistema magħrufa bħala ice Digital Widescreen, l-Emirates tipprovdi prodott ta' kwalità u ta' valur għall- flus. Dawk li jivvjaġġaw bit- tfal jistgħu jieħdu vantaġġ mill-offerta għal familja billi jkollhom prijorità fl-ajruporti kollha meta jkunu se jitilgħu fuq l-ajruplan, ikliet speċjali għat-tfal, divertiment dedikat għat-tfal fuq is-sistema ice u ġugarelli esklussivi kif ukoll activity bags ta' Lonely Planet Kids abbord. L-Emirates hi l-unika linja tal-ajru li topera kollha kemm hi b'ajruplani Airbus A380 u Boeing 777. Dan hu ta' benefiċċju għall- esperjenza tal-passiġġieri għax igawdu minn esperjenza ta' ajruplani moderni u wiesgħin, u b'teknoloġija mill-aktar avvanzata. Kuljum, l-Emirates topera titjira skedata bejn Malta u Dubaj b'waqfa qasira f 'Larnaka, Ċipru, fuq l-ajruplan Boeing 777-300ER. Premjijiet fi flus għal klijenti tal-BOV GĦAXAR klijenti tal-Bank of Valletta rebħu lura €250 kull wieħed fuq xirjiet li saru bil-karti tad-debitu u tal-kreditu tal-BOV tagħhom f 'Għawdex, bejn is-27 ta' April u t-2 ta' Mejju 2017. Ir-rebbieħa kienu fost dawk li użaw il-karti tal-kreditu jew tad- debitu tagħhom matul il-perjodu tal-promozzjoni biex isir ħlas għal xiri ta' oġġetti u servizzi fi ħwienet u fi stabbilimenti madwar Għawdex. Ivo Camilleri, Eżekuttiv tal- BOV għall-Electronic Banking u Horace Laudi, Maniġer Reġjonali tal-BOV għal Għawdex iltaqgħu mar-rebbieħa fil-BOV Centre f 'Santa Venera. Ivo Camilleri esprima s-sodisfazzjon tal-Bank fir-rigward tax-xejra pożittiva fil- preferenza tal-klijenti għall-kards biex jagħmlu l-ħlasijiet tagħhom. "Din ix-xejra hija inkoraġġanti ferm, għaliex turi li aktar nies qed jagħrfu l-benefiċċji li l-kards u metodi elettroniċi oħra ta' ħlas għandhom, meta mqabbla ma' metodi ta' ħlas aktar tradizzjonali, bħal flus kontanti u ċekkijiet." Il-Bank of Valletta, li dejjem kien fuq quddiem fl-użu tat-teknoloġija għal soluzzjonijiet finanzjarji orjentati lejn il-klijent huwa impenjat li jkompli jinvesti sabiex jipprovdi soluzzjonijiet bankarji self-service li huma faċli għal min qed jużahom, intuwittivi u siguri. Filwaqt li feraħ lir-rebbieħa, Horace Laudi qal, "Ninsabu kuntenti li qed ninnutaw li qed jintużaw aktar kards fi ħwienet u fi stabbilimenti madwar Għawdex. Dan jenfasizza l-mod kif tal- ħwienet qed jaċċettaw il-ħlasijiet bil-kards, għaliex jirrikonoxxu l-benefiċċji importanti li jirrappreżentaw, mhux biss għal min juża l-kard, imma wkoll għan- negozjanti." Il-klijenti kollha ta' GO ser igawdu mill-'Roam Like at Home' MILL1 ta' Ġunju 2017, il-klijenti kollha ta' GO bdew jibbenefikaw mis- sistema 'Roam Like at Home' meta jkunu qed jivvjaġġaw fl-UE. Dan ifisser li meta l-klijenti jsiefru f 'pajjiż tal-UE, huma ser iħallsu l-istess rati għat-telefonati, SMS u data bħal li kieku qegħdin Malta u qed iċemplu lill-abbonati ta' operaturi lokali oħra. Bħala preparamenti għat-tnedija tas- sistema 'Roam Like at Home', fix-xhur li għaddew, GO kienet qed tipprovdi benefiċċji addizzjonali tar-roaming lin-numru dejjem jikber ta' klijenti. Fil- fatt, il-klijenti Pay As You GO, ilhom igawdu l-benefiċċji kollha ta' 'Roam Like at Home' sa mit-3 ta' Mejju 2017. L-implimentazzjoni ta' 'Roam Like at Home' għall-klijenti kollha ta' GO saret ġimgħat qabel id-data obbligatorja ta' 15 ta' Ġunju kif kien mitlub mill-UE. Il-35 pajjiż u territorju li fihom japplikaw il-benefiċċji ta' 'Roam Like at Home' huma: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir- Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il- French West Indies, il-Ġermanja, Ġibiltà, il-Greċja, l-Ungerija, l-Iżlanda, l-Irlanda, l-Italja, Latvja, Liechtenstein, Litwanja, Lussemburgu, Monaco, l-Olanda, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Reunion, ir-Rumanija, San Marino, ir-Repubblika Slovakka, Slovenja, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit. Kurt Camilleri, Chief Commercial Officer ta' GO, qal, "GO qiegħda kontinwament tiffokka li tagħti lill- klijenti l-aqwa valur għal flushom, permezz ta' bundles u pakketti li jistgħu jintlaħqu, u niżguraw servizz ta' kwalità permezz ta' investimenti ta' miljuni fl-infrastruttura. B'Roam Like at Home', il-klijenti kollha jistgħu jużaw il- monthly plans tagħhom jew kreditu fl- UE eżatt bħalma jagħmlu f 'Malta. Meta jagħmlu telefonata, jibagħtu SMS jew jużaw il-mobile data, il-klijenti mhux ser ikollhom jaħlu l-ħin ifittxu Wi-Fi hot spots meta jkunu qed jivvjaġġaw. Issa jistgħu jaqsmu dawk il-mumenti speċjali mill-ewwel mal-familja u ħbieb tagħhom f 'Malta."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 4th June 17