Illum previous editions

Illum 4th June 17

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/832506

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 04 ta' Ġunju 2017 Elezzjoni2017 2017 Minn Albert Gauci Cunningham IDDAQS tad-differenza bejn kemm ġab voti l-PN u kemm ġab voti l-PL se jkun indikattiv ħafna tas- sitwazzjoni li fiha jinsabu ż-żewġ partiti f 'Malta. L-ILLUM qed tħares lejn tliet xenarji differenti: Il-PL jirbaħ b'marġini kbar, il-PL jirbaħ b'marġini żgħar ħafna u l-PN jirbaħ. Distakk kbir favur il-PL (16,000+) Distakk qawwi ħafna favur il-Partit Laburista jkun ifisser ħafna affarijiet, l-aktar, li l-poplu għamel l-għażliet tiegħu bbażati l-aktar fuq materji ekonomiċi. Ikun verament eku tal-għajta li kien ħareġ biha James Carville, strateġista ta' Bill Clinton għall-kampanja li l-istess Clinton kien rebaħ b'suċċess, 'It's the economy, stupid'. L-effetti ta' distakk ta' aktar minn 16,000 u aktar, jistgħu jkunu devastanti għall-Partit Nazzjonalista u għal Simon Busuttil. Fil-verità, distakk ta' 16,000 minkejja li huwa inqas minn dak tal-2013, xorta jibqa' ikbar minn kwalunkwe distakk favur il-PN mill- Indipendenza lil hawn. Imma riżultat bħal dan jista' jkun perikoluż għax jitfa' lill-PL f 'żona ta' kumdità minflok fuq l-allert u allura fil-verità jekk ma jibqax saqajh mal- art, distakk kbir jista' joffri Dak id-distakk ... id-distakki elettorali Illum fuq fomm kulħadd se jkun hemm żewġ mistoqsijiet: Min se jirbaħ? u b'kemm se jirbaħ? L-ILLUM tagħti ħarsa lejn id-distakki bejn iż-żewġ partiti Minn Albert Gauci Cunningham DALGĦODU kulħadd se jkun qed jiddiskuti żewġ mistoqsijiet partikolari. Min se jirbaħ l-elezzjoni u b'liema marġinu se jkun qed jirbaħ l-istess elezzjoni. It-tnejn huma importanti. Naturalment, it-tweġibiet ta' dawn iż-żewġ mistoqsijiet se jkunu s-suġġett ta' ħafna diskussjoni u dibattitu għall- ġimgħat li ġejjin għalkemm fil-fatt fit-toroq u fil-ħwienet din id-diskussjoni diġà bdiet. Forsi din id-darba, l-aktar minħabba r-riżultat tal-2013, id-distakk bejn il-partiti huwa iktar issottolineat u mistenni jagħti ħjiel ta' setturi differenti tan-nies x'qed iħossu u kif qed jaħsbuha. Id-distakk minnu nnifsu se jkun suġġett ta' diskussjoni u interpretazzjoni hekk kif id-daqs tiegħu se jkun qed jirrifletti, il-burdata tal-elettorat, iffaċċjat b'għażla li minkejja dak kollu li jgħidu ż-żewġ partiti kienet 'il bogħod minn ċara. Din id-diskussjoni iżda, biex tkun infurmata, trid tittieħed fil-kuntest storiku tad-distakki bejn iż-żewġ partiti. L-ILLUM qed tagħti ħarsa lejn id-distakki bejn iż-żewġ partiti f 'kull elezzjoni mill-Indipendenza lil hawn u titfagħhom fil-kuntest politiku tagħhom. L-akbar u l-iżgħar distakki L-akbar differenza bejn iż-żewġ partiti kien reġistrat fl-aħħar elezzjoni, dik tal- 2013. F'din l-elezzjoni il-Partit Laburista kien kiseb 167,533 vot filwaqt li l-PN kien kiseb 132,426 vot, jiġifieri distakk ta' 35,107 vot favur il-Partit Laburista. Dan kien 22,086 vot iktar mill-akbar distakk li qatt kien ġab partit sa' dak iż-żmien, jiġifieri fl-1992 meta l-Partit Nazzjonalista kien rebaħ maġġoranza ta' 13,021 vot. Id-distakk storiku bejn il- partiti fl-2013 seħħ f 'kuntest ta' dwejjaq u rabja elettorali li kienet ilha tinġema fil- konfront tal-PN minn ħafna qabel, fil-fatt minn ftit wara li Malta saret membru tal- Unjoni Ewropea, l-battalja tal-PN għal ħafna snin li rriżultatlu f 'ħafna voti. Dan id-dwejjaq elettorali kien pjuttost ċar fl-2008, hekk kif minkejja kollox u minkejja bruda kbira kontra Gvern Nazzjonalista, Lawrence Gonzi kien irnexxielu jirbaħ l-elezzjoni bl-iżgħar marġinu elettorali mill-1964. Fil-fatt, l-elezzjoni tal- 2008 tat l-aktar riżultat viċin mill-Indipendenza lil hawn b'distakk ċkejken ta' 1,580 vot biss. Kien fil-fatt l-aktar riżultat li dam biex kien ikkonfermat fl-aħħar snin. Fil-fatt ir-riżultat kien ikkonfermat biss tard wara nofsinhar, wara bosta re- counts u wara inċertezza li ddominat lill-pajjiż għal bosta ħin. Id-distakk bejn iż-żewġ partiti kien ġie wkoll fil- kuntest ta' miżuri fiskali li kien introduċa Gvern Nazzjonalista u li ħolqu inkwiet industrijali, l-aktar iż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Ma' dan l-ekonomija li kienet milquta minn kriżi finanzjarja fil-punent u li għalkemm baqgħet iddur kienet majnat sew. Ma' dawn jiżdied l-inkiwet intern u ribelljoni li kien qed jiffaċċja l-PN b'numru ta' Deputati tiegħu jitilquh u/jew jirreżenjaw mill-partit. Id-distakki tal-Partit Nazzjonalista L-akbar rebħa tal-PN mill- Indipendenza kienet fl-1992, dak iż-żmien immexxi minn Eddie Fenech Adami li kien, bħal Muscat illum, qed jitlob lill-poplu jikkonfermah fit- tieni terminu tiegħu wara r-rebħa tal-1987. Dakinhar b'127,139 vot il-PN kien qabeż lill-Partit Laburista b'13,021 vot. Warajh ġiet l-elezzjoni tal-1998 b'distakk ta' 12,817 favur il-PN, li dak iż-żmien kien qed jissielet Gvern li kien ilu fil-poter 22 xahar biss, li kien iffriża s-sħubija ta' Malta fl-UE u li kien ħa wkoll diversi miżuri fiskali xejn popolari mal- poplu, primarjament żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma flimkien ma' numru ta' taxxi oħrajn u l-bidla fir-reġim ta' taxxa, minn VAT għal CET. Il-Gvern Laburista, dak iż- żmien immexxi minn Alfred Sant, kien waqa' wara xhur ta' diżgwid serju mal-eks PM Laburista Duminku Mintoff. It-tielet l-akbar distakk favur il-PN kien fl-2003 f 'elezzjoni illi fiha l-poplu kien mitlub jiddeċiedi d-destin ta' Malta, fl-Unjoni Ewropea jew barra minnha. F'dik l-elezzjoni, ftit wara L-eks Mexxej u PM Laburista Dom Mintoff, rebbaħ lill-PL fl-1971 u l-1976, minn wara l-Indipendenza Distakk żgħir jew distakk kbir? X'se Ħarsa lejn tliet xenarji diff erenti u l-implikazzjonijiet politiċi tagħhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 4th June 17