Illum previous editions

illum 9 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

Nr 560 • 09 ta' Lulju 2017 www.illum.com.mt €1.00 Il-politika tas- sesswalità Ara paġni 12 u 13 NEWSPAPER POST Il-legalizzar tal-marijuana 'pass kbir lura' Id-Direttur Ġenerali tal-OASI jgħid li kull wegħda biex tkun legalizzata l-marijuana hija 'ingann' Minn Albert Gauci Cuningham MINKEJJA li l-pajjiż din il- ġimgħa kien mehdi jiddiskuti l-Abozz ta' Liġi li se temenda l-att taż-Żwieġ, diġà bdew iqumu l-irwiefen fuq proposta għal diskussjoni li tista' twassal għal- legalizzazzjoni tal-marijuana rikreattiva. Ma' din il-gazzetta Fr Hilary Tagliaferro, li jmexxi l-Millenium Chapel u awtorità f 'dak kollu li jirrigwarda l-faqar u persuni vulnerabbli inkluż vittmi tad- droga, sostna li l-legalizzar tal- marijuana jkun "pass lura sew." Fl-isfond ta' konferenza li saret iktar kmieni din il-ġimgħa dwar id-droga, Tagliaferro saħaq illi bil-legalizzar ta' din id-droga partikolari, "qed inbiddlu l-kultura minn waħda ta' xorb li tant kienet kibret li ma stajniex niġġilduha aktar, għal waħda ta' droga. U oqgħod fuq kliemi," sostna Tagliaferro, "bil-legalizzar tal-marijuana qed niftħu l-bibien biex wara l-ħaxixa, tkun legalizzata l-kokaina u l-eroina. Probabbilment ma nkunx ħaj meta jiġri dan imma oqgħod fuq kliemi, hekk se jiġri." Ara paġna 8 Jiddeċiedi skont 'Egrant' • Jekk l-inkjesta tissostanzja l-allegazzjonijiet Simon Busuttil jikkunsidra li jibqa' • L-ebda diskussjoni fl-Eżekuttiv dwar il-bżonn ta' 15,000+ vot biex persuna ssir Kap Minn Albert Gauci Cunningham Minkejja li diġà huma magħrufin l-ewwel żewġ kontestanti għall-kariga ta' Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista u minkejja li anke ma' din il-gazzetta stess nhar il-Ħadd 11 ta' Ġunju Simon Busuttil kien indika li hu deċiż illi jirreżenja mill-kariga, sorsi qrib ħafna tal-PN infurmawna illi s-sitwazzjoni hija xi ftit aktar fluwida milli qed tingħata l-impressjoni. Fil-fatt, fid-Dar Ċentrali qed tiġri l-kelma illi jekk mill-inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Aaron Bugeja jirriżulta illi l-akkuża illi Michelle Muscat hija s-sid tal-kumpanija Egrant u li minn din il-kumpanija għaddew mal- $1 miljun hija minnha jew li hemm xi forma ta' verità fiha, Busuttil jirrikunsidra d-deċiżjoni tiegħu. Minkejja illi l-ġimgħa d-dieħla se jiftħu n-nominazzjonijiet, bħal għada ġimgħa u jibqgħu miftuħin sa nhar l-Erbgħa 19 ta' Lulju, is-sorsi li tkellmu mal-ILLUM mhux qed jeskludu manuvri biex Busuttil jew ikun rikonfermat Kap, bil-proċess għal Kap ġdid ikun imwaqqaf jew inkella biex l-ebda kandidat ma jikseb is-66% meħtieġa biex ikun elett, jekk kemm-il darba l-inkjesti Maġisterjali imma b'mod partikolari dik dwar Egrant tindika l-involviment ta' Muscat. Dawk li tkellmu mal- I L L U M sostnew illi l-bżonn taż- żewġ terzi t a l - m a d w a r 23,000 tesserat biex ikun elett Kap tal- PN, 'tressqet quddiem l-eżekuttiv mingħajr diskussjoni. Ħadd m'oġġezzjona għax kulħadd baqa' sorpriż kif xi ħaġa bħal din tiġi mressqa bħala fait accompli.' Dan ifisser li biex persuna tkun eletta Kap trid takkwista mal- 15,000 vot mit-tesserati. Jekk dan jibqa' ma jintlaħaqx, jerġgħu jinfetħu n-nominazzjonijiet, mill- ġdid. F'risposta għall-mistoqsija ta' din il-gazzetta l-Kap tal-PN la ċaħad u lanqas ikkonferma l-informazzjoni li għandha din il-gazzetta. 'Dejjem kont tal- kelma, tal-Partit... ma tlaqtkom qatt' Ara paġna 6 Ara paġna 10

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 July 2017