Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 Busuttil ma jgħidx x'jagħmel f 'każ li l-inkjesti jissostanzjaw l-allegazzjonijiet TKOMPLI MINN PAĠNA 1 LILLUM staqsiet lil Busuttil jekk jerġax jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tal-PN jekk l-inkjesta, fil-fatt tiżvela illi kien hemm l-involviment ta' Muscat fil-kumpanija Egrant. Kelliem tal-PN irreferiena għall-filmat ta' dak li kien qal Busuttil fl-ewwel dehra tiegħu wara t-telfa kbira, ir-raba' tad-daqs tagħha, li sofra l-Partit Nazzjonalista. F'dan il-filmat Busuttil jgħid illi hu beda l-proċess biex ikun elett Kap ġdid tal-PN u ma stenniex l-eżitu ppubblikat tal-inkjesti maġisterjali biex ma jitfax pressjoni fuq il-ġudikatura u fuq dawk il-maġistrati li qed imexxu t-tali inkjesti dwar Egrant u dwar akkużi ta' ħasil ta' flus fil-konfront ta' Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi. Dakinhar Busuttil kien qal ukoll illi dan juri illi l-PN, kuntrarjament għal Muscat, tassew jirrispetta l-indipedenza tal- ġudikatura. Minkejja dan, fil-filmat Busuttil fl-ebda mument ma jgħid x'jagħmel hu, jekk jitlobx li jkun ikkonfermat mill-ġdid jew jekk saħansitra jitfax in-nomina kemm-il darba l-inkjesti jissostanzjaw l-allegazzjonijiet. Fil-filmat Busuttil jgħid biss hekk; "Huma (il-maġistrati) liberi li jagħmlu xogħolhom fiż-żmien li jħossu huma mbagħad wieħed jieħu rendikont tad-deċizjoni illi huma jieħdu." Is-sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew illi jekk l-inkjesti jagħtu eżitu li jissostanzja l-allegazzjonijiet, il-PN ikun jista' jgħid illi Busuttil kien vindikat u li allura għandu jibqa'. L-intenzjoni ta' Busuttil f 'dan ix-xenarju tant huwa reali illi Chris Said, wieħed miż-żewġ persuni li mistenni jitfa' n-nomina għall-elezzjoni ta' kap tal- PN, diġà qal f 'intervista mal-gazzetta The Malta Independent li jekk Busuttil jitfa' n-nomina hu jirtira tiegħu. Dawk li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew illi s-sitwazzjoni fil-PN għadha fluwida u minkejja li s'issa kollox jidher lest għat- taqtigħa bejn Said u Adrian Delia, ix-xenarju jista' jinbidel kompletament jekk l-eżitu tal-inkjesti jagħtu lil Busuttil ir-riħ fil-qala. Jidher illi Claudio Grech, persuna oħra li qed jissemma' għat-tiġrija għall- ogħla kariga fil-PN, qed jibqa' jżomm l-intenzjonijiet tiegħu għalih innifsu. Mal- ILLUM, fil-ħarġa tat-18 ta' Ġunju Grech kien sostna li qabel kollox hu kien se jistenna li d-deċiżjoni ta' Busuttil tkun waħda definita, qabel ma jagħmel pubblika l-intenzjoni tiegħu. S'issa, erba' ġimgħat wara, Grech għadu ma qal xejn dwar l-intenzjonijiet tiegħu. Il-Kap tal-PN Simon Busuttil dieħel il-Qorti bil-boxfiles 'mimlijin' provi tal-allegat ħasil ta' flus minn Keith Schem- bri u Adrian Hillman The Flying Carpet Importers of hand-knotted Oriental carpets THE FLYING CARPET - OLD RAILWAY TRACK, ATTARD Mon - Tues, Thurs - Sat 10am – 12pm • Wednesday morning closed Mon - Fri – 4.30pm - 7pm Importers of: Various hand knotted carpets and Kilims, Non Slip Underlay, Dry and Liquid shampoo. Mobile No. 7953 7664