Illum previous editions

illum 9 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 | illum Opinjoni 19 K ont qed nara l-lista tal- ministri u segretarji parlamentari tat-tieni amministrazzjoni ta' Joseph Muscat. Ħadt sorpriża. Wieħed mis- segretarji parlamentari ngħata r-responsabbiltà tal- jeddijiet tat-tfal! Jekk m'iniex sejjer żball is-segretarju parlamentari responsabbli huwa Roderick Galdes. Nifraħlu u nawguralu għax it-tfal hemm bżonn li jkollhom min jieħu ħsiebhom fl-ogħla livell, avolja f 'dawn l-aħħar snin diġà kellhom il-Kummissarju tat-Tfal. Għaliex hemm bżonnu? Għax aħna l-kbar, fit- tfittxija tal-jeddijiet tagħna, mhux dejjem qisna li anke t-tfal għandhom il-jeddijiet partikulari tagħhom. Fid-dinja tagħna, partikolarment fl-Ewropa u fl-Amerika ta' Fuq, qed tinħoloq klassi ta' tfal irrabjati għal ommhom u missierhom, li minnhom qed tissawwar il-klassi baxxa ġdida tan-nies kriminali. • Dawn huma t-tfal u żgħażagħ li sfaw mgħallma l-prinċipju żbaljat, 'l-aqwa li tieħu pjaċir' u sabu rwieħhom jgħumu fil-baħar fond tad-droga u tal- pornografija; • Avolja l-istatistiċi jinżammu moħbija, u sewwa jagħmlu, xorta waħda nafu li ż-żewġ kategoriji fi ħdan is- soċjetà li l-iżjed qed jikkommettu suwiċidju huma ż-żgħażagħ u x-xjuħ ta' età kbira li jħossuhom weħidhom; u dan jgħodd ukoll għalina hawn Malta; • Beda jkollna tfal subien u bniet li qed iħossuhom diskriminati speċjalment fl-iskola, għax qed jaraw tfal sħabhom li għandhom papà u mamà filwaqt li huma għandhom jew mamà u mamà, jew papà u papà u qed jistaqsu għaliex huma differenti minn sħabhom avolja qed iħossu l-istess bżonnijiet u l-istess xewqat bħat-tfal l-oħrajn; • Qed jiżdiedu t-tfal u żgħażagħ ġejjin minn familji mfarrka għax missierhom jew ommhom m'għadhomx jgħixu magħhom fl-istess dar. Qabel konna nisimgħu b'inkwiet u firdiet fi ħdan il-familja imma konna nisimgħu wkoll il-karba tal-omm jew tal-missier li jgħidu: "Għandi l-inkwiet fiż-żwieġ imma ma nitlaqx minħabba t-tfal". Din l-istqarrija qed tinstema' inqas u inqas fi żminijietna. Minflok l-omm jew il-missier li jitlaq jipprovaw ipattu bir- rigali jew bil-ġugarelli jew bil-flus li jtuhom. Imma... • It-tfal Ġermaniżi u t-tfal Amerikani għaddew minn din l-esperjanza qabilna. Tfal Ġermaniżi u Amerikani. It-tfal u ż-żgħażagħ Ġemaniżi qed jgħidulna: "Aħna żaqqna mimlija u bwietna mimlija, imma qalbna tinsab vojta" U t-tfal Amerikani darba għamlu protesta fi New York kontra ommijiethom u misserijiethom. Ħarġu barra bil-ġugarelli kbar u sbieħ li jingħataw u kitbu posters li jgħidu: "Għeżież ġenituri, aħna mhux il-ġugarelli tagħkom irridu – aħna lilkom irridu!" Hemm mappa tal-Ewropa li tinteressa ħafna lit-tfal. U f 'dil-mappa hemm diversi pajjiżi fl-Ewropa fejn iżjed minn 50% tat-tfal qed jitwieldu barra miż-żwieġ. Iż-żwieġ f 'Malta qed jonqos. Ħarġu ċ-ċifri li juru li ż-żwieġ – sagrament qed ikun inqas mill-għadd ta' żwiġijiet bir- reġistru - iż-żwieġ ċivili. U jalla nkun profeta falz meta nbassar li dalwaqt nibdew naraw jonqsu d-divorzju u s-separazzjonijiet u diġà qed naraw jiżdiedu t-tisħib rabta ċoff li bil-pulit jissejħu "partnerships". Għaliex iż-żwieġ qed jonqos? Għax il-Maltin qed jibżgħu jiżżewġu. L-anqas ħaqq l-ispejjeż biex tagħmel tieġ bil-fjokki biex imbagħad wara ftit snin isir kollu duħħan! U mit-tfal li jiġu fid-dinja x'se jiġri? Min jaf! Hemm it-taxxi tagħna jagħmlu tajjeb u jħallsu huma għall- konsegwenzi kollha! Ma rridx nikkarga iżjed imma dak li għidt huwa realtà. Din hi Malta tagħna llum. Imma ma rridx ninsa lil dawk il-familji li qed jaqdfu kontra l-kurrent – jemmnu, jitolbu kuljum, jaqraw il-Bibbja, jattendu għall-quddiesa u jħarsu lejn il-Papa Franġisku bħala l-kewkba u r-Ragħaj tagħhom. Qed irabbu lil uliedhom fil-għożża u fl- imħabba. Awguri lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-ħarsien tal-jeddijiet tat-tfal Fid-dinja tagħna, partikolarment fl-Ewropa u fl-Amerika ta' Fuq, qed tinħoloq klassi ta' tfal irrabjati għal ommhom u missierhom, li minnhom qed tissawwar il-klassi baxxa ġdida tan-nies kriminali. "Għeżież ġenituri, aħna mhux il- ġugarelli tagħkom irridu – aħna lilkom irridu!" Anke t-tfal għandhom il-jeddijiet DUN ANG SEYCHELL

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 July 2017