Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772
Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 | illum Sports 35 illi bil-mod il-mod qiegħda tagħmel tagħha. Madankollu l-imħabba u d-dedikazzjoni lejn din il-logħba ma tonqos qatt u dan iħallini nibqa' għaddej b'xogħli. X'ħassejt sentejn ilu meta San Ġiljan kienu rebħu l-kampjonat proprju għall- ispejjeż tagħkom? Wara li rbaħna l-ħames kampjonati infila bħal qisna rrilassajna xi ftit. Fl- istess ħin ma rridx innaqqas mill-mertu tal-Ġiljaniżi illi kien ħaqqhom li jirbħu dak il-kampjonat għax kienu l-aħjar tim matul l-istaġun. Aħna bħala Neptunes konna f 'fażi ta' bidla fejn biddilna l-kowċ u anke xi barranin. Meta tbiddel dejjem ikun hemm mumenti ta' inċertezza speċjalment sakemm l-iskwadra tingħaqad dejjem aktar. Jien nirraġuna illi bħal kull sport ieħor, ma tistax tirbaħ dejjem anzi trid taċċetta t-telf u titgħallem minnu. Kellkom bidu ta' staġun xi ftit inċert. Kif qed tarah illi ser ikun il-kumplament tal-kampjonat għal Neptunes matul din is-sena? Naqbel miegħek illi ma kellniex bidu sabiħ speċjalment għax tlifna l-konfronti diretti illi inzertaw ġew fi żmien ferm qasir. Jidher illi dan l-istaġun ġej għat-telgħa għalkemm aħna mhux ser naqtgħu qalbna u beħsiebna nagħtu sfida lit- timijiet ewlenin tal-waterpolo lokali. Hawnhekk forsi seta' sar xi ħaġa biex it- timijiet il-kbar ikunu seeded u jiltaqgħu aktar tard matul l-istaġun. Kuntent bil-kontroll tar-referis fil- logħob tal-waterpolo? Jekk inqis kollox naħseb li iva, il- kontroll tar-referees waqt il-logħob tal-waterpolo huwa wieħed sodisfaċenti. Il-kwistjoni tar-referees ilha għaddejja s-snin, hemm ċertu problema fejn ma tantx hawn referees Maltin minn fejn tagħżel u għalhekk ikollok iġġib uffiċjali mill-Italja biex ikunu jistgħu jikkontrollaw il-partiti. Minkejja kollox, ma jidhirx illi hemm xi indikazzjoni illi se jkun hemm xi sostituti għal dawn ir-referees illi għandna bħalissa. Il-biża' tiegħi huwa illi se nispiċċaw ikollna referees Taljani biss jikkontrollaw il-logħob fil-pixxina f 'Tal-Qroqq. Bħala klabb tan-Neptunes, intom favur illi jkun hemm aktar minn barrani wieħed? L-opinjoni tagħna kienet u tibqa' waħda konsistenti kull darba illi niġu biex niddiskutu dan is-suġġett. Aħna nixtiequ illi jkun hemm żewġ plejers barranin waqt il-logħob. Nifhem illi dan il-pass jista' jiġi jiswa lill-klabb iktar flus per jgħin biex iżid il-livell ta' logħob fil-pixxina. Nasal biex ngħid illi kemm ilna b'barrani wieħed fil- kampjonat, il-livell seta' naqas xi ftit. Semmejna l-flus u l-finanzi. Kemm issibu għajnuna mill-isponsors? Illum mhux daqshekk faċli illi ssib sponsor illi jagħtik ċertu għajnuna finanzjarja. Madankollu l-klabb dejjem irnexxielu jsib sponsors tajbin forsi anke minħabba l-isem illi nġorru u l-post fejn ninsabu. Kemm huwa importanti illi Neptunes itellgħu element żagħżugħ fl-iskwadra? Għalina huwa ferm importanti li nrawwmu żgħażagħ illi għada pitgħada jafu jkunu l-futur tal-waterpolo Malti. Niftakar illi sentejn ilu, kif konna nafu bir-regola tal-plejer barrani wieħed biss fil-pitch, għamilna investiment billi ġibna kowċ minn barra illi jieħu ħsieb iż-żgħażagħ. B'xorti tajba, f 'dan iż-żmien stajna naraw progress kbir minn dawn iż-żgħażagħ u ninsab ferm kuntent minn dan ir-riżultat. X'taħseb illi ser ikun il-futur tiegħek fil- waterpolo lokali? Nistgħu forsi narawk f 'xi rwol fl-ASA? Jien assoċjat mal-klabb ta' Neptunes u ma narax lili nnifsi fi rwol fi ħdan l-ASA. Issa ili tnax-il sena f 'din il-kariga u f 'dan iż-żmien barra r-rebħ tal-ħames kampjonati, fuq livell ta' infrastruttura rnexxielna nagħtu dehra ġdida lill- pixxina tagħna kif ukoll qawwejna ċerti strutturi fil-klabb. Inħoss illi bil-mod il-mod qed nasal lejn it-tmiem tal-karriera tiegħi. Dak li kelli nagħmel tista' tgħid illi għamiltu. Per qabel ma nitlaq nixtieq illi bħalma Neptunes dejjem kellhom nies ta' kalibru għoli jmexxu lil dan il-klabb, hekk ukoll nagħmel jien, li nħalli r-riedni f 'idejn tajba. B'hekk inserraħ rasi illi dak kollu illi nbena f 'dawn l-aħħar snin ikompli jissaħħaħ dejjem aktar. Ritratt: James Bianchi għar-rebħ ta' ħames Kampjonati konsekuttivi Twieled Ħ'Attard l-25 t'Ottubru 1967. Huwa president ta' suċċess inkredibbli l-waterpolo lokali hekk kif s-snin li għaddew wassal lil Neptunes għar-rebħ ta' ħames kampjonati konsekuttivi. Għadu jokkupa din il-kariga b'suċċess sal- ġurnata tal-lum. MATTHEW BONELLO