Illum previous editions

illum 9 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 Sports 28 Duncan Micallef ikompli jagħmel isem għal Malta fid- Drag Racing FILJIEM li għaddew, Duncan Micallef, rebaħ il-finali tar- raba' rawnd tal-Kampjonat Ewropew tad-Drag Racing organizzat mill-FIA gewwa l-Fillandja. B'hekk issa Duncan rebaħ tnejn mill-erba' rawnds u kompla jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fil-quċċata tal-klassifika. Duncan għadda mill- kwalifikazzjoniet mingħajr problemi meta mbagħad fl- ewwel rawnd ta' eliminazzjoni ltaqa' maċ-champion renjanti Anita Makela tal-Fillandja fejn Duncan rebaħ u għadda għat- tieni rawnd. Hawnhekk, Duncan iltaqa' ma' Stig Neergrand tad-Danimarka, Neergrand kien qiegħed jaspira li jirbaħ ir-raba' finali tiegħu iżda żbalja fuq id-dawl u b'hekk wara ġirja stupenda Duncan rebaħ it-tieni finali tieghu ħmistax biss wara li rebaħ fl- Iżvezja. L-appuntament li jmiss għal Duncan Micallef issa huwa bejn it-18 u l-20 t'Awwissu ġewwa Hockenheim fil-Ġermanja fejn hemmhekk Malta se tkun rappreżentata wkoll minn Franklyn Borg u Simon Giordmaina li bħal Duncan qegħdin jokkupaw l-ewwel post tal-klassifika tal-klassi tagħhom. Intant, fil-jiem ta' qabel, Duncan Micallef, rebaħ żewġ finali f 'żewġ rawnds konsekuttivi tal- Kampjonat Ewropew tad-Drag Racing. L-ewwel finali li rebaħ kien it-tieni rawnd tal-kampjonat li ġie organizzat mill-FIA ġewwa l-Arena ta' Tierp, fl-Iżvezja. Micallef rebaħ dan ir- rawnd wara li fl-ewwel set ta' eliminazzjoni huwa ma zbaljax meta saq kontra Stefan Gunnarsson fl-ewwel rawnd u kontra Mickael Kagered fit-tieni rawnd. Fil-finali, Micallef kellu jsuq kontra Antti Horto tal-Finlandja iżda sfortunatament Horto kellu jabbanduna l-konfront u Micallef saq waħdu u ġie dikjarat rebbieħ. B'hekk wara t-tieni rawnd, Micallef spiċċa fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat b'103 punti. Duncan Micallef mal-kumplament tal-ista tiegħu l-Fillandja. Referis Maltin jieħdu sehem l-45 edizzjoni tat-Tournoi Maurice Revello Franza LUFFIĊJALI internazzjonali Alan Mario Sant bħala referi, Luke Portelli u Christopher Francalanza bħala assistenti referis, flimkien ma' uffiċjali oħra tal-FIFA minn Franza, Ġreċja, Rumanija, Repubblika Ċeka, Skozja, Angola u l-Ġappun, f 'din l-aħħar ġimgħa kkontrollaw diversi partiti mill-Festival international Espoirs de football (magħruf ukoll bħala t-tornew ta' Toulon) li kien kontestat mit-timijiet nazzjonali taż-żgħażagħ tal-Ingilterra, Repubblika Ċeka, Franza, Skozja, Wales (UEFA), Angola u Kosta tal-Avorju (CAF), Baħrejn, Indonesja u l-Ġappun (AFC), Brażil (CONMEBOL), u Kuba (CONCACAF). Wara li kienu involuti f 'kull ġurnata mill-fażi tal-gruppi (tliet logħbiet), it-terna arbitrali Maltija ikkontrollaw il- logħba għat-tielet u r-raba' post mirbuħa mill-Iskozja kontra r-Repubblika Ċeka. Fit-tornew ħa sehem ukoll il-membru tar-Referees Committee Stephen Mallia, li apparti li kien osservatur tar-referis f 'diversi partiti – inkluża l-Finali tas-Sibt 10 ta' Ġunju mirbuħa mill-Ingilterra kontra l-Kosta tal-Avorju, fi Stade de Lattre, Aubagne – kien parti mir- Refereeing Commission mas-Sinjuri Michel Vautrot minn Franza u Michel Piraux mill-Belġju. It-tim ta' referis Maltin f 'Toulon Franza.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 July 2017