Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772
5 Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 | illum Aħbarijiet FILĠIMGĦAT li għaddew l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (l-ERA) u l-PARKs kienu għaddejjin b'ħidma intensiva biex titjieb is-sostenibbiltà tal-wirt naturali li għandna f 'Kemmuna. Din hija parti mill-implimentazzjoni tal-Pjan tat-Tmexxija ta' Kemmuna u għalhekk, fl-isfond li l-ambjent ikun kompatibbli mal-bżonnijiet tagħna, saru diversi xogħlijiet ta' tisbieħ u ħarsien tal-ambjent. Ftit żmien ilu, bħala azzjoni ta' infu rzar tal-Awtorità, l-ERA ħarġet Ordni ta' Waqfien u ta' Konformità fuq rdim u rimi ta' skart goff illegali f 'diversi postijiet f 'Kemmuna. L-ERA kkoordinat azzjoni biex titneħħa din l-illegalità. Bil-kollaborazzjoni tal-Wasteserv Malta, sar ukoll tindif biex jitneħħa żibel li ntefa' f 'dawn il-postijiet f 'dawn l-aħħar snin. L-ERA ħadet din l-opportunità biex flimkien mal-PARKs isiru xi azzjonijiet oħra li minnhom tista' tgawdi Kemmuna u l-ambjent tagħha. Il-Ministru għall-Ambjent José Herrera żar ix-xogħlijiet li kienu qed isiru f 'Kemmuna, fejn saħaq li dan huwa eżempju ċar ta' kif il-Ministeru tal- Ambjent jkun aktar 'hands on' sabiex itejjeb l-ambjent ta' madwarna. Spjega li bis- saħħa tal-ordni ta' infurzar tneħħa l-iskart goff li ntrema llegalment. Il-Ministru Herrera sostna li se jkomplu jaħdmu sabiex bil-kollaborazzjoni tal-ERA, PARKs u Wasteserv ikomplu jnaddfu lil din il-gżira u jkomplu jneħħu speċi barranin u aljeni li qed jagħmlu ħsara lill-ambjent. Il-bajja ta' Santa Marija tħaddan għaram tar-ramel (sand dunes), ambjent li huwa rari fil-gżejjer Maltin u hu protett fuq livell Ewropew. F'dan it-tip ta' ambjent naturali jikbru diversi speċi li huma tipiċi tar-ramel. Sfortunatament, ftit huma l-bajjiet li għad fadlilhom għaram tar-ramel rappreżentattivi u għalhekk irridu nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex inħarsuhom kif inhu xieraq. L-għaram tar-ramel ġew imħarsa billi ttellgħu ħbula madwar dik iż-żona biex jiġi evitat ħsara ambjentali mill-passaġġ tan-nies minn fuqhom, u dan bħala l-ewwel pass għall-ħarsien tar-Ramla. Il-kjosk ta' Santa Marija għen wkoll u kkollabora biex tiġi mħarsa aħjar din il-bajja. Barra minn hekk, l-ERA u l-PARKs neħħew speċi barranin u aljeni li jagħmlu l-ħsara lin-natura minn xi partijiet ta' Kemmuna, bħaż-żabbar tal-Amerka u s-swaba' tal-Madonna, li tħawlu u nfirxu tant li bdew jagħmlu ħafna ħsara lill-biodiversità ta' din il-gżira. Ix-xogħol mhux ser jieqaf hawn. L-ERA se tikkummissjona studju għal Carrying Capacity Assessment fil-gżira, biex jittaffew, u fejn possibbli jissolvew, xi problemi li hemm f 'żoni bħal ta' Bejn il-Kmiemen (li tinkludi l-Blue Lagoon), San Niklaw u l-Qala ta' Santa Marija, skont kif mitlub mill-Pjan tat-Tmexxija ta' Kemmuna li kien approvat mill-Ministeru s-sena li għaddiet. Qed issir ukoll konsultazzjoni kontinwa bejn l-entitajiet li jieħdu ħsieb Kemmuna flimkien mal-Ministeru ghall-Ambjent, l-Iżvilupp Sostennibbli u t-Tibdil fil-Klima u l-ERA. Barra minn hekk, l-ERA bdiet proċess ieħor biex iġġib fondi tal-Unjoni Ewropea sabiex tkompli timplimenta l-pjanijiet tat-tmexxija Natura 2000, u diġà qed taħdem fuq żewġ proġetti minn dawn. EXPRESSION OF INTEREST The Permanent Secretary, Ministry for Education and Employment, will be receiving applications from interested person/s, in their own capacity or in the name of the company which the person is representing, to conduct a Fire, Health & Safety risk Audit of the trades workshops within the Ministry for Education and Employment which are located in various sites in Malta and Gozo. Expressions of Interest are to be received in a sealed envelope addressed to The Customer Care Unit, Room 101, attn: Mr Horace Camilleri, (EoI Fire, Health and Safety Risk Audit) Ministry for Education and Employment, Great Siege Road, Floriana, until noon on Tuesday 18th July 2017. In Interested individuals must be registered with Occupational Health & Safety Authority (OHSA). Eligible candidates will be required to attend an interview and must bring a valid OHSA warrant certificate and present a portfolio of works on the day. The risk assessment is to be performed for 13 workshops including any machinery therein. These workshops are located within schools or outstations as follows: • Welder's Workshop and Aluminium Workshop at ex Umberto Colosso Trade School, St. Venera • Carpentry Workshops at Ospizio Complex, Floriana and Qrejten Street, Imsida •• Carpentry Workshop at Mellieha Primary School • Carpentry / Steelworks Workshop at San Miguel Resource Centre, Pembroke • Carpentry / Steelworks Workshop at St. Ignatius College, Qormi San Gorg Primary School • Carpentry Workshop at St. Benedict College, Kirkop Secondary School • Carpentry / Steelworks Workshop at San Gorg Preca College, Hamrun Secondary School • Carpentry Workshop at Gozo College, Gharb Educational Complex The final report must be a professionally comprehensive one, addressing all hazards including any potential ones as well any necessary drawings and layouts to render the place safe. . The protection for generated lethal gas must be comprehensively addressed and also the hazard of spontaneous combustion in any identified particular area. An An individual report for each workshop is to be provided.. The report should include clear and unequivocal recommendations together with a timeline for the execution of the recommended actions. Following the execution of the recommended actions, the officer should inspect the workshops again and issue a Final Compliance Certificate which shall be interpreted that it is safe to deploy workers in the particular site. Site visits to workshops will be provided upon request so that the interested person can quote accordingly. These are planned for Thursday 13th July and Friday 14th July 2017. Further enquiries or clarifications can be obtained through the following contacts: Email: p Email: procurement-educ.mede@gov.mt Kemmuna b'dehra ġdida wara xogħlijiet ta' tisbiħ u ħarsien tal-ambjent