Illum previous editions

illum 9 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol CRISTIANO RONALDO - Cristiano Ronaldo nforma lil Real Madrid li huwa qed jippjana li jibqa' jilgħab mal-Galacticos. Il-fenomenu Portugiż deher li kien iddeċieda li jħalli lil Spanja f 'Ġunju li għadda iżda issa huwa rrapurtat li reġa' lura mid-deċiżjoni tiegħu u jinsab kuntent li se jkun qed jibqa' fil-Bernabeu. Dan kollu jista' jinbidel nhar il-31 ta' Lulju mera Ronaldo mistenni jidher quddiem il-Qorti Arbitrali Spanjola minħabba akkrużi ta' evażjoni tat-taxxa, fejn dak li joħroġ mill-prelimiminarja jista' jfisser li huwa jkollu jħalli lil Real Madrid. MAMADOU SAKHO - It-talba ta' £30 miljun li Liverpool qed jagħmlu għad-difensur Mamadou Sakho waslet biex Crystal Palace ma jagħmlux offerta permanenti għalih. Sakho impressjjona ferm meta kien b'self ma' Crystal Palace fit-tieni nofs tal-istaġun li għadda iżda l-manager il-ġdid tal-klabb Frank De Boer iddeċieda li minflok jinvesti l-flus fuq ħames plejers ġodda. GARETH BALE - Gareth Bale mhux qed jaħseb li jħalli lil Real Madrid. Dan wara spekulazzjonji li kienet tgħid li huwa seta' jħalli lill-Galacticos biex jingħaqad ma' Manchester United. Rapporti saħqu li Real Madrid kienu ppreparati li jbigħu lil Bale biex huma jagħmlu spazju għall-attakkant żagħżugħ ta' Monaco, Kylian mpabbe. Madankollu, Bale jinsab kuntent fis-Santiago Bernabeu u Real Madrid m'għandhom l-ebda pjanijiet li jneħħuh biex iġibu plejers ġodda mal-club tagħhom. ALEXIS SANCHEZ U HECTOR BELLERIN - Arsene Wenger se jkun qed jiltaqa' kemm ma' Alexis Sanchez kif ukoll ma' Hector Bellerin hekk kif huwa se jkun qed ifittex li jipperswadi lil dawn iż-żewġ plejers biex jibqgħu mal-Gunners. Alexis Sanchez jidher li jista' jingħaqad ma' Manchester City fil- ġimgħat li ġejjin, għalkemm Wenger afferma li Arsenal mhux se jkunu qed ibiegħu lil dan il-plejer lil tim rivali tagħhom. Min-naħa l-oħra Bellerin ilu jissemma' li jista' jingħaqad mal-eks klabb tiegħu Barcelona għalkemm il-manager ta' Arsenal għadu jrid jgħid lill-plejer Spanjol li huwa mhux se jkun qed jingħata l-permess biex iħalli lil Arsenal. DANI CEBALLOS - Il-midfielder ta' Real Betis Dani Ceballos irid jingħaqad ma' Barcelona iktar milli ma' Real Madrid hekk kif huwa qed jipprepara taħdidiet rigward il-futur tiegħu. Il-forma impressjonanti ta' Ceballos fil-Kampjonati Ewropej ta' taħt il-21 sena qajmu interess kbir għall-firma tiegħu, b'Manchester United u Juventus ukoll qed juru interess f 'dan il-plejer li huwa disponibbli għas-somma ta' £15-il miljun u Ceballos jinsab ħerqan li jingħaqad ma' Barcelona. IVAN PERISIC - Manchester United jidhru li mhux se jkunu f 'pożizzjoni li jakkwistaw lil Ivan Perisic mingħand Inter. In-Neroazzurri kellhom jallokow is-somma ta' £30 miljun biex jevitaw li jmorru kontra r-regoli tal-Finacial Fair Play u laħqu dan it-tragward billi biegħu plejers oħra. Ir-Red Devils kienu qed jittamaw li jieħdu vantaġġ minn dan l-aspett finanzjarju billi jagħmlu offerta għal dan il-plejer internazzjonali Kroat, iżda Inter issa ħarġuh barra mis-suq tat- trasferimenti. GIANLUIGI DONNARUMMA - Gianluigi Donnarumma m'aċettax offerta mingħand PSG u għażel li jiffirma kuntratt ġdid ma' AC Milan. Wara li riċentament huwa rrifjuta li jġedded il-kuntratt tiegħu ma' AC Milan, issa jidher li biddel fehmtu fejn se jkun qed jiffirma kuntratt ġdid b'salarju ta' €6 miljun fis-sena. Huwa jidher li se jkun qed jagħmel dan wara numru ta' insulti indirizzati lejh ġejjin speċjalment minn partitarji ta' AC MiIan wara li ħassewhom offiżi għall-fatt li Donnarumma deher li kien tradixxa lir- Rossoneri wara li fix-xhur li għaddew deher ibus l-arma ta' AC Milan. minn Cristian Antony Muscat KYLIAN MBAPPE - PSG qed jikkunsidraw offerta ġdida biex jiffirmaw lill-isitilla ta' Monaco Kylian Mbappe u għamlu kuntatt mar-rappreżentanti tiegħu. Il-ġganti Franċiżi huma determinati li jakkwistaw lil dan il-player mingħand ir-rivali tagħhom, bid-direttur sportiv tal-Pariġini Antero Henrique jinsab f 'taħdidiet ma' missier Mbappe innifsu. Dan l-attakkant Franċiż huwa fost l-aktar players rikjesti mill-clubs ewlenin fl-Ewropa matul dan is-sajf. ALVARO MORATA - Manchester United qed jittamaw li jiffinallizaw it-trasferimet tal-attakkant ta' Real Madrid Alvaro Morata. Dan l-attakkant Spanjol qed jitqies bħala t-tragward numru 1 għal Mourinho biex jimla l-vojt li mistenni jħalli Zlatan Ibrahoimovic. Real Madrid qed jitolbu s-somma ta' €60 miljun għal dan il-plejer Spanjol u qed jittamaw li jikkonkludu dan it-trasferiment qabel jibdew it-tour annwali fl-Istati Uniti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 July 2017