Illum previous editions

illum 9 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... WAYNE ROONEY - Everton jinsabu kunfidenti li jġibu lura lill-player ta' Manchester United Wayne Rooney matul dan is-suq tat-trasferimenti. Il-futur ta' Rooney f 'Old Trafford huwa ferm dubjuż minħabba li huwa m'għandux postu garantit mal-ewwel 11 u huwa ssemma' wkoll li seta' jmur jilgħab fiċ-Ċina jew fl-Istati Uniti. Ritorn fil-klabb li miegħu ddebutta fil-futbol, Everton, qed jissemma' li jista' jkun wieħed possibli hekk kif kollox qed jindika li Rooney se jkun qed jirtira mill-karriera kalċistika tiegħu propju ma' dan il-club. ANGEL DI MARIA - Inter huma lesti li jagħmlu offerta ambizzjuża għall-attakkant ta' PSG, Angel Di Maria. Huwa mifhum li n-Neroazzurri jinsabu lesti li jagħmlu offerta ta' €49 miljun għal dan il-plejer internazzjonali mill-Arġentina li skorja 13-il gowl fil- kompetizzjonijiet kollha għal PSG matul l-istaġun li għadda, fosthom erba' gowls f 'seba' logħbiet fil-UEFA Champions League. Qabel ingħaqad ma' PSG, dan il-plejer kien jilgħab ma' Real Madrid u Manchester United, fejn ma' dawn tal-aħħar ftit li xejn impressjona. GELSON MARTINS U WILLIAM CARVALHO - Il-manager ta' Arsenal, Arsene Wenger, qed jikkunsidra offerta ta' €80 milun għall-players ta' Sporting Lisbon, Gelson Martins u William Carvalho. Wenger diġà jinsab viċin li jżid lill-attakkant ta' Lyon, Alexandre Lacazette mal-iskwadra tiegħu u jinsab ħerqan ukoll li jiffirma lill-winger Martins li ssemma' wkoll li jista' jingħaqad ma' Liverpool jew Manchester United waqt li jinsab interessat ukoll f 'Carvalho. RIYAD MAHREZ - Arsenal jinsabu lesti li jħabbru l-akkwist tal-winger ta' Leicester City, Riyad Mahrez fil-jiem li ġejjin. Mahrez ilu jfittex li jħalli lil Leicester City u ġie rrapurtat li x-xewqa tiegħu kienet dik li jingħaqad ma' Barcelona. Madankollu, il-Katalani m'għamlu l-ebda talba uffiċjali għalih u b'hekk issa Mahrez huwa mistenni li jingħaqad ma' Arsenal waqt li ssemma' li seta' jingħaqad ukoll ma' Chelsea. OLIVIER GIROUD - Olympique Marseille qed jitilfu kull tama li jassiguraw ruħhom mis- servizzi tal-attakkant Franċiż ta' Arsenal, Olivier Giroud matul dan is-sajf. Il-ġganti Franċiżi huma ammiraturi kbar ta' Lacazette iżda qed jidhru rassenjati li mhux se jkunu f 'pożizzjoni li jakkwistaw lil dan il-plejer hekk kif huma qed jixħtu ħarsithom fuq plejers oħra li dettalji dwar min huma għadhom ma tħabbrux. Lyon qed jagħmlu minn kollox biex jibnu skwadra b'saħħithom li tittrijonfa mhux biss fi Franza iżda wkoll fl-Ewropa. DANIEL STURRIDGE - Daniel Sturridge mhux se jkun qed jingħata l-permess biex iħalli lil Liverool matul dan is-sajf minħabba li r-Reds biex isibu sostitut denju għalih ikollhom jonfqu somma ġmielha ta' flus. PSG u West Ham United ilhom jissemmew li jistgħu jakkwistaw lil Sturridge, iżda għandha tkun biss offerta kbira li tipperswadi lil Klopp biex ibiegħ lil dan il-plejer internazzjonali Ingliż. LEONARDO BONUCCI - Barcelona jinsabu fil-pole position biex jakkwistaw lid-difensur ta' Juventus Leanardo Bonucci. Chelsea kienu qed jittamaw li jiffirmaw lil dan il-plejer internazzjonali Taljan, iżda jidher li huwa jippreferi li jekk iħalli lil Juventus jingħaqad ma' Barcelona u mhux ma' Chelsea. Għadu mhux magħruf x'se jkun l-eżitu finali ta' din is-saga, b'Juventus qed jagħmlu minn kollox biex iżommu lil dan id- difensur ċentrali meqjus bħala wieħed mill-aqwa difensuri fl-Ewropa fil-preżent. NACHO FERNANDEZ - Roma qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta ġdida għal Nacho Fernandez wara li naqsu milli jilħqu ftehim ma' dan il-plejer matul is-sajf li għadda. It-tim mill-kapitali Spanjola jinsab ħerqan li jġib difensur ċentrali ġdid matul dan is-suq tat-trasferimenti u Nacho qed jiġi kkunsidrat bħala wieħed mill-għażliet tagħhom. Il-pożizzjoni ta' left-back ukoll qed tiġi indirizzata minn Roma, bil-player ta' Liverpool Alberto Moreno huwa rrapurtat li se jkun fost il-kandidati ewlenin għal din il-pożizzjoni. JOE HART- Pep Guardiola se jkun qed jagħti permess lill-goalkeeper Joe Hart biex jingħaqad ma' Manchester United mingħand Manchester City matul dan is-sajf. Ir-Red Devils se jkunu qed ifittxu li jakkwistaw goalkeeper ġdid dejjem jekk David de Gea jingħaqad ma' Real Madrid, u Hart huwa vvalutat għas-somma ta' madwar €25 miljun.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 July 2017