Illum previous editions

illum 9 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

15 Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 | illum Għawdex l-Għawdxin huma ċittadini tat-tieni klassi" se jindirizzaw is-sitwazzjoni u jkomplu joħolqu aktar opportunitajiet għall-familji u l-intrapriżi lokali. Il-proċess ta' konsultazzjoni ma' kull min irid jaħdem jibqa' wieħed kontinwu. Mal-GBC qbilna wkoll li nagħmlu analiżi tas-sitwazzjoni reali u kien għalhekk li inkarigajt ditta ta' eseperti biex appuntu tagħmel din l-analiżi u l-GBC qablet ma' din l-għażla. L-esperti ser ikollhom ukoll l-inkarigu li jaraw l-iskill gap u pay gap li għandna f 'Għawdex. Dawn huma wkoll parti mill-manifest elettorali." Dixxiplina u integrità Justyne Caruana hi magħrufa għad-dixxiplina tagħha u għalkemm hi ħabrieka u integra f 'xogħolha, "L-integrità personali timxi miegħi kullimkien għax mhix limitata għal post jew ieħor. Id-differenza bejn ministeru f 'Malta u ministeru f 'Għawdex hija biss kwistjoni ta' distanza. Meta qiegħda nservi f 'Għawdex, l-akbar ħin għalija jkun Għawdex f 'kuntatt dirett mal- Għawdxin u s-siti tal-proġetti nfushom. Dan apparti x-xogħol parlamentari f 'Malta, laqgħat tal-kabinett u safar fuq xogħol governattiv. Però kull fejn inkun, nidħol għall-sifida b'ruħi u ġismi u l-interess ta' Għawdex ma jonqos qatt." Proġetti F'dawn l-aħħar erba' snin ingħata bidu għal diversi proġetti, iżda kważi kollha kemm huma għadhom ma tlestewx. "Fl-aħħar erba' snin sar ħafna xogħol f 'Għawdex u dan mertu tal- Gvern Laburista u tal-predeċessur tiegħi Dr Anton Refalo u tal-entitajiet li kellhom rieda tajba. Għadu kmieni wisq biex nidħol fid- dettal ta' kulma semmejtli, imma naċċertak li bdejt naħdem fuq kull proġett biex jitlesta u anki tajt direzzoni ċara fuq it-tibdiliet li huma meħtieġa li jsiru biex inqassru ż-żmien tal-implimentazzjoni u jkun hemm użu iktar effiċjenti tar-riżorsi. Il-prijorità hi li jsir dak li hu l-aktar meħtieġ skont il-proposti li approvat il- maġġoranza tal-Għawdxin. Dan il-Gvern għandu l-kredenzjali kollha li jwettaq dak li jwiegħed u jien determinata li - bir-rieda tajba ta' kull min irid jaħdem - naslu, kif diġà wrejna f 'xogħlijiet li diġà twettqu, li jekk forsi jidhru żgħar, jindikaw sew kif se naħdem. Irrid ngħid ukoll li l-manifest elettorali għal Għawdex huwa wieħed ambizzjuż ħafna u jien determinata li nwettqu." Dwar proġetti ġodda li għandha f 'moħħha li jibda x-xogħol fuqhom huma "proġetti li permezz tagħhom nirriġeneraw żoni li għandhom potenzjal u bżonn jingħataw il-ħajja. Qed nara proġetti għal Marsalforn u x-Xlendi u nħawi oħra kif ukoll dawk imsemmija fil-manifest elettorali li jolqtu l-agrituriżmu, niċeċ godda turistiċi li jirrekjedu proġetti infrastrutturali ġodda." Gozo Channel Dan l-aħħar ħarġu diċeriji li Justyne Caruana neħħiet xi nies mill-Gozo Channel, "Nitbissem nisma' dawn l-istejjer kollha, li minnhom qed jgħidu ħafna. Dwar il-Gozo Channel ukoll għandna mandat qawwi ħafna u l-ewwel sfidi li għandna huma l-fast ferry u l-Public Service Obligation Call. Żewġ proċessi kruċjali għall- Gozo Channel li qabel ma jiġu sorvolati mhux għaqli li wieħed jantiċipa xejn minħabba li tista' tippreġudika l-pożizzjoni tal-Gozo Channel innifisha u kull informazzjoni li tingħata bħalissa tieħu natura ta' sensittività kummerċjali." Servizz, integrità u ħidma kontinwa Mitluba tgħid x'se jkun it-timbru ta' Justyne Caruana f 'din il-leġiżlatura, "It-timbru tiegħi f 'din il-leġiżlatura se jkun dak li kelli dejjem tul l-14-il sena li ili nservi lill-Għawdxin fil- parlament - sens ta' servizz, integrità u ħidma kontinwa. Warajja nixtieq inħalli gżira isbaħ, aktar organizzata u dixxiplinata b'ħajja aħjar għall-familji kollha u l-intrapriżi tagħna. Il- ħolma li kelli minn ċkuniti tibqa' li Għawdex jilħaq il-milja tiegħu bħala reġjun, b'ġenerazzjoni żagħżugħa li temmen iktar fiha nnifisha u dak li għall-antenati tagħna kienu sfidi, tibdilhom f 'opportunitajiet għall-aqwa żmien." "Il-fiduċja trid tinbena biex takkwistaha. Jafu li lili se jsibuni u jafu wkoll li rrid inbiddel l-affarijiet biex inneħħi t-timbru negattiv u inġust li jista' għandu l-Ministeru u l-ħaddiema" Il-Ministru Justyne Caruana

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 July 2017