Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772
Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum Valtteri Bottas jgħaddi bi ftit lil Sebas- tian Vettel u jirbaħ il-pole tal-Awstrija IS-SEWWIEQ ta' Mercedes Valtteri Bottas rebaħ il-pole position tal-GP Tal-Awstrija meta għeleb bi ftit lis-sewwieq ta' Ferrari Sebastian Vettel. Is-sewwieq Finlandiż Kimi Raikkonen kien l-aktar veloċi wara l-ewwel tellieqa ta' kwalifikazzjoni b'ħin ta' 1:04.251, biex stabiilixxa l-aktar ħin veloċi fiċ- ċirkwit tar- Red Bull Ring. Madankollu, kellna nassistu għal drama finali minħabba li Romain Grosjean u Max Verstappen kienu nvoluti f 'inċidenti separati u għalhekk kellhom jinħarġu l-bnadar sofor, li fisser li s- sewwieqa ma setgħux itejbu l-ħinijiet tagħhom. Għalekmm temm fit-tielet post Lewis Hamilton fuq Mercedes se jkun qed jibda biss mit- tmien post wara li ngħata penalità ta' ħames postijiet, b'Kimi Raikkonen, Daniel Ricciardo u Max Verstappen se jkunu qed jibdew mit-tielet, mir- raba' u mill-ħames post rispettivament. Rebħa memorabbli għal Keith Galea ġewwa Ta' Pennellu FIL-ĠIMGĦAT li għaddew, iċ-champion ta' Malta tat- Triathlon Keith Galea ħa sehem fit- tieni tellieqa tal-kampjonat nazzjonali taċ-cikliżmu. It- tellieqa saret il-Mellieħa fuq iċ- ċirkwit tal-by-pass ta' Pennellu fejn iċ-ċiklisti kellhom seba' dawriet u b'kollox kellhom jagħmlu total ta' 50km. Mill-bidu nett kien hemm ħafna attakki minn diversi ċiklisti fosthom ta' Marco Fiorilla li fetaħ vantaġġ tajjeb fuq il-grupp imma l-favoriti għar-rebħa finali kollha qagħdu jikkontrollaw lil xulxin. Il- mument kruċjali tat-tellieqa seħħ meta Maurice Formosa tat-tim The Cyclist għamel attakk b'saħħtu u kien biss Keith Galea ta' Birkirkara St Joseph li mar miegħu. Huma t- tnejn bdew jaħdmu flimkien biex jiftħu vantaġġ fuq il-grupp u laħqu lil Fiorilla. Ftit wara Chris Formosa tat-tim The Cyclist laħaq lit- tlieta ta' quddiem u bdew jaħdmu flimkien. Fl-aħħar dawra Alex Pettet tat-Tim Pro Action All Stars flimkien ma' Etienne Bonallo tat- Team Greens laħqu lill-erbgħa ta' quddiem biex kien kollox fl-aħħar telgħa bejn dawn is-sitt ċiklisti għar-rebħa finali. Kien f 'dan il- mument li Galea attakka u kien segwit biss minn Pettet u fetħu vantaġġ fuq l- oħrajn u kien sprint finali b'saħħtu fl-aħħar metri li Galea rebaħ din it-tellieqa b'Pettet jikuntenta bit- tieni post. Fit-tielet post spiċċa Chris Formasa. Ikkuntattjat minn dan il-ġurnal Galea qal li kien kuntent ħafna b'din ir-rebħa għax ma kinitx mistennija. Huwa qagħad kalm ħafna fil-grupp u attent biex jattakka fil-mumenti opportuni. Huwa jħobb ħafna din il-korsa u jinsab kuntent ħafna li fl-aħħar qata' xewqtu - dik li jirbaħ tellieqa road race. Huwa xtaq jirringrazzja lill- kowċis tiegħu Dermot Galea u Ivan Rozhnov, lill-familja kollha tiegħu lill-isponsors tiegħu www.garminmalta. com, BBB Cycling Malta, Team Barry Malta International Challange Marathon, Jaycee Malta, Lucida Laundry, dgtri. com personaltraining, Starbene 24/7, Saracino Cafè, Scott Bikes, emvigee PR &Marketing, lill- klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill-Malta Triathlon Federation, lill-Kumitat Olimpiki Malti (MOC) u lil SportMalta tas- sapport kontinwu li jtuh. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, huwa xtaq jirringrazzja ħafna lill-mara tiegħu Elizabeth Galea u lit-tifla tagħhom Elise tas-sapport kbir tagħhom. Keith Galea fl-azzjoni f 'Ta' Pennellu. Mix-Xellug għal-Lemin: Sebastian Vettel, Valtteri Bottas u Lewis Hamilton.