Illum previous editions

illum 9 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 | illum Sports 31 Jittellgħu l-poloz tal-Kampjonati tal-MFA IĊCHAMPIONS Hibernians se jkunu qed jaffaċċjaw lil St Andrews fl-ewwel ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier għall-istaġun 2017/18. DAN hekk kif fil-jiem li għaddew ittellgħu l-poloz tal-Kampjonati organizzati mill-MFA fit-Trophies Lounge il-ġdida tal-MFA li tinsab biswit l-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali u li tista' tiġi meqjusa bħala 'state of the art'. Balzan se jkunu qed jiltaqgħu kontra n-neo-promossi Naxxar Lions, Valletta jaffaċċjaw lil Mosta, Birkirkara jaffrontaw lil Floriana. iċ-champions tal-Ewwel Diviżjoni Lija Athletic jiltaqgħu kontra Gzira United waqt li n-neo- promossi l-oħrajn Senglea Athletic jilagħbu kontra Sliema Wanderers. Tarxien Rainbows jilagħbu kontra Hamrun Spartans fil-logħba l-oħra tal-Ewwel Ġurnata. Sa mill-istaġun li ġej, il-Kampjonat BOV Premier se jkun kompost minn 14-il tim fuq bażi ta' żewġ rounds. Intant, f 'din il-konferenza stampa. is-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Dr Angelo Chetcuti żvela li sa mill-istaġun li ġej, se jkun qed jiġi ppreżentat trofew ġdid liċ-champions tal-Kampjonat BOV Premier. It-trofew qed ikun immanifuttarat mid-ditta Thomas Lyte fl-Ingilterra li hija l-istess ditta li mmanifatturat b'suċċess l-FA Trophy li ġie ppreżentat lir-rebbieħa ta' din il-kompetizzjoni matul l-istaġun li għadda. Il-logħbiet mill-Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni se jkunu qed jintlagħbu fl-Istadium Nazzjonali, fil-Victor Tedesco Stadium, fil- Hibernians Stadium u fis-Centenary Stadium. Se tkun qed tintlagħab logħba l-Ġimgħa, erba' logħbiet is-Sibt u tnjen il-Ħadd jew żewġ logħbiet is-Sibt u erbgħa l-Ħadd. Fi tmiem l-istaġun regolari it-tim li jtemm fl-ewwel post jiġi dikjarat champion tal-Kampjonat BOV Premier waqt li t-team li jtemm fit- tieni post jiġi dikjarat bħala runner- up. It-timijiet li jtemmu fit-13 u fl-14-il post jiġu relegati għall-Ewwel Diviżjoni waqt li team li jtemm fit- 12-il post jilgħab il-play-off kontra t-tim li jtemm fit-tielet post tal- Ewwel Diviżjoni. Fixtures Kampjonat BOV Premier L-Ewwel Ġurnata Balzan v Naxxar L. Hibernians v St Andrews Sliema W. v Senglea A. Tarxien R. v Hamrun S. Valletta v Mosta Birkirkara v Floriana Lija A. v Gzira U. Intant, telgħu ukoll il-poloz tal- Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni, tal-Kampjonat BOV it-Tieni Diviżjoni u tal-Kampjonat BOV it-Tielet Diviżjoni. Sa minn dan l-istaġun, se jkun hemm bidla fil- format tal-Kampjonat BOV tat-Tieni Diviżjoni u anki tal-Kampjonat BOV tat-Tielet Diviżjoni. Dan minħabba l-bidla li saret fin-numru ta' timijiet li jieħdu sehem hekk kif se jkun hemm 13-il tim parteċipant fil-Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni waqt li 12-il tim se jkunu qed jieħdu sehem fil- Kampjonat BOV Tielet Diviżjoni. Kampjonat BOV L-Ewwel Diviżjoni Il-Kampjonat BOV L-Ewwel Diviżjoni se jkun qed jiġi kkontestat minn 14-il club differenti fuq bażi ta' żewġ rounds. Fi tmiem il-kampjonat • it-tim li jtemm fl-ewwel post ikun dikjarat Champion tal-Ewwel Diviżjoni u jkun promoss għall- kampjonat Premier; • it-tim li jtemm fit-tieni post ikun dikjarat bħala r-Runner Up tal- Ewwel Diviżjoni, u jkun promoss ukoll fil-Kampjonat Premier; • it-tim li jtemm fit-tielet post jaffaċċja lil dak li jtemm fit-12-il post tal-Kampjonat Premier fil- play-off; • it-tim li jtemm fit-12-il post jilgħab play-off kontra t-team li jtemm fit-tielet post tat-Tieni Diviżjoni; • it-timijiet li jtemmu fit-13 u fl- 14-il post jiġu relegati għat-Tieni Diviżjoni. Fixtures Kampjonat BOV L-Ewwel Diviżjoni L-Ewwel Ġurnata Zejtun C. v Qrendi Pieta H. v Rabat A. San Gwann v Vittoriosa S. Mqabba v Zebbug R. Marsa v Qormi Zabbar SP v Pembroke A. Sirens v Melita Il-logħbiet mill-Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni se jkunu qed jintlagħbu fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Luxol Stadium u fis- Centenary Stadium. Se tkun qed tintlagħab logħba l-Ġimgħa, tnejn is-Sibt u erbgħa l-Ħadd jew erba' logħbiet is-Sibt u tnejn il-Ħadd. Kampjonat BOV it-Tieni Diviżjoni Il-Kampjonat BOV it-Tieni Diviżjoni se jkun qed jiġi kkontestat minn 13-il klabb differenti fuq bażi ta' żewġ rawnds. Fi tmiem il- kampjonat • it-tim li jtemm fl-ewwel post ikun dikjarat Champion tat-Tieni Diviżjoni u jkun promoss għall- Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni; • it-tim li jtemm fit-tieni post ikun dikjarat bħala r-Runner Up tat- Tieni Diviżjoni, u jkun promoss ukoll fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni; • it-tim li jtemm fit-tielet post jaffaċċja lil dak li jtemm fit-12-il post tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni fil-play-off; • it-tim li jtemm fil-11-il post jilgħab play-off kontra t-team li jtemm fit-tielet post tat-Tielet Diviżjoni; • it-timijiet li jtemmu fit-12 u fit- 13-il post jiġu relegati għat-Tielet Diviżjoni. Fixtures Kampjonat BOV it-Tieni Diviżjoni L-Ewwel Ġurnata Kalkara vs Siġġiewi Attard vs Santa Lucia Birzebbuga SP vs Għargħur St. George's vs Luqa SA Swieqi U. vs Mġarr U. Fgura U. vs Marsaxlokk Gudja U. bye Il-logħbiet mill-Kampjonat BOV it-Tieni Diviżjoni se jkunu qed jintlagħbu fis-Sirens Stadium, fil-Luxol Stadium u fis-Centenary Stadium. Se jkunu qed jintlagħbu żewġ logħbiet is-Sibt u erbgħa l-Ħadd jew erba' logħbiet is-Sibt u tnejn il-Ħadd. Kampjonat BOV It-Tielet Diviżjoni Il-Kampjonat BOV it-Tieni Diviżjoni se jkun qed jiġi kkontestat minn 12-il club differenti fuq bażi ta' żewġ rounds. Fi tmiem il-kampjonat • it-tim li jtemm fl-ewwel post ikun dikjarat Champion tat-Tielet Diviżjoni u jkun promoss għall- Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni; • it-tim li jtemm fit-tieni post ikun dikjarat bħala r-Runner Up tat- Tielet Diviżjoni, u jkun promoss ukoll fil-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni; • it-tim li jtemm fit-tielet post jaffaċċja lil dak li jtemm fil-11- il post tal-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni fil-play-off; • it-tim li jtemm fl-aħħar żewġ postjiet ikun irid jerġa' japplika biex jerġa' jieħu sehem f 'Kampjonati Nazzjonali tal-MFA. Fixtures Kampjonat BOV it-Tielet Diviżjoni L-Ewwel Ġurnata Msida SJ vs Mdina K. Ta' Xbiex vs Mtarfa Xgħajra T. vs Għaxaq Dingli S. vs Sta. Venera L. Mellieħa vs Marsaskala Zurrieq vs Kirkop U. Il-logħbiet mill-Kampjonat BOV it-Tielet Diviżjoni se jkunu qed jintlagħbu fis-Sirens Stadium, fil- Luxol Stadium u fiċ-Charles Abela Stadium. Se jkunu qed jintlagħbu żewġ logħbiet is-Sibt u erbgħa l-Ħadd jew erba' logħbiet is-Sibt u tnejn il-Ħadd. Mix-Xellug għal-Lemin: Edwin Attard, l-Onorevoli Dr Clifton Grima, Romain Schwaiger, Ian Paul Grech u Antonella Chouhal

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 July 2017