Illum previous editions

illum 9 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

META kien qed jitkellem fuq ONE radio, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat saħaq li hu aktar jirrispetta lil min se jivvota kontra l-Liġi għal żwieġ indaqs milli lil dawk li qed jitkellmu kontra l-istess liġi, imma se jkunu qed jivvotaw kontra. Muscat, indirettament kien qed jirreferi għad-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo li fl-aħħar sigħat kompla jħarrax l-attakk tiegħu fuq il-Kap tal-PN Simon Busuttil. F'intervista fuq il-gazzetta oħt Maltatoday huwa jakkuża lil Busuttil li huwa 'liberali-falz', 'kompliċi fl-oppressjoni tar-reliġjon u tal-liberta', 'totalitarju' u qal ukoll li l-PN tilef kull dinjità. Vassallo vvota kontra l-liġi fl-istadju tat-tieni qari, b'indikazzjonijiet ftit wara ta' azzjonijiet ta' dixxiplina mill-Partit kontrih. Intant, l-ILLUM staqsiet lid-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli kif jispjega li l-PN qed jitlob emenda għall- oġġezzjoni kuxjenzjuża imma mbagħad mhux se jħalli lid-deputati tiegħu fil-libertà li jivvotaw skont il-kuxjenza. Puli sostna li ż-żwieġ għall-koppji tal-istess sess diġà jeżisti, anke jekk jissejjaħ Unjoni Ċivili, għalkemm fakkar ukoll kif il-PN wiegħed li se jintroduċi żwieġ għal persuni tal-istess sess fil-programm elettorali, "għaliex jemmen fl-ugwaljanza." Puli sostna li għax il-PN jemmen fl-ugwaljanza, "mhux l-uniformità" ippropona emendi "biex jagħmel il-liġi aħjar billi jneħħi minnha dawk il-partijiet li jmorru kontra l-ugwaljanza vera u jintroduċi rispett sħiħ lejn id-diversità." Minkejja dan, il-Gvern ma laqax l-emendi tal-PN bil-Ministru Helena Dalli tgħid li l-kwistjoni tad- drittijiet ugwali mhux bħal 'supermarket' fejn tmur u tagħżel dak li trid. Intant Muscat ilbieraħ sostna li din hija kwistjoni importanti u sostna, "kemm jien kburi li wettaqna dan il-pass, se nkomplu nuru li qed inwettqu għal minoranzi u għalhekk l-appell tiegħi lill-klassi politika: idaħħlux raskom fir-ramel." Ilbieraħ ukoll, il-Forum Opportunitajiet Indaqs tal-Partit Nazzjonalista (FOIPN) innota b'sodisfazzjon li l-Partit Nazzjonalista vvota favur il- liġi tal-equality marriage, u li din il-liġi issa għaddiet mit- Tieni Qari. Il-FOIPN fakkar li tul dawn l-aħħar tliet snin, il-Forum iltaqa' diversi drabi ma' organizzazzjonijiet mill- komunità LGBTIQ u fehem ix-xewqat u l-isfidi ta' din il-komunità. L-FOIPN iħoss li din il-liġi se tagħti lill- komunità LGBTIQ id-dritt li jistħoqqilha: li kull membru tal-komunità LGBTIQ ikollu l-istess drittijiet bħal kull ċittadin ieħor, u jkun jista' jiżżewweġ. L-FOIPN sostna li jħoss li l-liġi li tkun verament inklussiva fl-ispirtu u fl- implimentazzjoni tagħha "ma kinetx teskludi l-kliem 'mara', 'raġel', 'omm', u 'missier'; iżda kienet iżżid il- kliem li huma newtrali biex jiddeskrivu l-ġeneru mal- kliem eżistenti biex b'hekk ħadd ma jħossu mweġġa' jew eskluż. Il-liġi proposta tittratta tema sensittiva ħafna, u għalhekk il-kliem użat seta' ntgħażel aħjar. " Minkejja dan, l-FOIPN jinnota li l-liġi "se tkun tfisser pass ieħor importanti 'l quddiem biex fis- soċjetà Maltija ikun hawn opportunitajiet indaqs." illum | Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 Aħbarijiet 'Iktar nirrispetta lil min jgħid li hu kontra milli min jgħid kontra u jivvota favur ' Clyde Puli jisħaq li l-PN favur l-ugwaljanza imma Edwin Vassallo jħarrax l-attakk fuq Busuttil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 July 2017