Illum previous editions

illum 13 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/860908

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

Minn Albert Gauci Cunningham MINKEJJA li beda l-kampanja tiegħu bil-kbir, Adrian Delia, kandidat għall-kariga ta' Kap tal- PN, qed jiffaċċja reżistenza qawwija minn bosta bnadi. Sorsi li tkellmu ma' din il- gazzetta dwar l-andament tal-kampanja biex ikun elett Kap ġdid tal-PN sostnew illi l-maġġoranza tat- tmexxija tal-PN u b'mod speċjali l-Kap uxxenti Simon Busuttil huma assolutament kontra l-kandidatura ta' Delia. U miegħu jingħaqdu Beppe Fenech Adami u l-maġġoranza assoluta tal- Kunsill Eżekuttiv. Dan is-sentiment s'issa qed jidher l-aktar fil-bloggs ta' Daphne Caruana Galizia, però qed ikompli jintensifika wara stejjer li qed joħorġu fuq il-gazzetta Maltatoday dwar l-interessi ta' negozju li għandu Delia. Caruana Galizia, fuq blogg li huwa segwit minn firxa wiesgħa ħafna ta' għeruq u Kunsillieri Nazzjonalisti, saħansitra akkużat lil Delia li minn kumpanija waħda biss li hu proprjetarju tagħha għandu dejn li jlaħħaq is-€7miljun u €243,000 f 'interessi lill-bank HSBC. Il-gazzetta Maltatoday nhar il- Ħadd li għadda żvelat kif Delia għandu interessi ta' negozju mal-eks raġel ta' oħt Simon Busuttil. Imma mhux biss. L-eks Kandidat tal-PN Joe Ellis fl- artiklu tiegħu ta' kull nhar ta' Ħadd fuq din il-gazzetta jitlob lil Delia u lil Frank Portelli biex jirrealizzaw illi mhux idonei biex imexxu l-PN minħabba l-qagħda finanzjarja tagħhom u li għalhekk jeħtieġ jirtiraw il-kandidatura tagħhom. Nr 565 • 13 ta' Awwissu 2017 www.illum.com.mt €1.00 NEWSPAPER POST Ara paġna 12 Ara paġna 8 'Din mhix kwistjoni ta' kompromessi...jew nipproteġu jew neqirdu x-xagħri' Ara paġni 6-7 Ħafna mit-tmexxija tal-PN kontra Delia • Ħafna mit-tmexxija tal-PN kontra l-kandidat Karkariż • Eks Kandidat tal-PN jitlob lil Delia biex jirtira l-kandidatura • Perici Calacsione jaqbad art; ilbieraħ u llum f'Għawdex Ara paġna 12 Godfrey ma jeskludix li jieħu post Marlene Minn Albert Gauci Cunningham FI żvilupp politiku mhux mistenni, ilbieraħ Marlene Farrugia ddikjarat li mhux se tkun kandidata għall- kariga ta' Kap tal-Partit Demokratiku, jew għal kull kariga oħra fil-partit. Dan ifisser għalhekk illi Farrugia se tkun mexxiet lil dan il-partit ġdid fl-ewwel sena tiegħu biss. Il-Partit Demokratiku kien fil-fatt iffurmat f 'Ġunju 2016, ftit iktar minn sena ilu minn Farrugia nnifisha u fforma koalizzjoni mal- Partit Nazzjonalista qabel l-aħħar elezzjoni. Farrugia ħabbret li mhux se tkun qed titfa' isimha għall-ebda kariga tal- Partit Demokratiku għax tixtieq tiffoka fuq sfidi oħra fil-ħajja tagħha. Farrugia għamlet din it-tħabbira fuq Facebook, b'persuna li hija membru tal-PD tirrimarka mal-ILLUM illi kienet tippreferi kieku Farrugia kkomunikat din id-deċiżjoni magħhom, qabel ma marret fuq Facebook. Intant f 'kuntatt ma' din il-gazzetta d-Deputat tal-PD Godfrey Farrugia m'eskludiex li jkun hu li jmexxi lill-Partit Demokratiku u allura jitfa' ismu meta jiftħu n-nominazzjonijiet għat-tmexxija ta' dan il-partit. L-ekonomija: Minn A għal A+ LAĠENZIJA ta' kreditu Fitch tejbet ir-rating ta' Malta minn A għal A+, u għamlet previżjonijiet għal futur stabbli fir-rating ekonomiku ta' pajjiżna. L-esperti ta' Fitch faħħru fost l-oħrajn is-surplus li rnexxielu jikseb il-pajjiż, waqt li bassru li l-ekonomija tal-pajjiż se tibqa' tikber b'rata iktar mgħaġġla minn pajjiżi b'rating simili.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 August 2017