Illum previous editions

illum 13 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/860908

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 13 ta' Awwissu 2017 Rovina tax-xagħri jew edukazzjoni id-dilemma f 'Pembroke IRRESIDENTI ta' Triq Gabriele Henin u Triq il-Mediterran f 'Pembroke ilhom għal snin twal jgħixu mingħajr l-ebda bini quddiemhom, hekk kif biċċa art li tinsab f 'din iż-żona nżammet fl- istat naturali tagħha għal snin twal mingħajr ma qatt sar żvilupp fuqha. Is-sitwazzjoni ħadet xejra differenti hekk kif l-iskola privata Chiswick House School applikat mal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex tiżviluppa parti minn din l-art fi skola primarja. L-applikazzjoni mal-Awtorità għal din l-iskola tindika l-bini ta' skola primarja b'36 klassi, flimkien ma' diversi faċiliajiet, faċilitajiet oħra sportivi u 82 post ta' parkeġġ. Din l-applikazzjoni qajmet kjass fost ir-residenti, bil-Kunsill Lokali jingħaqad magħhom fi protesti fiż-żona, u anke petizzjonijiet online sabiex dan l-iżvilupp ma jseħħx. Ir-residenti ta' Pembroke qegħdin jilmentaw li dan il-proġett m'għandux jiġi approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar għaliex se tkun qed tinqered waħda mill-ftit żoni miftuħa u mhux mibnija li għad għandha l-lokalità. Argument li qed jinġieb mill-istess residenti kontra dan il-proġett huwa li f 'lokalità ta' daqs medju, diġà hemm mal-14- il skola, kemm privati u tal-Gvern, flimkien ma' għadd ieħor ta' faċilitajiet għal diversi gruppi oħrajn li anke fil- preżent, qed iwassal għal konġestjoni u staġnar tat-traffiku. Pembroke wkoll, minbarra li għandu numru ta' proġetti fi ħdanu li għadhom sit ta' kostruzzjoni, jinsab pass biss bogħod miċ-ċentru ta' kostruzzjoni f 'lokalitajiet bħal San Ġiljan u Tas-Sliema. Iż-żona proposta għall-bini hi art verġni li qatt ma ġiet żviluppata. Minkejja dan, l-istess sit mhuwiex barra ż-żona tal-iżvilupp, għaliex lura fl-2006, il-Pjan Lokali taż-Żona kien inkluda parti sostanzjali ta' art mhux żviluppata, li tinkludi fiha ż-żona indikata għall- iżvilupp mill-iskola. Kelliema għall- iskola sostnew li l-proġett tal-iskola l-ġdida se jkun qed jieħu biss kwart tal-art disponibbli għall-iżvilupp. Sostnew ukoll kif l-art kienet ilha għal snin sħaħ miftuħa għall-iżvilupp u li kieku dan ma kienx il-każ, l-applikazzjoni lanqas biss kienet tiġi sottomessa. F'għadd ta' stqarrijiet, id-direttriċi tal- iskola Chiswick, Bernie Mizzi enfasizzat li s-sit f 'Pembroke ntagħżel wara sentejn ta' konsultazzjoni u li kienu fil- fatt l-awtoritajiet li ssuġġerew dan is-sit. Ir-residenti qegħdin joġġezzjonaw għall-fatt li se tkun qed tinqered biċċa art, u għaldaqstant spazju miftuħ u natura, iżda l-iskola qed tinsisti li biċċa kbira mill-proġett, se jkun fil-fatt spazju miftuħ sabiex it-tfal ikunu jistgħu jibqgħu f 'kuntatt man-natura, minflok jibqgħu fi klassi magħluqa. Nhar it-Tlieta li għadda, però s-sitwazzjoni tant eskalat li ġiet organizzata protesta mir-residenti, flimkien mal-Kunsill Lokali sabiex titwaqqaf din l-applikazzjoni, u ż-żona tibqa' waħda miftuħa għall-pubbliku. Għal din il-protesta, attenda wkoll il- Ministru għall-Ambjent Josè Herrera li waqt li wiegħed l-appoġġ tiegħu lir-residenti, insista li kien wasal il-mument li l-Gvern jagħti prijorità lill-ambjent. Dwar xi tip ta' diskussjoni jew kompromess għal dan il-proġett, ir- residenti qed iżommu mal-prinċipju tagħhom, u bħalma sostna mal-ILLUM ir-resident minn Pembroke Dr Adrian Grima, qal li din mhix kwistjoni ta' kompromessi, "jew se nipproteġu dan ix-xagħri, jew se neqirduh f 'isem 'l-edukazzjoni'." Fl-istess waqt, mal-gazzetta The Times, Bernie Mizzi qalet li waqt li tifhem it-tħassib tar-residenti għall- fatt li l-iskola se tokkupa biċċa art li kienet vojta meta dawn bnew id- djar tagħhom, l-iskola għandha kull intenzjoni li tiftaħ l-aċċess tal-iskola lill-komunità lokali, lil hinn mill- ħinijiet tal-iskola, "sabiex huma wkoll jibbenefikaw mill-faċilitajiet innovattivi tagħna." Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt Residenti rrabjati jiffaċċjaw lil Chris Said Residenti rrabjati ta' Pembroke ddominaw konferenza tal-aħbarijiet organizzata mill-kandidat għat-tmexxija tal-PN Chris Said. Minn Liam Carter RESIDENTI rrabjati ta' Pembroke ddominaw konferenza tal-aħbarijiet organizzata mill- Kandidat Chris Said, kandidat ghat-tmexxija tal-PN hekk kif ilmentaw dwar il-proġett propost għall-bini ta' skola oħra fil- lokalità. Minkejja li t-tema tal-konferenza kienet dwar l-irwol tal-Kunsilli Lokali, ir-residenti ħaduha f 'idejhom sabiex jistaqsu domandi lid-Deputat Nazzjonalista. Dawn bdew jilmentaw kif se jkun qed jittieħed 'il-pulmun' tal-lokalità jekk tinbena din il-biċċa art. L-istess residenti żammew f 'idejhom kartelluni li bil-messaġġ li l-apoġġ lejhom bħala residenti kellu jiġi nhar it-8 ta' Awwissu li għadda meta l-istess residenti flimkien mal-Kunsill Lokali għamlu protesta kontra dan il-proġett u għaliha kien attenda wkoll il-Ministru tal-Ambjent Josè Herrera. Ir-residenti preżenti enfasizzaw il-fatt li amministrazzjonijiet preċedenti kienu aċċertawhom li din l-art ser tkun barra mill-pjan ta'żvilupp. Dan wara li fl-1999, il-gvern irtira proposta ta'żvilupp fuq din l-art wara protesti mir- residenti. Said min-naħa tiegħu ddefenda ruħu billi qal li f '25 sena, il-Gvern Nazzjonalista kien ħalla l-art bħala 'pulmun', u sostna li kieku jrid, il-Gvern jista' jgħid li dik iż-żona għandha tibqa' kif inhi u ma tiġix żviluppata. Dan waqt li żied jakkuża lill-Ministru tal- Edukazzjoni Evarist Bartolo, li jrid din l-art tinbena. Min-naħa tiegħu, fi stqarrija il- Ministru għall-Edukazzjoni ċaħad dawn ir-rimarki, hekk kif iddeskriviehom bħala "allegazzjoni falza." Bartolo sostna li mhux minnu li hemm xi tip ta' diverġenzi fil-Gvern fuq temi ambjentali. "Il-manifest tal-Gvern jitkellem b'mod ċar ħafna: l-ambjent għandu jingħata l-importanza meħtieġa u l-iżvilupp għandu jsir b'mod sostenibbli. Kollox għandu jkun regolat bi proċessi indipendenti tal-awtoritajiet kompetenti," saħaq il-Ministru. L-amministrazzjoni tal-iskola Chiswick, fi stqarrijiet matul din il-ġimgħa qalu li l-art mhijiex barra ż-żona tal-iżvilupp u li kienet ilha żmien immarkata għal diversi snin. Huma qalu wkoll li ser ikunu qegħdin jużaw 25% biss tal-art. Min-naħa l-oħra, il-gvern saħaq li m'għandux awtorità jwaqqaf dan l-iżvilupp hekk kif, l-amministrazzjoni tal-iskola segwiet proċess ta'applikazzjoni legali, b'hekk id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-awtorità tal-artijiet u l-ippjanar. Residenti ta' Pembroke jindirizzaw l-ilmenti tagħhom lil Said Pjan tal-iskola f 'Pembroke kif proposta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 August 2017