Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/860908
Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 13 ta' Awwissu 2017 Tliet persuni jitilfu ħajjithom fit-toroq Maltin fi ftit sigħat Żagħżugħ u żewġ anzjani mietu f 'inċidenti ta' traffiku separati lbieraħ ŻAGĦŻUGĦ Ingliż tilef ħajtu u sitt persuni oħra ndarbu serjament f 'inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tas-1:20 tal-bieraħ filgħodu fi Triq Telgħet ta' Selmun, Xemxija. Iż-żagħżugħ kien passiġġier f 'karozza flimkien ma' żewġ passiġġiera oħra u xufier, kollha kemm huma ta' nazzjonalità Ingliża, u l-etajiet tagħhom ivarjaw minn 20 sa 29 sena. Il- karozza, tat-tip Diahatsu Sirion kellha impatt ma' ambulanza li kienet qed iġġorr xi pazjenti. L-Isptar Mater Dei rrisponda għal dan l-aċċident permezz ta' ħames ambulanzi u ta' żewġ rapid response units. L-ambulanza tar-Red Cross li kienet qed twassal pazjenta ta' 89 sena lura lejn darha mill-Isptar Mater Dei, kienet qed tiġi misjuqa minn raġel Taljan ta' 55 sena li joqgħod il-Mosta. Fl-istess ambulanza kien hemm bint il-pazjenta li kienet qed takkumpanjaha, u żewġ paramediċi. Wieħed mill-passiġġiera li kien ġod-Daihatsu Sirion ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Minbarra l-vittma, sitt persuni oħra li sofrew ġrieħi gravi, waqt li l-persuni l-oħra kollha taż-żewġ vetturi ttieħdu l-isptar Mater Dei għall- kura medika. L-Ingliżi kollha, l-anzjana ta' 89 sena u bintha u wieħed mill- paramediċi ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi, waqt li x-xufier tal-ambulanza u l-mara ta' 38 sena sofrew ġrieħi ħfief. L-Isptar Mater Dei irrisponsa għal dan l-aċċident permezz ta' ħames ambulanzi u ta' żewġ rapid response units. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. Anzjan jittajjar u jmut fil-Marsa Anzjan ta' 72 sena kien it-tieni vittma fit-toroq Maltin f 'temp ta' ftit sigħat, hekk kif tilef ħajtu wara li ntlaqat minn vettura fil- Marsa. Il-każ seħħ iktar kmieni lbieraħ filgħodu għall- ħabta tas-7:00, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm inċident stradali, fi Triq Aldo Moro, Marsa. Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post, fejn min investigazzjoni primarja deher li vettura tat-tip Citroen Cactus, misjuqa min raġel ta' 37 sena li jirrisjedi Ħaż Żabbar, laqtet raġel ta' 72 sena li jirrisjedi l-Marsa. Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lir-raġel ta' 72 sena ġewwa l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li tilef ħajtu. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. Anzjana Rabtija titlef ħajjitha wara ħabta ma' Land Rover Anzjana mir-Rabat ta' 78 sena kienet it-tielet vittma tal-inċidenti tat-traffiku, f 'ġurnata ddominata mit- traġedji fit-toroq Maltin. L-anzjana kienet passiġġiera f 'karozza li ħabtet ma' vettura oħra, li dak il-ħin kienet ipparkjata. L-inċident seħħ ilbieraħ waranofsinhar għall-ħabta tas-13:30, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Bieb ir- Ruwa, il-Baħrija. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il- post fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li vettura tat-tip Toyota Corsa kellha impatt ma' vettura tat-tip Landrover li fil-ħin tal-inċident kienet ipparkjata. Il-vettura Toyota kienet qegħda tiġi misjuqa minn mara ta' 56 sena residenti r-Rabat, Malta u flimkien magħha kien hemm mara ta' 78 sena residenti r-Rabat ukoll. Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tagħti l-ewwel għajnuna lill-mara ta' 78 iżda sfortunatament hija ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post. Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ordna li ssir Inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. Xtra Sajf Wednesday TVM 20:50