Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/860908
5 Il-Ħadd 13 ta' Awwissu 2017 | illum Aħbarijiet il-Bitcoin fl-MFSA – Dario Azzopardi X'inhi Bitcoin? BITCOIN, hija munita diġitali li mhijiex tanġibbli, jiġifieri m'għandhiex karta jew munita li tinħass bħal ewro u lira Ingliża, iżda munita li tinżamm fuq kont online li jista' jiġi aċċessat bl-użu ta' applikazzjonijiet fuq il-mowbajls. Bitcoin hi meqjusa rivoluzzjonarja hekk kif m'hemmx entita finanzjarja li tikkontrolla bħall-banek. Is-sistema tal-Bitcoin taħdem b'mod simili għal dik tad-deheb. Id-deheb li huwa riżorsa naturali limitata u li jista' tista' tiġi msarrfa fi flus kontanti. Il-valur tad-deheb huwa direttament relatat mal- provvista u domanda, u l-Bitcoin l-istess Kif nista' nakkwista Bitcoin ? Wieħed jista' jakkwista l-Bitcoins b'diversi modi, l-ewwel nett tista' tbiddel flus bħal ewro, dollaru Amerikan u Sterlina Ingliża għal Bitcoins barra minn hekk wieħed jista' wkoll jaċċetta Bitcoins bħala ħlas għal xi prodott jew servizz. Fl-aħħar nett il-Bitcoins jiġu akkwistati wkoll billi persuna tiddedika l-kompjuter tiegħu għal 'mining'. X'inhi Blockchain? Tranżazzjonijiet b'din il-munita huma possibbli b'sistema diġitali li tissejjaħ il-Blockchain. Blockchain hija reġistru diġitali li jżomm rendikont ta' kull tranżazzjoni li tkun saret, b'hekk Persuna A ma tistax terġa' tonfoq l-istess Bitcoins, barra minn hekk Persuna A ma tistax tonfoq flus li ma għandhiex. Din is-sistema diġitali tista' tiġi mqabbla ma' sistema ta' 'supermarket', li jkollu bosta pontijiet fejn wieħed jista' jħallas, jekk persuna A tmur fuq l-ewwel cash register u tkun trid tixtri 200 pakkett ilma, is-sistema l-ewwel tiċċekkja jekk hemmx dak l-ammont fil-maħżen. Jekk fl-istess ħin persuna B tmur tagħmel l-istess ordni ta' ilma u jagħti l-każ li l-provvista ta' ilma fil- maħżen tkun spiċċat, din it-transazzjoni ma tgħaddix. Persuna tista' tbiddel flus kontanti ma' Bitcoin, minn xi Bitcoin ATM bħalma ġiet installata riċentement ġewwa Tas-Sliema, wara tkun tista' tixtri xi ħaġa b'din l-istess munita. Din it-transazzjoni mbagħad tgħaddi taħt proċess ta' skrutinju li l-magni, magħrufin aħjar bħala 'miners' jivverifikaw jekk l-ammont dovut huwiex disponibbli jew le. X'inhu eżattament 'mining'? 'Mining' huwa stadju ta' verifikazzjoni, li ma jsirx minn xi bank jew entità finanzjarja oħra iżda minn nies oħra li jixtru apparat jissejħu 'miners'. Miner huwa apparat li jiswa madwar €2500, huwa apparat diġitali li jħaddan potenza kompjuterizzata qawwija, sempliċiment billi jinqabad mad-dawl, u b'konnessjoni stabbli ta' internet dan il-'miner' ikun kapaċi jivverifika t-transazzjoni li persuna A għamlet lil Persuna B . Wara li jsir dan l-istadju, dawk in-nies li jkunu ddedikaw dan l-apparat għall-verifikazzjoni jingħataw lura Bitcoin li tista' tissarraf lura għal flus komuni bħall-ewro, id- dollaru Amerikan u l-lira Ingliża. Wegħda PL 'Nemmnu li t-teknoloġiji ġodda u emerġenti kapaċi jittrasformaw il- ħajja ta' kuljum u joffru opportunitajiet ġodda għall- innovazzjoni f 'oqsma varji, inkluż is-settur pubbliku. Għalhekk, nanalizzaw ix-xejriet teknoloġiċi u l-użu tagħhom permezz ta' numru ta' proġetti pilota, fost oħrajn l-Internet of Things, Artificial Technology, Blockchain, Wearable Technology u Quantum Technology.' Wegħda PN 'FinTech: nagħmlu lil Malta leader fir-reġjun għas-settur tal-FinTech, settur li joħloq sinerġija bejn is-settur tas-servizzi finanzjarji u dak tal- informatika. Naħdmu mal-istakeholders biex noħolqu l-aħjar klima u qafas regolatorju biex dan isir, u nwaqqfu FinTech Mobilisation Fund ta' €200m biex nissapportjaw lis-settur.' X'wiegħdu l-partiti fl-aħħar elezzjoni WE ARE RECRUITING Are you looking for a career in the following areas? Visit our careers page to find out more! landsauthority.org.mt/careers FINANCE HR IT LEGAL CUSTOMER CARE +MORE ENFORCEMENT Lands Authority St. Sebastian Street, Valletta C M Y CM MY CY CMY K Lands Recruitment Ad Final 1 .pdf 1 10/08/2017 11:40