Illum previous editions

illum 13 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/860908

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Awwissu 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... SUSO - AC Milan qed jipproponu li jagħtu lil Lazio il-plejer tagħhom Suso biex inaqqsu l-ispejjeż tagħhom wara li l-istess Rossoneri akkwistaw lil Lucas Biglia. Suso huwa plejer Spanjol illi jogħġob ħafna lid-diriġenti ta' Lazio kif ukoll lill-kowċ Simone Inzaghi. L-intenzjoni proprja tar-Rossoneri hija dik li joffru lil Suso bħala parti mill-ispejjeż ta' Biglia iżda l-president ta' Lazio, Claudio Lotito mhux beħsiebu jnaqqas il-prezz ta' €17-il miljun. THOMAS VERMAELEN - Wara li akkwistaw lil Wayne Rooney aktar kmieni dan is- sajf, Everton huma nteressati fid-difensur ta' Barcelona, Thomas Vermaelen. Dan il-plejer Belġjan kien misluf lil Roma matul l-istaġun illi għadda u l-kowċ ta' Everton Ronald Koeman qed ifittex difensur ċentrali sabiex jgħaqqad id-dipartiment difensiv fil-grawnd. MARCO VERRATTI - Wara li akkwistaw lil Neymar mingħand Barcelona, il-klabb Franċiż Paris St Germain huma lesti joffru kuntratt ieħor lill-plejer internazzjonali Taljan Marco Verratti sabiex jibqa' magħhom. Qed jissemma' ftehim ta' €12-il miljun fi staġun li prattikament huwa d-doppju ta' dak li qed jaqla' s'issa l-eksplejer ta' Pescara. Peressli hemm diversi klabbs madwar l-Ewropa interessati f 'Verratti, il-Pariġini ħasbu għal din l-eventwalita' billi joffrulu kuntratt iktar attraenti. Min-naħa tiegħu Verratti jixtieq jibqa' ma' PSG minħabba li jinsab kuntent ma' dan it-tim. STEVAN JOVETIC - Olympique Marseille għandhom ix-xewqa li jixtru lill-attakkant ta'Inter Stevan Jovetic. Id-direttur sportiv tal-klabb Franċiż Andoni Zubizarreta qed jaħdem bla heda sabiex isib dak l-attakkant tant bżonnjuż u għalhekk tefa' ħarstu fuq l-internazzjonali Montenegrin ta' 27 sena li jiswa bejn it-€12 u l-€15-il miljun. Min-naħa l-oħra l-klabb minn Marsilja diġa' kellhom offerti għal Giroud, Bacca, Bony, Kalinic u Dembele iżda ma sarx kompromess sabiex jakkwistaw lil dawn il-plejers. JOAO MARIO - Paris St Germain mhumiex lesti jieqfu hawn minn dan is-suq ta' trasferimenti tas-sajf. Id-diriġenti tal-klabb Franċiż jixtiequ jagħtu lill-kowċ tagħhom Unai Emery skwadra kompluta illi lesta tikkompeti għal kull unur lokali u internazzjonali. L-aħħar aħbarijiet qed jgħidu li Joao Mario ta' Inter jista' jkun l-objettiv li jmiss għal PSG. OLEKSANDR ZINCHENKO - Waqt illi Napoli qed jippreparaw għall-play-off taċ-Champions League kontra l-Franċiżi ta' Nice, id-direttur sportiv Cristiano Giuntoli qed jaħdem qatigħ sabiex jagħti rigal lill-kowċ Maurizio Sarri filwaqt illi jakkwista s-servizzi tal-plejer żagħżugħ ta' Manchester City Oleksandr Zinchenko. ERIC DIER - Bayern Munich lesti li jagħmlu offerta ta' €50 miljun sabiex jiksbu s-servizzi tal-plejer ta' nofs il-grawnd ta' Tottenham Eric Dier. Skont il-gazzetta Ingliża, 'The Sun', din is-somma tista' ġġiegħel lill-klabb minn Londra li jħalli lil Dier jitlaq sabiex jingħaqad maċ-champions Ġermaniżi. JOAO CANCELO U LEONARDO SPINAZZOLA - Hekk kif fadal biss tliet ġimgħat biex jibda l-kampjonat Taljan, Juventus qegħdin jaħdmu sabiex jagħmlu l-irtokki tagħhom fid-difiża speċjalment wara t-telfa ta' 2-0 kontra Tottenham Hotspur. Mill-inqas żewġ plejers qed jissemmew mal-klabb minn Turin li huma Joao Cancelo ta' Valencia, li jiswa €25 miljun u Leonardo Spinazzola ta' Atalanta. PHILIPPE COUTINHO - Barcelona lesti li jinvestu sew il-flus illi ħadu mingħand PSG għall-akkwist ta' Neymar hekk kif tefgħu ħarsithom fuq l-istilla ta' Liverpool Philippe Coutinho skont artiklu illi ħarġet il-gazzetta Ingliża Daily Star. Il-Katalani qed ifittxu dak il-plejer tal-isem wara t-trasferiment sensazzjonali ta' Neymar.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 August 2017