Illum previous editions

illum 13 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/860908

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

7 Il-Ħadd 13 ta' Awwissu 2017 | illum Aħbarijiet C M Y CM MY CY CMY K MJCL Advert o6.08.17.pdf 1 04/08/2017 12:08 edukazzjoni innovattiva: 'Din mhix kwistjoni ta' kompromessi...jew nipproteġu jew neqirdu x-xagħri' ILGAZZETTA ILLUM għamlet kuntatt ma' Dr Adrian Grima li huwa resident tal-lokalità ta' Pembroke, li qed jopponi dan l-iżvilupp, kif ukoll ma' Bernie Mizzi li hi d-direttriċi tal-iskola Chiswick House School sabiex iwieġbu sett ta' domandi sabiex jiġġustifikaw il-pożizzjoni tagħhom. Mizzi ma xtaqitx tirrispondi d-domandi, u kkomunikat biss permezz ta' stqarrijiet li ħarġu min-naħa tal- iskola. Din l-art ilha mmarkata għal żvilupp ta' dan it-tip sa mill-2006, skont il-pjan lokali. Għalfejn ma sarux protesti dakinhar, jew matul dawn il-11-il sena, ġaladarba seta' jsir proġett ta' dan it-tip skont il- pjan lokali? Ir-residenti ta' Pembroke u r-rappreżentanti tagħhom kienu diġà oġġezzjonaw għal aktar bini fis- sena 2000 u teżisti d-dokumentazzjoni. Din hija storja li bdiet ferm qabel l-2006 u r-residenti kienu dejjem attivi. In- nies joħorġu fit-triq meta jkun hemm proposta speċifika, bħal meta l-Gvern ta' dak iż-żmien kien ippropona 'Business Park', ewfemiżmu għal 'qasam industrijali'. Kemm ilu li sar il-pjan lokali, bil-bini bla rażan u t-traffiku, l-ambjent naturali fi gżiritna kompla jitgħarraq, u ħafna Maltin ma jifilħux iżjed taparsi 'żvilupp' u bżar fl-għajnejn. Huwa fatt li ħadd ma jieħu gost bil-bini wara biebu. Għandkom f 'moħħkom xi post alternattiv għal dan il-proġett? Il-bini propost mhuwiex wara biebi. Huwa pjuttost 'il bogħod minn fejn noqgħod jien. Min-naħa l-oħra, kull bini bla bżonn f 'Pembroke se jaffettwa lil kulħadd, lir-raħal kollu u lill-eluf ta' nies li jżuru Pembroke minħabba l-faċilitajiet li joffri u l-kampanja li għandu. Hemm bżonn nibnu kull roqgħa art li fadlilna? Hemm bżonn neqirdu kull xitla, kull ħlejqa, kull farka mill-kampanja? Hemm bżonn l-art pubblika ssir kollha privata? Jekk ma jsirx dan l-iżvilupp, x'inhuma l-proposti tar- residenti għal din iż-żona? Temmnu li għandha ssir ODZ, biex taċċertaw li l-ebda proġett ma jsir fuq din l-art? F'Pembroke m'għandux isir iktar bini bla bżonn. Irridu nipproteġu n-natura prezzjuża li fadal u dan is-sit għandu jidħol mal-bqija tax- xagħri li hu protett mir-regoli tan-Natura 2000: Dan huwa network Ewropew, l-ikbar wieħed fid-dinja, ta' siti speċjali li fihom jitħarsu speċi u ambjenti naturali mhedda. Hemm postu. Lesti tiddiskutu mal-iskola sabiex jinstab kompromess? Jekk l-iskola taċċetta li tnaqqas id-daqs tal- proġett, tasal taċċetta l-bini ta' din l-iskola? Le. Għalina r-residenti u għall-kunsill lokali kollu li jirrappreżentana, din mhix kwistjoni ta' kompromessi. Jew se nipproteġu dan ix-xagħri, jew se neqirduh f 'isem 'l-edukazzjoni' (privata). Dan huwa patrimonju lokali u nazzjonali u ħadd m'għandu jagħmel kompromessi mal-ftit kampanja li fadlilna f 'pajjiżna. Ħares lejn il-pjanta tal-proġett propost, fuq ix-xellug: qed tarah dak iċ-ċirku kbir "land for future expansion"? Lesti taċċettaw xi tip ta' kumpens ambjentali jew xi tip ta' kumpens ieħor, bħal roħs fil-miżati għal tfal minn Pembroke li jattendu l-iskola, użu pubbliku għar-residenti, tal- faċilitajiet tal-iskola bħal parkeġġ u faċilitajiet sportivi? Kif taf, Pembroke diġà għandu 14-il skola, għadd ta' kumplessi sportivi kbar, lukandi li jilqgħu eluf ta' turisti fis-sena, impjant kbir tar-reverse osmosis, bażi tal-armata u tal-pulizija u wesgħat għat-taħriġ militari, miżbla antika fil-qrib, il- pjaga tat-traffiku staġnat f 'Pembroke fl-agħar ħinijiet tal-ġurnata u fi Triq Sant'Andrija l-ħin kollu (il-kurutur li minnu jrid jgħaddi kollox)... Jekk għamlu l-homework tagħhom, l-iżviluppaturi suppost dan kollu jafuh. "Hemm bżonn nibnu kull roqgħa art li fadlilna? Hemm bżonn neqirdu kull xitla, kull ħlejqa, kull farka mill- kampanja?" Dr. Adrian Grima

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 August 2017