Illum previous editions

illum 13 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/860908

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 13 ta' Awwissu 2017 Aħbarijiet L-aħħar ftit ġimgħat ta' ħidma fuq il-proġett tal-Kappara qabel ma dan ikun nalizzat ra bosta ħaddiema jkomplu bil-ħidma tagħhom anke f 'dawn il-ġranet sħan t'Awwissu. Dan il-proġett wasal -aħħar fażijiet tiegħu u saħansitra bdew jinħarġu t-tenders għall- proġett ta' wara dan, jiġi eri l-proġett tal-Marsa. Ritratt: James Bianchi Xemx u xita Is-Swieqi bl-akbar żieda ta' residenti Maltin Minn Veronica Lynn Mizzi ILLOKALITÀ tas-Swieqi kienet l-iktar waħda li rreġistrat żidiet fejn għandhom x'jaqsmu r-residenti tagħha li huma Maltin. Fil-fatt, statistika ppubblikata f 'rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi kif minbarra s-Swieqi, il-lokalità ta' San Ġiljan kienet it-tieni waħda li laqgħet fiha l-akbar ammont ta' Maltin fiha. Il-maġġoranza tal-lokalitajiet l-oħra raw żidiet ta' inqas minn 5%, waqt li 24 lokalitajiet irrappurtaw tnaqqis tal-popolazzjoni ta' Maltin. Min-naħa l-oħra, meta wieħed jikkunsidra l-persuni barranin li qegħdin jgħixu f 'pajjiżna, sal- 2015, il-lokalitajiet ta' Birżebbuġa, San Pawl il-Baħar u Tas-Sliema kellhom iktar minn 20% tal- popolazzjoni tagħhom magħmula minn persuni mhux Maltin. Fl- istess waqt, il-lokalitajiet li kellhom l-inqas persentaġġ ta' barranin fil- popolazzjoni tagħhom kienu Santa Luċija, iż-Żejtun u Ħaż-Żabbar. Meta wieħed jikkunsidra l-bidliet fil-popolazzjoni b'mod ġenerali fil-pajjiż, ġie nnutat li l-aktar lokalitajiet bl-ogħla rata ta' tkabbir ġenerali tal-popolazzjoni kienu s-Swieqi, Birżebbuġa, Tas-Sliema u San Ġiljan, b'rati ta'żieda ta' 15% jew iktar. Fl-istess waqt, il- lokalitajiet tal-Imdina, l-Għasri f 'Għawdex u r-raħal ta' Ħal Luqa kellhom l-akbar tnaqqis fil- popolazzjoni tagħhom. Fl-istatistika li tikkonċerna r-reġjun ta' Għawdex u Kemmuna, kienet il-lokalità ta' San Lawrenz li rat l-akbar tkabbir fil-popolazzjoni tagħha, waqt li l-Għasri, ir-Rabat, in-Nadur u l-Fontana kienu fost dawk li kellhom tnaqqis fl-ammont ta' persuni li jirrisjedu fihom, meta jitqies il-perjodu kkonċernat. Fl-istess rapport ta' statistika maħruġ mill-NSO, intefa' dawl ukoll fuq il-popolazzjoni ġenerali tal-pajjiż. Fil-fatt, il-popolazzjoni totali tal-pajjiż sa tmiem l-2015 kienet tlaħħaq l-434,403, b'402,720 minnhom ikunu jirrisjedu f 'Malta, waqt li 31,683 joqogħdu Għawdex u Kemmuna. Minn fost dawn, il-grupp ta' età l-iktar popolari f 'Malta huwa dak ta' bejn it-30 u d-39 sena, li jammontaw għal ftit inqas minn 15% tal-popolazzjoni. Fl-istess waqt, f 'Għawdex, l-aktar grupp tal-età popolari huwa dak ta' bejn il-50 u d-59 sena, li waħdu jlaħħaw il-15% tal-popolazzjoni Għawdxija kollha. Ta' min wieħed jinnota li fil- perjodu ta' bejn l-2010 u l-2015, il-popolazzjoni ta' Malta, dejjem rat żieda fin-numri tagħha, bir- rata totali ta' tkabbir laħqet ftit iktar minn 19,000 persuna. L-ikbar tkabbir fil-popolazzjoni seta' jiġi nnutat fir-reġjun tat-Tramuntana tal-pajjiż, li jinkludi fih lokalitajiet bħall-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, l-Imġarr u n-Naxxar, bi tkabbir ta' 7.7%. Is-sitwazzjoni f 'Għawdex kienet simili hekk kif il-gżira rreġistrat tkabbir kull sena fil-perjodu indikat, għajr għall-2013, meta Għawdex kien ra tnaqqis marġinali fil-popolazzjoni tiegħu. Birżebbuġa, San Pawl u Tas-Sliema b'iktar minn 20% tal-popolazzjoni jkunu barranin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 August 2017