Illum previous editions

illum 13 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/860908

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 13 ta' Awwissu 2017 Sports 30 L-Għaqda Ġurnalisti Sports issellem lil Mike Turner L-GĦAQDA Ġurnalisti Sports issellem lil Mike Turner li miet fi tmiem il-ġimgħa. Għal dawn l-aħħar tletin sena Mike Turner kien dejjem viċin il-media tal-isport lokali speċjalment bir-rapporti tiegħu tal-logħbiet lokali tal-MRFU u waqt il-partiti tat-tim nazzjonali Malti tar- Rugby. Apparti li bejn l-2000 u l-2006 kien membru tal-kunsill tal-Malta Rugby Football Union, ir-rabta tiegħu mal-media tal-isport u wisq aktar mal-GħĠS għenet bil-bosta sabiex iqarreb l-isport mad-dilettanti tar-rugby u mal-isportivi Maltin. Il-President u Kumitat Ezekuttiv tal-GħĠS f 'isem il-ġurnalisti membri jgħatu l-kondoljanzi lill-familja Turner. Il-mibki iżda qatt minsi, Mike Turner GĦALL-EWWEL darba, it-Talent & Mentor Programme ta' kull sentejn ġie inawgurat barra minn xtutna f 'seminar f 'Cologne, il-Ġermanja. Is-Sibt, id-29 ta' Lulju grupp ta' 15-il referi u assistenti referis, u sitt amministraturi, ħallew Malta lejn Dusseldorf fi triqithom għad-destinazzjoni finali ta' Sportschule Hennef Sports Complex fejn id- Diretturi tar-Refereeing Kevin Azzopardi u l-Ġermaniż Ivan Mrkalj nidew is-seminar; wara Kevin Azzopardi ipproġetta l-ewwel preżentazzjoni bl-isem ta' 'It's a matter of attitude' segwita minn sessjoni prattika mmexxija minn Andrè Arciola's dwar 'Concentration and Awareness'. Fil-ġranet li segwew Marco Borg mexxa video test ta' sitwazzjonijiet minn logħbiet u spjega t-tweġibiet għalihom; kien organizzat tour f 'Cologne Stadium; sessjoni ta' team-building saret f 'Kletterwald Hennef; saret żjara f 'Sportschule Hennef; filwat li lejla minnhom l-ikla kienet segwita b'mixja madwar il- belt ta' Cologne. Ivan Mrkalj iddiskuta s-suġġett Types of player – how to deal with them?; Dr. Jan F. Orth tkellem dwar German Football and the Referee System; filwaqt li Alexander Feuerherdt ittratta Curiosities of the laws and rules. It-training sessions ta' kmieni filgħodu tmexxew minn Adrian Azzopardi. Żewġ partiti ġew programmati l-Ħadd it-30 ta' Lulju u osservati minn referee coaches Germaniżi, kif ġej: FC Pesch - VFB Solingen 4-0 (Daniel Portelli - referee, Ivan Galea u Robert Curtis) u SpVg Flittard – GW Brauweiler 5-3 (Shaun Calleja - referee, Duncan Spencer u William Zerafa). Kevin Azzopardi u Adrian Azzopardi mexxew testijiet relatati mal-lingwa Ingliża; Roberto Buontempo indirizza Management & Body Language; u Stephen Mallia iddiskuta Match Analysis bil-parteċipazzjoni tar-referee observers. Is-seminar ġie konkluż b'kelmtejn minn Kevin Azzopardi Ivan Mrkalj dwar l-andament u l-esperjenzi ta' matulu. Jitnieda l-Programm Talent & Mentor 2017-2018 fil-Ġermanja Il-parteċipanti kollha li ħadu sehem waqt it- Talent & Mentor Seminar fil-Ġermanja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 August 2017