Illum previous editions

illum 13 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/860908

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Awwissu 2017 | illum Sports 31 MATUL l-ewwel ġimgħa ta' Awwissu, l-Malta Darts Association organizzat żewġ avvenimenti importanti; l-preżentazzjoni ta' tmiem l-istagun 2016/17 u attività ġewwa l-Kalkara bi ġbir ta' fondi għall-MCCF. Għall-preżentazzjoni ta' tmien l-istaġun li saret ġewwa l-Golden Tulip Vivaldi Hotel f ' San Ġiljan, attendew numru rekord ta' nies, eżattament 160. Matul is-serata numru ta' premjijiet ingħataw lil timijiet u plejers għas-suċċessi li kisbu matul l-istaġun 2016/17. L-Onorevoli David Agius, shadow minister għaż-Zgħażagħ u l-iSport u Julian Pace Bonello, President tal-kumitat Olimpiku Malti, ippreżentaw l-awards flimkien mal-president tal-assoċjazzjoni tad-darts, Edward Bonnici. It-tieni attività bi ġbir ta' fondi għal-Malta Community Chest Fund Foundation, saret ġewwa l-Kalkara nhar il-Ġimgħa 4 ta' Awissu. L-attività bl-isem, Bullseye for Charity kienet organizzata mil-Malta Darts Association b' kollaborazzjoni mal-kunsill lokali tal-Kalkara, CRPD u Breaking Limit b' numru ta' attivitajiet matul is-serata, bħal sessjonijiet ta' darts għal-nies b' diżabilità; kompetizzjoni tad- darts; diversi kantanti u żeffiena bħal Street Elements hip-hop artists, Kapitlu Tlettax u DJ Bon; show tal-karozzi Ford; tberik tal-annimali; l-armar ta' pitch tal-futbol organizzat mil-NGO Move fejn preżenti kien hemm erba' plejers tat-tim nazzjonali tal-Futsal u l-eks plejer tat-tim nazzjonali tal-futbol, Gareth Sciberras u ħafna aktar. L-Eċċellenza tagħha Marie- Louise Coleiro Preca, President ta' Malta flimkien mal-Onorevoli Clifton Grima, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Organizzazzjonijiet volontariji; Oliver Scicluna, President ta' CRPD; Speranza Chircop, Sindku tal-Kalkara; Dun Brian Gialanze, Kappillan tal-lokalita' u Edward Bonnici, President tal-Malta Darts Association, taw diskors matul il- ftuħ ta' din l-attivita. Il-Malta Darts Association xtaqet tirringrazzja lill-isponsors u lil-pubbliku preżenti għall- parteċipazzjoni u l-kontribut għal din l-attività. Il-Malta Darts Association torganizza żewġ avvenimenti importanti It-Tim tad-Darts tal-Kalkara - Champions Nazzjonali tad-Darts Lista tal-unuri tal-istaġun 2016/17 4 a-side Highest Finish John Ciantar (Floriana Ajax) 4 a-side Cup 1st Floriana Ajax; 2nd Mosta Horseshoe Bar; 3. Kalkara St Joseph Ladies Knock-out 1stBev Keen; 2nd Stephania Buhagiar 5 a-side Highest Finish Andy Keen (Kalkara) 5 a-side Runner Up Mosta Horseshoe Bar 5 a-side Cup 1stFloriana Ajax; 2ndMosta Horseshoe Bar; 3rd Birzebbugia Cox Sports Club & Kalkara St Joseph Malta Doubles Cup 1stN.Attard/D.Attard; 2ndE.Ciantar/M.Aquilina; 3rdA.Scerri/G.Abela & M.Smith/T.Borg Super Cup 1stAlbert Scerri; 2nd Gordon Stanmore; 3rd Mario Aquilina & Kirsten Aquilina National League Div 3 Highest Finish Zach Morling (St.Venera Red Square) National League Division 3 1stMosta Horseshoe Bar B; 2ndHamrun Education Bar B National League Div 2 Highest Finish Mario Sciascia (Hamrun Education Bar) National League Division 2 1stHamrun Education Bar A; 2ndBugibba Munchies Pub POY Ladies 1stJane Agius Baggeley; 2nd Bev Keen POY Division 3 Edward Azzopardi (Mosta Horseshoe Bar) POY Division 2 Lawrence Spiteri (Senglea M. Conquest) POY Division 1 Albert Scerri (Mosta Horseshoe Bar) Overall POY Albert Scerri (Mosta Horseshoe Bar) Premier League 1stNorbert Attard; 2nd Albert Scerri; 3rd Godfrey Abela & John Agius National League Div 1 Highest Finish Tony Borg (Mosta Horseshoe Bar) National League Division 1 1st Kalkara St Joseph; 2nd Floriana Ajax A

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 August 2017