Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/863490
Minn Albert Gauci Cunningham FL2016, kważi persuna minn kull ħamsa, jew 19% ta' dawk kollha li marru jfittxu l-għajnuna għand il-Caritas għamlu dan minħabba użu, abbuż jew dipendenza fuq il-kannabis. Dan huwa rekord ta' nies li marru jfittxu l-għajnuna minħabba l-kannabis fl-aħħar 13-il sena u għalhekk minn mindu l-Caritas bdiet iżżomm l-istatistika. Jiżvela dan id-Direttur tal-Caritas Leonid Mc Kay f 'intervista ma' din il-gazzetta, illi fiha huwa wkoll iwissi li minkejja kull diskors ieħor "il-perikli huma akbar mill-benefiċċji." U dan il-kliem, jisħaq Mc Kay, jgħiduh dawk li jiltaqa' magħhom hu fil-ħidma tiegħu fil-Caritas u li ġarrbu l-isfidi li jġib miegħu l-vizzju. Huwa jisħaq illi minkejja żidiet żgħar kull sena, bejn l-2015 u l-2016 il-Caritas irreġistrat żieda qawwija ħafna f 'dawk li fittxew l-għajnuna minħabba użu jew dipendenza fuq il-kannabis. "Hemm bżonn inwarrbu l-idea romantika tal-ħaxixa bħala sustanza rikreazzjonali u nibdew nitkellmu fuq sustanza li fiha riskju ta' dipendenza," isostni McKay li mal- ILLUM jgħid illi l-Caritas qed targumenta li "aktar tolleranza ġġib aktar użu." Huwa jkompli jwissi wkoll illi minkejja xi benefiċċji "hemm faxxa ta' persuni li huma aktar vulnerabbli li għalihom il-kannabis tista' tfisser biss ħsara, inkluż l-adoloxxenti, persuni li huma suxxettibbli għal problemi ta'saħħa mentali, dawk li bħalissa qed jirkupraw mill-ħajja tal-vizzji u oħrajn li jużawha bħala ħarba." McKay jiżvela ma' din il-gazzetta illi l-Caritas se tkun qed tippubblika dokument studjat dwar is-suġġett bil-kontribuzzjoni ta' bosta professjonisti "biex tittieħed deċiżjoni infurmata." Nr 566 • 20 ta' Awwissu 2017 www.illum.com.mt €1.00 NEWSPAPER POST Ara paġna 13 'Il-problema tal- obeżità hija sfida kbira għal pajjiżna' Ara paġni 34 u 35 Kannabis: Rekord ta' talbiet għall-għajnuna • 19% ta' dawk li ħabbtu l-bibien tal-Caritas fl-2016 kellhom problema marbuta mal-kannabis • Leonid McKay dwar il-legalizzazzjoni; "Il-perikli huma akbar mill-benefiċċji" 'Buġibba qatt ma kien jinsab f 'din is-sitwazzjoni' Minn Liam Carter DIVERSI residenti ta' Buġibba u l-Qawra li tkellmu mal-ILLUM filwaqt li kkonfermaw il-problema tan-nuqqas ta' sigurtà u l-inċertezza li nħolqot f 'din iż-żona, speċjalment wara inċidenti riċenti ta' ġlied u vjolenza spjegaw ukoll kif bħalissa Buġibba tinsab fi stat ta'telqa. "Dan is-sajf Buġibba qiegħda f 'sitwazzjoni detrimentali. Diżastru, Orrur." Hekk iddisriviet din iż-żona turistika residenta rrabjata li ilha toqgħod Buġibba għal dawn l-aħħar 30 sena. Negozjant li jopera f 'din il-lokalità saħansitra stqarr li "lil hinn mill-politika partiġġjana jeħtieġ issir xi ħaġa, għaliex Buġibba qatt ma kien jinsab f 'din is- sitwazzjoni". Cacopardo lest jaħdem mal-PD ILVIĊI Chairman Carmel Cacopardo fl-artiklu li qed jidher fuq paġna 17 jisħaq li l-Alternattiva Demokratika lesta taħdem u tesplora forom ta' kooperazzjoni mal- Partit Demokratiku jekk dan ikun qed jitmexxa minn Anthony Buttigieg , l-uniku kandidat għat-tmexxija ta' dan il-partit s'issa. Cacopardo jgħid li attentat ta' kooperazzjoni simili mal-PD kien abbandunat "minħabba li l-impulsività kienet l-għodda ewlenija tat-tmexxija tal-PD sa mit- twaqqif tiegħu." Cacopardo jakkuża lil Marlene Farrugia illi għaliha l-PD kien sempliċiment bħal lumija li tarmiha wara li tużaha u jakkuża lill-eks Deputata Laburista u eks kandidata Nazzjonalista, illi għamlet ħsara kbira "bl-iskop li tkun eletta irrispettivament mill-prezz politiku."