Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/863490
illum Il-Ħadd 20 ta' Awwissu 2017 Sports 30 Tislima xierqa mill-MFA lil Alex Vella LMFA uriet is-sogħba tagħha għall-mewt ta' Alex Vella li miet ħabta u sabta nhar it-Tlieta 26 ta' Lulju li għadda fl-età ta' 75 sena. Għal ħafna snin, huwa kien persuna ferm rispettata u membru b'ċertu valur fi ħdan it-team tal-media u tal-Komunikazzjoni tal-MFA, fejn okkupa l-kariga ta' uffiċjal tal- media. B'żieda għall- kontribuzzjoni mill-aqwa tiegħu lill-MFA u lill- football lokali, Vella kien ukoll ġurnalist sportiv prominenti tal-gazzetta Times of Malta, fejn kien isegwi diversi sport fosthom il-football, l-għawm u s-snooker matul karriera li ttul xejn inqas minn ħames deċenji. F'kummenti li għadda dwaru, il-Kap tal- Komunikazzjoni fi ħdan l-MFA Kevin Azzopardi, huwa qal li Alex Vella se jibqa' mfakkar bħala ġurnalist sportiv kompetenti, kittieb prolifiku li kien ta' ispirazzjoni għal diversi ġurnalisti żgħażagħ, u fuq kollox raġel ġentlom. Hekk kif ħadem għal iktar minn 25 sena miegħu, Azzopardi qal li m'għandu xejn ħlief kliem ta' tifħir għalih kemm bħala ġurnalist sportiv kif ukoll bħala uffiċjal tal-media tal-MFA. Huwa kompla li l-aħbar tal-mewt tiegħu ġiet bħal sajjetta fil-bnazzi hekk kif Alex kien baqa' attiv speċjalment fix-xena tal-ġurnaliżmu sportiv marbut mal-waterpolo sal-aħħar jiem. Kevin Azzopardi saħaq li Alex Vella kien wieħed mill-kontributuri ewlenin ta' pubblikazzjoni mnedija mill-MFA iktar kmieni matul dan ix-xahar biex tikkommemora is-60 sena anniversarju tal-ewwel logħba internazzjonali uffiċjali ta' Malta kontra l-Awstrija. Dan meta ppubblika intervisti mal-protagonisti ta' dik il-partita li ntlagħbet lura fl-1957 u artikli oħra fejn għen ukoll permezz tal- qari tal-provi. Id-Direttur tal- Komunikazzjoni tal-MFA qal li kien biss riċentament li kien tkellem ma' Alex Vella rigward il-possibiltà li jikkontribwixxi permezz ta' ftit artikli rigward il-programm uffiċjali tal- partita tant mistennija tal- 1 ta' Settembru li ġej bejn Malta u l-Ingilterra, fejn huwa aċċetta mal-ewwel u kien bagħat l-artikli rikjesti permezz ta' email fi spazju ta' ftit ġranet. Dan kollu jagħmu lil Alex Vella il-persuna li hija - dedikata u affidabbli. Azzopardi temm il-messaġġ tiegħu billi qal li m'hemmx dubju li n-nuqqas ta' Alex Vella fil-ġurnaliżmu sportiv lokali se jkun qed jinħass ferm iżda l-legat li huwa ħalla se jkun qed jibqa' hemm għal dejjem. L-MFA bagħtet il-kondoljanzi profondi tagħha lill-familja ta' Alex Vella. Il-mibki iżda qatt minsi, Alex Vella. ILPOLOZ tal-Kampjonati tal-BOV GFA u tat- Tazza tal-BOV GFA 2017-2018ittellgħu waqt konferenza stampa li saret fil-Head Office tal-Bank of Valletta f 'Santa Venera. Il-poloz ittellgħu mis- Sur Charles Azzopardi, Kap Eżekuttiv tal-PR u l-Marketing fil-Bank of Valletta u minn DrSamuel Azzopardi, President tal- Assoċjazzjoni Għawdxija tal-Futbol. "Ir-relazzjoni bejn il-Bank of Valletta u l-Assoċjazzjoni Għawdxija tal-Futbol tmur lura għal numru ta' snin,"qal is-Sur Azzopardi. "Din is-sena komplejna nkabbru din il-kollaborazzjoni billi qed nappoġġjaw kemm il- Kampjonati tal-BOV GFA kif ukoll it-Tazza tal-BOV GFA. Il-poloz għaż-żewġ kompetizzjonijiet se jkunu qed jitilgħu hawn illum." Dr Azzopardi rringrazzja lill-Bank of Valletta tal- appoġġ kontinwu tiegħu għall-isport tal-futbol f 'Għawdex, u qal li, "Ninsabu ħerqanin biex naraw staġun ieħor ta' futbol kompetittiv. Matul l-istaġun tat-trasferimenti, rajna xi ffirmar importantikemm f 'termini ta' plejers lokali kif ukoll ta' plejers barranin li jippromettu li jgħollu l-livell tal-logħba." Il-poloz tal-Ewwel Ġurnata kif telgħu huma dawn: • Għajnsielem v Għarb Rangers • Oratory Y. v Victoria H. • Xewkija T. v SK Victoria W. • Nadur Y. v Kerċem A. Jitilgħu l-poloz tal-Kompetizzjonijiet tal-BOV GFA Dr Samuel Azzopardi u Charles Azzopardi waqt it-tlugħ tal-poloz tal-GFA. Ritratt - BOV