Illum previous editions

illum 20 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/863490

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 20 ta' Awwissu 2017 24 Rakkont Sittin sena ta' servizz fil-qasam edukattiv f 'Għawdex Minn Hermann Duncan F'LULJU li għadda, intemmu ċ-ċelebrazzjonijiet li s-sorijiet Karmelitani ta' Santa Tereża tal- Bambin Ġesù ġewwa Għawdex għamlu, biex iroddu ħajr lil Alla għal dak kollu li għamel magħhom. Dakinhar huma ċċelebraw ukoll is-sittin sena mill- mewt tal-fundattriċi tagħhom il-Beata Maria Crocifissa Curcio. Fil-knisja parrokjali ta' Kerċem saret konċelebrazzjoni mmexxija mill-Isqof t'Għawdex Mons. Mario Grech u tant saċerdoti oħra. Tajjeb li wieħed jgħid li s-sorijiet Karmelitani bdew il-ħidma tagħhom f 'Għawdex fi Frar tal- 1957. Dan sar bis-saħħa u l-ħidma tal-Provinċjal tal-Karmelitani ta' dak iż-żmien Patri Bernard Farrugia. Kien fis-sena 1951 meta ġewwa Ruma Patri Bernard ltaqa' ma' Karmelitan ieħor Patri Lorenzo Van den Eerenbeemt li kien Olandiz li flimkien mal-fundatriċi, illum il- Beata, Maria Crocifissa Curcio, taw bidu għall-din il-kongregazzjoni. Patri Lorenzo kien talab lill-Patri Bernard biex isib mezzi ħalli jħajjar xebbiet Maltin għall-missjoni. Maż-żmien in-numru ta' sorijiet kiber u l-istess Patri Bernard ħass ix-xewqa u ra li kien il-mument biex tinfetaħ dar għal dawn is- sorijiet Karmelitani, ġewwa Għawdex. F'dak iż-żmien f 'diversi parroċċi Għawdxin kienu nfetħu Kunventi tas-sorijiet li kienu qed jkunu tas-servizz kbir fil-parroċċi li kienu jilqgħuhom. Il-kappillan Grima ta' Kerċem ukoll xtaq dan u malajr laqa' t-talba ta' Patri Bernard u beda jħabbrek u jistinka biex isib dar għas-sorijiet Karmelitani. F'dan il-kappillan is-sorijiet raw missier u benefattur kbir tagħhom. Malli l-ewwel sorijiet waslu ġewwa Kerċem fi-Frar tal-1957 f 'qasir żmien fetħu l-bibien tad- dar tagħhom li dak iż-żmien kienet fit-triq San Pietru u San Pawl biex jilqgħu t-tfal fl-iskola tagħhom. Għall-bidu s-sorijiet kienu jilqgħu t-tfal ġo kamra taħt it-taraġ. Ftit kienu t-tfal li kien jattendu din l-iskola, kienu biss ftit tfal tal-Kinder, madwar xi 25. Iktar ma għadda żmien it-tfal bdew jiżdiedu u s-sorijiet ħassew il-ħtieġa li jkollhom dar ikbar. Bill- ħidma siewja ta' Patri Bernard u l-ġenerożità tan-nies u tal-kappillan ta' Kerċem ġie inawgurat il-Kunvent preżenti li hemm illum. Wieħed jista' jgħid li l-iskola ta' Santa Tereża bdiet kulma tmur tikber fin-numru u titjieb fit- tagħlim tat-tfal. Illum l-iskola tgħodd madwar 190 student li jiġu min- kull post f 'Għawdex. L-għalliema huma madwar 20. L-għan ta' din l-iskola huwa li jrawmu lit-tfal f 'karratru sod mibni fuq it-tagħlim morali u spiritwali. Apparti s-suġġetti akademiċi, biex tikber fit-tfal kuxjenza favur l-ambjent, f 'din l-iskola saru mhux biss taħditiet dwar dan is-suġġett imma min ftit snin 'l hawn bdiet tiġi organizzata l-Pets Day, bil- għan li tikber fit-tfal l-imħabba lejn l-annimali u l-apprezament tal- ħolqien. It-tfal ukoll jieħdu sehem fl-attivitajiet ta' Dinja Waħda fejn l-għaqda Bird Life tindroduċihom għall-edukazzjoni ambjentali. Fl-aħħar snin l-iskola wkoll ħadet sehem fl-attività Foster the Forest fejn l-istudenti jagħtu sehemhom fiż-żamma ta' żona ċkejkna Foresta 2000. Ta' dan l-iskola kisbet ċertifikat ta' rikonnoxximent. Barra dan fl-iskola jiġu organnizzati kompetizjonijiet tat-tpinġija u anke wirjiet bl-istess xogħlijiet tat-tfal. Hekk kien sar fl-1997 meta tfakkar l-40 anniversarju mill-iskola Santa Tereża u l-ewwel ċentinarju mill-mewt tal- qaddisa tal-ward, patruna tal-iskola. F'din is-sena saru attivatijiet oħra bħal dawn fejn jidhru il-ħiliet tat-tfal. Id-direzzjoni tal-iskola temmen ukoll ħafna fl-isports bħalha ingredjent importanti fl-edukazzjoni tal- istudenti u fuq kollox għas saħħa fiżika u mentali tat-tfal. Regolarment isiru lezzjonijiet tal-aerobics matul is-sena u Sports Day, ġurnata importanti fil-kalendarju tal- iskola. F'dawn l-aħħar snin bdiet tieħu sehem ukoll fi Sports Day oganizzata bejn l-iskejjel tal-knisja t'Għawdex. Ġewwa Kerċem il-komunità ta' sorijiet hija ta' madwar 6 sorijiet li fil-maġġoranza tagħhom huma kollha anzjani iżda kollha jippruvaw jagħtu s-sehem tagħhom. Il-ġurnata hija maqsuma f 'mument ta' talb xogħol u fraternità. L-impenn partikolari ta' dawn is- sorijiet hija l-iskola imma s-sorijiet ukoll jagħtu għajnuna lill-parroċċa billi jgħallmu d-duttrina. Is-sorijiet Karmelitani jinsabu ukoll f 'numru 3, fit-telgħa tal- Belt fir-Rabat Għawdex li hija dar fejn jieħdu ħsieb l-anzjani. Huma għandhom ukoll grupp ta' Terzjarji Karmelitani li jiltaqa' kull xahar fil- knisja tagħhom li għal din il-laqa' jmur Patri Alex Scerri Pirjol tal– Belt biex jmexxiha. Hija ħasra kbira li llum il-ġurnata, waħda mill-ikbar problemi li qed jaffaċjaw ruħhom magħha s-sorijiet hija n-nuqqas ta' vokazzjonijiet. Għalhekk nitolbu l-Mulej biex jibgħat iktar vokazzjonijiet ħalli dawn is-sorijiet ikunu jistgħu jkomplu l-missjoni edukattiva tagħhom. Il-kunvent tas-sorijiet Karmelitani u l-kumpless tal-Iskola Santa Tereża f 'Ta' Kerċem, Għawdex Il-Kappillan Mons M'Anġ Grima flimkien mal-ewwel sorijiet li għallmu fl-Iskola Santa Tereża

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 August 2017