Illum previous editions

illum 20 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/863490

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

Aħbarijiet 14 illum | Il-Ħadd 20 ta' Awwissu 2017 It-Tritoni lura d-dar fil-glorja tagħhom ILMINISTRU għat- Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg, żar il-proġett tal- Funtana ta' Tritoni hekk kif il-figuri tal-bronż issa reġgħu qed jitqiegħdu lura f 'posthom wara seba' xhur ta' restawr fl-Italja. Il-Ministru spjega kif fi Frar li għadda t-Tritoni, li jiżnu mal-erbatax-il tunellata, bdew il-vjaġġ tagħhom li wassalhom sa Firenze biex isirilhom intervent estensiv ta' restawr. Il-Ministru spjega li x-xogħol ta' restawr kien jinkludi t-tindif tal-konkos li kien intefa' fil-figuri tal-bronż biex jiġu ankrati mal-bini tal-funtana u wara beda r-restawr fuq ix-xquq u l-qsim li kien hemm fil-bronż. Il- partijiet tal-bronż tnaddfu minn ġewwa u minn barra qabel ma ġew magħquda flimkien. Hu spjega li fin-nofs ta' kull figura tal-bronż inbena qafas tal-azzar li jibda mill-bażi u jibqa' tiela' sa driegħ il- figura biex jieħu l-piż tal- plattin u biex jiġu evitati ħsarat fl-ispallejn tal-figuri kif kien seħħ fil-passat. Il-Ministru Borg qal li l-iskop ta' dan il-proġett ħolistiku, li jiġbor tliet proġetti f 'wieħed: il- Foss tal-Belt, il-pjazza ta' madwar Tritoni, u ż-żona magħrufa bħala Il-Biskuttin, hu li tingħata dehra ġdida lid-daħla tal- Belt Valletta. Il-proġett, li ser jiswa mal-€4 miljun isegwi l-viżjoni tal-Gvern, u hu wieħed li se jkompli proġetti ta' riabilitazzjoni u restawr fil-belt kapitali ta' pajjiżna. Hu tenn jgħid li x-xogħlijiet fuq il-proġett jinsabu fil-ħin u saħaq li l-proġett ser jitlesta sa l-aħħar tas-sena, hekk kif stipulat. Waqt il-konferenza stampa l-Ministru saħaq ukoll fuq l-importanza u l-bżonn ta' upgrade fil-Belt Valletta bi preparazzjoni għal Valletta 2018. Il-Ministeru beda ħidma estensiva, bil-kollaborazzjoni ta' numru ta' stakeholders oħra, bl-għan li nkomplu nagħtu lura d-dinjità lill- belt kapitali ta' pajjiżna permezz ta' proġetti ta' riabilitazzjoni u restawr, tisbiħ u spazji miftuħa u aċċessibbli għal kulħadd hekk kif minn Jannar li ġej il-Belt Valletta ser tkun qed tħaddan it-titlu tal- Kapitali Kulturali Ewropea 2018. ILMINISTRU Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg, żar il-proġett tal- Funtana ta' Tritoni hekk kif il-figuri tal-bronż issa reġgħu qed jitqiegħdu lura f 'posthom wara seba' xhur ta' restawr fl-Italja. Il-Ministru spjega kif fi Frar li għadda t-Tritoni, li jiżnu mal-erbatax-il tunellata, bdew il-vjaġġ tagħhom li wassalhom sa Firenze biex isirilhom intervent estensiv ta' restawr. x-xogħol ta' restawr kien jinkludi t-tindif tal-konkos li kien intefa' fil-figuri tal-bronż biex jiġu ankrati mal-bini tal-funtana u

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 August 2017