Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/863490
Il-Ħadd 20 ta' Awwissu 2017 | illum Sports 31 ILKLABBS affiljati mal-assoċjazzjoni tal-weightlifting ta' Malta pparteċipaw fit- turnew internazzjonali ZKC għall-kbar waqt il-kompetizzjoni tal- klabbs Maltin. 706 atleti (380 irġiel u 326 nisa) minn 17-il pajjiż differenti pparteċipaw fl-avveniment. L-atleti kienu jinkludu dawk minn nazzjonijiet kbar bħall-Istati Uniti, il-Kanada, l-Awstralja, in-New Zealand, l-Afrika t'Isfel u l-Kamerun. Il-weightlifter femminili Yazmin Zammit Stevens ġabet l-aqwa riżultat għal Malta, hija rnexxiela tikseb ir-raba' post minn 71 atleta fil-kategorija tad-69 kilo b`total ta' 176 kilo. Dan ir-riżultat huwa ta' importanza kbira għaliha peressli l-ġimgħa d-dieħla hi se tkun qed tikkompeti fil-logħob tal-Univesiade fit-Taipei. Riżultat ieħor pożittiv ħafna ġie minn Elisia Scicluna li poġġiha fl- għaxar post fil-kategorija tad-90 kilo b'total ta' 148kilo. Riżultati oħra tajbin ġew minn Pamela Borg, Lara Azzopardi, Daniela Xuereb, Sara Shawky, Rebecca Scerri, Tenishia Thornton u Rebecca Fitz. L-aħjar riżultati fil- grupp tal-irġiel ġew minn Kieran Mifsud fil-kategorija tal-105 kilo b' refgħa totali ta' 275 kilo. Huwa akwista l-14 il post fil-kategorija tal-kbar u l-ewwel post fil-kategorija taż-żagħar. Riżultati oħra tajbin ġew minn Josef Pisani, Rylee Borg u Ryan Degiorgio. Klabbs Maltin tal-Weightlifting jipparteċipaw f 'turnew internazzjonali Il-weightlifter ewlenija Maltija Yazmin Zammit Stevens. Laqgħa kordjali bejn l-Għaqda Ġurnalisti Sports u Dr Clifton Grima F'LAQGĦA kordjali ħafna li saret fil-jiem li għaddew fil-bini tal-Ministeru tal- Edukazzjoni fil-Floriana, iltaqħu l-Għaqda Ġurnalisti Sport flimkien mas- Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport Dr Clifton Grima flimkien mas-Segretarju Privat tiegħu Dr Chris Bonett. Dr Grima beda billi qal li huwa ta' unur kbir għalih li qed jilqa' lill-ġurnalisti f 'dik li sejħilha d-dar naturali tagħhom waqt li tenna li l-bieb se jkun dejjem mifuħ għar-rappreżentanti tal- Għaqda Ġurnalisi Sport li tant taħdem għall-akbar ġid tal-isport f 'pajjiżna. Dr Clifton Grima kompla li huwa ta' unur kbir għalih li kien qed jilqa' lil-ġurnalisti sportivi speċjalment għall- fatt li huwa ġej mill-isport u l-isport huwa perti integrali minn ħajtu. Huwa qal li ma kellux problemi biex isir jaf lil-ġurnalisti li jiffurmaw parri mill-Eżekuttiv tal- GĦĠS għax ħafna minnhom jafhom minħabba li huwa persuna midħla sew tal- isport fejn fil-passat riċenti okkupa karigi importanti fl- amministrazzjoni tal-isport fosthom bħala viċi-president ta' Sliema Wanderers. Huwa kompla li fil-futur qrib jixtieq li jkun hemm kollaborazzjoni akbar fejn jidħol is-Segretarjat immexxi minnu u l-Għaqda Ġurnalisti Sport. Min-naħa tiegħu Sandro Micallef, president tal- Għaqda Ġurnalisti Sport saħaq li l-Għaqda mmexxija minnu tixtieq li jkollha l-aqwa relazzjoni possibli mas-Segretarjat tal-Isport. Huwa afferma kif l-Eżekuttiv huwa kompost minn persuni ta' etajiet differenti u li jirrapreżentaw l-media houses kollha ta' pajjiżna. Micallef kompla li l-Għaqda Ġurnalisti Sport tinsab ferm kuntenta li s-Segretarjat tal-Isport qed jiġi mmexxi propju minn Dr Clifton Grima li huwa persuna ferm żagħżugħa u li għandu għal qalbu ferm l-isport. Huwa kompla li jinsab ċert li meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni dan kollu, m'hemmx dubju li l-futur tal- isport se jkun wieħed sabiħ. Dan fost oħrajn minħabba l-fatt li Dr Cifton Grima huwa persuna żagħżugħa u għalehh se jkun qed jegħleb il-barrieri ta' età meta jiltaqa' ma' diversi atleti żgħażagħ. Intant, ir-rappreżentanti tal-Għaqda Ġurnalisti Sport għal din il-laqgħa kienu Sandro Micallef bħala president, Clinton Buhagiar bħala viċi-president, Antvin Monseigneur bħala segretarju organizzattiv u l-membri fl-Eżekuttiv Cristian Muscat, Joanna Camilleri, Lorraine Cunningham, Joanna Camilleri, Stewart Said u l-president tal-AIPS Europe u viċi-president tal-AIPS World, Charles Camenzuli. Il-President u l-Eżekuttiv tal-GĦĠS imkien mal-Onorevoli Dr Clifton Grima u Dr Chris Bonett.