Illum previous editions

illum 20 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/863490

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 20 ta' Awwissu 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol COUTINHO U DEMBELE - Barcelona għadhom fit-tfittxija tas-sostitut ta' Neymar hekk kif mhux qed isibuha faċli li jakkwistaw iż-żewġ plejers illi kellhom f'moħħhom, Philippe Coutinho mingħand Liverpool u Ousmane Dembele mingħand Borussia Dortmund. Skont il-gazzetta Spanjola Marca, il- Katalani qed iħarsu lejn it-tielet possibilta' li tista' tkun Angel Di Maria, il-plejer ta' PSG illi ser ikun diffiċli li jsib postu dan l-istaġun bil-kompetizzjoni illi hemm fl-ewwel 11 tat-tim Franċiż immexxi minn Unai Emery. ISCO - Il-plejer ta' nofs il-grawnd ta' Real Madrid, Isco, ġedded il-kuntratt tiegħu għal ħames snin oħra. F'kummenti li ta lis-sit tal-internet tal-klabb, Isco kien ferm kuntent talli għażel illi jibqa' mal-Madrileni fejn rebaħ diversi unuri fl-erba' snin illi ilu magħhom. Il-kuntratt illi ffirma għandu klawżola ta' €700 miljun f'każ ta' release. Isco għandu 25 sena u skorja 25 gowl fil-125 darba li lagħab bil-flokk tal- Merengues. MILAN BADELJ - L-akkwist il-ġdid ta' AC Milan, Lucas Biglia għandu xahar barra mil-logħob wara li weġġa' aktar tard din il-ġimgħa. Dan in-nuqqas f 'nofs il-ground ġiegħel lir-Rossoneri jerġgħu jmorru fis-suq tat-trasferimenti u l-għażla waqgħet fuq Milan Badelj, midfielder ta' Fiorentina illi jagħlaqlu l-kuntratt f 'Ġunju tas-sena d-dieħla. Il-kowċ ta' AC Milan, Vincenzo Montella jqis lill-plejer Kroat bħala ideali għal nofs il-grawnd Milanist. Badelj kellu wkoll esperjenzi ma' Hamburg, Lokomotiv u DinamoZagreb matul il-karriera tiegħu. JEROME BOATENG - Roma u Nice jinsabu f 'taqtiegħa għall-akkwist tad-difensur ta' Bayern Munich, Jerome Boateng. Il-plejer illi lagħab 67 darba mat-tim nazzjonali Ġermaniż jidher illi qed jitħajjar jiċċaqlaq minn mal-ġganti Ġermaniżi. Boateng jista' jagħżel lil Roma li huma ċerti li ser jilagħbufic- ChampionsLeague għalkemm Nice jixtiequ jżidu akkwist ieħor prestiġjuż wara li kisbu s-servizzi ta' Wesley Sneijder. DUVAN ZAPATA - B'Nikola Kalinic illi jidher li se jiċċaqlaq, Fiorentina qed ifittxu l-werriet tiegħu u wara xi riflessjonijiet mid-diriġenti Viola huma qed jikkunsidraw lill-attakkant ta' Napoli Duvan Zapata. Dan il-plejer mhuwiex fil-pjanijiet ta' Sarri, il-kowċ Naplitan. Il-plejer Kolombjan, li kien ukoll f 'self ma' Udinese, ingħaqad ma' Napoli fl-2013. Bħala alternattiva, Fiorentina qed isegwu wkoll il-progress ta' Giovanni Simeone ta' Genoa li jiġi t-tifel tal-leġġendarju Diego. RIYAD MAHREZ - L-aġent tal-plejer ta' Leicester City, Riyad Mahrez jidher illi għadu ma ftehimx mal-klabb Taljan Roma għall-akkwist tiegħu. L-eks champions Ingliżi jridu iktar minn €32 miljun kemm jiswa' dan il-plejer u t-tim mill-kapitali Taljana mhux lesti jħallsu aktar minn din is-somma. Mahrez, li għandu 26 sena, huwa għażla regolari fit-tim nazzjonali tal-Alġerija. Huwa skorja 30 gowl ma' Leicester City fit-tliet snin li ilu magħhom. DAVINSON SANCHEZ - Tottenham Hotspur jidhru favoriti li jakkwistaw lid-difensur żagħżugħ ta' Ajax Davinson Sanchez. Il-kowċ ta' Tottenham Hotspur Mauricio Pochettino jixtieq li l-klabb tiegħu jiffirma lil dan il-plejer illi spikka ma' Ajax l-istaġun illi għadda meta kien fit-tim li wasal sal-finali tal-UEFA Europa League. Sadanittant Inter ukoll qed jsegwu mill-qrib lil dan id-difensur minkejja kull interess mill-klabb Ingliż. minn Cristian Antony Muscat GARETH BALE - Manchester United mhux ser jgħollu l-offerta ta' 90 miljun lira sterlina għall- akkwist tal-attakkant ta' Real Madrid Gareth Bale. Ir-Red Devils jixtiequ jerġgħu jġibu lura lill-eks plejer tat-Tottenham iżda skont il-ġurnal Spanjol 'Dario Gol', Real Madrid iridu jaqilgħu l-flus minn fuqu. Bale kien ġie jiswa lill-Madrileni 86 miljun lira tliet snin ilu meta ħaduh mingħand il-Hotspurs. NACHO - Inter, immexxija mill-kowċ il-ġdid tagħhom Luciano Spalletti, jixtiequ difensur u xeħtu għajnejhom fuq Nacho illi bħalissa qiegħed ma' Real Madrid. Anke Roma daħlu fit-trattativi mal-plejer Spanjol skont ma' qalet il-gazzetta Tutto Sport. Dawn tal-aħħar jidher li se jċedu lil Fazio sabiex ifittxu difensur ta' kwalità. F'każ li Inter ma jakkwistawx lil Nacho, huma jinsabu lesti li jkellmu lil Napoli għall- firma ta' Lorenzo Tonelli.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 August 2017