Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/863490
5 Il-Ħadd 20 ta' Awwissu 2017 | illum Aħbarijiet Ritratti: Chris Mangion Il-Ġiljaniżi jissieltu mal-ġostra ILFESTI ta' Malta joħolqu sensazzjoni vibranti f 'kull lokalità. Il-logħob tan-nar, it-tiżjin tat-toroq, illuminazzjonijiet kollha jgħinu biex jinħoloq ambjent awtentiku u uniku għal pajjiżna. Madankollu, ċertu tradizzjonijiet li kienu norma fl-imgħoddi bħat-tiġrijiet bil-bhejjem, is-sunetti u l-ikla ta' jum il-festa sfortunatament sfaxxaw, jew inkella saru rarità. Għaldaqstant, il-ġostra, li hi tradizzjoni oħra marbuta mal-festi, irreżistiet il-bidla li jġib miegħu il-miġja taż-żmien u għalhekk, għadha issir f 'bosta festi madwar Malta u Għawdex. Il-logħba tradizzjonali tal-ġostra reġgħet iddominat ix-xatt ta' San Ġiljan hekk kif bosta kompetituri ħadu sehem f 'din it- tradizzjoni, li b'mod konsistenti baqgħet popolari mar-residenti, kif ukoll mat-turisti. L-għeruq tal-ġostra jmur lura għal żmien l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann, bl-arblu mimdud kien jitwaħħal mix-xatt għal fuq il-baħar, dan kien jiġi midluk bix-xaħam, u fit-tarf tiegħu kien jintrabat xi pakkett b'xi ħaġa tal-ikel ġewwa fih. Min kien jirnexxielu jasal sat-tarf u jiġbor il-pakkett tal-ikel, kien jerbaħ dak il-premju. Il-karatteristiċi fil-qalba tal-logħba Medjevali ma tantx evolvew sal-lum il- ġurnata, apparti l-fatt li flok pakkett tal-ikel marbut fuq it-tarf tal-arblu tiġi minflok imwaħħla bandiera, ċertament il-kompitu diffikultuż għal dawk il-persuni li jieħdu sehem, baqa' ma nbidilx.